Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D1468

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1468 meħuda bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 2020 li taħtar Membru tal-Kummissjoni Ewropea

    ĠU L 335, 13.10.2020, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1468/oj

    13.10.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 335/19


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1468

    meħuda bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni

    tat-12 ta’ Ottubru 2020

    li taħtar Membru tal-Kummissjoni Ewropea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    Fit-28 ta’ Novembru 2019, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/1989 (2) li taħtar lill-Kummissjoni Ewropea għall-perijodu sal-31 ta’ Ottubru 2024.

    (2)

    F’ittra bid-data tas-27 ta’ Awwissu 2020, is-Sa Ursula VON DER LEYEN, President tal-Kummissjoni, infurmat lill-Kunsill li s-Sur Phil HOGAN kien irriżenja mill-kariga tiegħu bħala Membru tal-Kummissjoni.

    (3)

    F’konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, post battal ikkawżat minn riżenja għandu jimtela għall-bqija tal-mandat tal-Membru minn Membru ġdid tal-istess nazzjonalità.

    (4)

    Għalhekk, jenħtieġ li jinħatar Membru ġdid tal-Kummissjoni,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Bi qbil komuni mas-Sa Ursula VON DER LEYEN, President tal-Kummissjoni, il-Kunsill jaħtar lis-Sa Mairead MCGUINNESS bħala Membru tal-Kummissjoni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-31 ta’ Ottubru 2024.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Il-Lussemburgu, it-12 ta’ Ottubru 2020.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. BORRELL FONTELLES


    (1)  Opinjoni tas-7 ta’ Ottubru 2020 (għad mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/1989 tat-28 ta’ Novembru 2019 li taħtar lill-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 308, 29.11.2019, p. 100).


    Top