EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0850

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/850 tat-18 ta’ Ġunju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/386/PESK dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol

ST/8365/2020/INIT

ĠU L 196, 19.6.2020, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/850/oj

19.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/850

tat-18 ta’ Ġunju 2020

li temenda d-Deċiżjoni 2014/386/PESK dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Ġunju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/386/PESK (1).

(2)

Il-Kunsill ma jirrikonoxxix, u jkompli jikkundanna, l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol mill-Federazzjoni Russa u ser jibqa' impenjat li jimplimenta b'mod sħiħ il-politika tiegħu ta' nonrikonoxximent.

(3)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2014/386/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġġeddu sat-23 ta' Ġunju 2021.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/386/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2014/386/PESK, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-23 ta' Ġunju 2021.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A. METELKO-ZGOMBIĆ


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/386/PESK tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol (ĠU L 183, 24.6.2014, p. 70).


Top