EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0409

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/409 tal-14 ta' Marzu 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

ST/6760/2019/INIT

ĠU L 73, 15.3.2019, p. 16–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/409/oj

15.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/409

tal-14 ta' Marzu 2019

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

Fid-dawl tal--użu tal-forza mill-Federazzjoni Russa li wasslet għad-detenzjoni ta' persuni militari Ukreni u l-qbid ta' bastimenti fil-25 ta' Novembru 2018 fl-Istrett ta' Kerch, li jikkostitwixxu ksur tad-dritt internazzjonali kif ukoll tas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jiżdiedu tmien persuni mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jinżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Marzu 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


ANNESS

Il-persuni li ġejjin jinżdiedu mal-lista ta' persuni li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“176.

Sergey Nikolayevich STANKEVICH

(Сергей Николаевич СТАНКЕВИЧ)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 27.1.1963

Kap tad-Direttorat għall-Fruntieri tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa għar-“Repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Sevastopol”, Kontrammirall. F'din il-kapaċità, huwa kien responsabbli għall-azzjonijiet tal-flotta navali tal-gwardja tal-kosta tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna fil-25 ta' Novembru 2018 għall-konsolidazzjoni tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa li ma ppermettewx l-aċċess minn bastimenti Ukreni għall-kosta tagħhom fuq il-Baħar ta' Azov, u li b'hekk dgħajfu l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna u dgħajfu s-sigurtà tal-Ukrajna billi ħarbtu l-movimenti u l-operabbiltà tal-bastimenti navali Ukreni.

Dawk l-azzjonijiet appoġġaw ukoll il-konsolidament tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

15.3.2019

177.

Andrey Borisovich SHEIN

(Андрей Борисович ШЕИН)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 10.6.1971

Viċi Kap tad-Direttorat għall-Fruntieri – Kap tal-Unità tal-Gwardja tal-Kosta tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa għar-“Repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Sevastopol” F'din il-kapaċità, huwa pparteċipa f'operazzjonijiet kontra bastimenti Ukreni u l-ekwipaġġ tagħhom waqt l-azzjonijiet tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna fil-25 ta' Novembru 2018 li ma ppermettewx l-aċċess minn bastimenti Ukreni għall-kosta tagħhom fuq il-Baħar ta' Azov, u li b'hekk dgħajfu l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna u dgħajfu s-sigurtà tal-Ukrajna billi ħarbtu l-movimenti u l-operabbiltà tal-bastimenti navali Ukreni.

Dawk l-azzjonijiet appoġġaw ukoll il-konsolidament tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

15.3.2019

178.

Aleksey Mikhailovich SALYAEV

Aleksey Mikhailovich SALYAYEV

Oleksii Mykhailovych SALIAIEV

(Алексей Михайлович САЛЯЕВ, Олексій Михайлович САЛЯЄВ)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 22.8.1978

Uffiċjal kmandant tad-dgħajsa tal-pattulji tal-fruntieri “Don” (numru tar-reġistrazzjoni 353) tas-Servizz tal-Gwardja tal-Fruntiera tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa. Huwa kellu l-kmand tal-bastiment li pparteċipa b'mod attiv f'azzjonijiet tal-Federazzjoni Russa kontra bastimenti Ukreni u l-ekwipaġġ tagħhom fil-25 ta' Novembru 2018, u mexxa attakk fuq il-lanċa tal-irmonk estwarja, “Yany Kapu”, tal-Flotta Navali Ukrena. Dawk l-azzjonijiet ma ppermettewx l-aċċess minn bastimenti Ukreni għall-kosta tagħhom fuq il-Baħar ta' Azov, u b'hekk dgħajfu l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna u dgħajfu s-sigurtà tal-Ukrajna billli ħarbtu l-movimenti u l-operabbiltà tal-bastimenti navali Ukreni. Dawk l-azzjonijiet appoġġaw ukoll il-konsolidament tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

Dawk l-azzjonijiet appoġġaw ukoll il-konsolidament tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

15.3.2019

179.

Andrei SHIPITSIN / SHYPITSIN

(Андрей ШИПИЦИН / ШИПІЦИН)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 25.12.1969

Uffiċjal kmandant tad-dgħajsa tal-pattulji tal-fruntieri “Izumrud” tas-Servizz tal-Gwardja tal-Fruntiera tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa. Huwa kellu l-kmand tal-bastiment li pparteċipa b'mod attiv f'azzjonijiet tal-Federazzjoni Russa kontra bastimenti Ukreni u l-ekwipaġġ tagħhom fil-25 ta' Novembru 2018 li ma ppermettewx l-aċċess minn bastimenti Ukreni għall-kosta tagħhom fuq il-Baħar ta' Azov, u li b'hekk dgħajfu l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna u dgħajfu s-sigurtà tal-Ukrajna billi ħarbtu l-movimenti u l-operabbiltà tal-bastimenti navali Ukreni.

Dawk l-azzjonijiet appoġġaw ukoll il-konsolidament tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

15.3.2019

180.

Aleksey Vladimirovich SHATOKHIN/ Oleksii Volodymyrovich SHATOKHIN

(Алексей Владимирович ШАТОХИН / Олексій Володимирович ШАТОХІН)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 26.1.1971

Kap tas-Servizz tal-Punt ta' Kontroll ta' Kerch għar-“Repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Sevastopol” tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa. Huwa pparteċipa f'operazzjonijiet kontra bastimenti matul l-azzjonijiet tal-Federazzjoni Russa kontra bastimenti Ukreni u l-ekwipaġġi tagħhom fil-25 ta' Novembru 2018 li ma ppermettewx l-aċċess minn bastimenti Ukreni għall-kosta tagħhom fuq il-Baħar ta' Azov, u li b'hekk dgħajfu l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna u dgħajfu s-sigurtà tal-Ukrajna billi ħarbtu l-movimenti u l-operabbiltà tal-bastimenti navali Ukreni.

Dawk l-azzjonijiet appoġġaw ukoll il-konsolidament tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

15.3.2019

181.

Ruslan Alexandrovich ROMASHKІN

(Руслан Александрович РОМАШКИН)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 15.6.1976

Kap tas-Servizz tal-Punt ta' Kontroll fir-“Repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Sevastopol” tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa. F'dan ir-rwol, kien responsabbli mill-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-Federazzjoni Russa kontra bastimenti Ukreni u l-ekwipaġġi tagħhom fil-25 ta' Novembru 2018 li ma ppermettewx l-aċċess minn bastimenti Ukreni għall-kosta tagħhom fuq il-Baħar ta' Azov, u li b'hekk dgħajfu l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna u dgħajfu s-sigurtà tal-Ukrajna billi ħarbtu l-movimenti u l-operabbiltà tal-bastimenti navali Ukreni.

Dawk l-azzjonijiet appoġġaw ukoll il-konsolidament tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa..

15.3.2019

182.

Sergey Alekseevich SHCHERBAKOV

(Сергей Алексеевич ЩЕРБАКОВ: Сергій Олексійович ЩЕРБАКОВ)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 2.11.1986

Uffiċjal kmandant tal-bastiment ta' kontra s-sottomarini “Suzdalets” tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed tal-Federazzjoni Russa. Huwa kellu l-kmand tal-bastiment li pparteċipa fl-azzjonijiet tal-Federazzjoni Russa kontra bastimenti Ukreni u l-ekwipaġġi tagħhom fil-25 ta' Novembru 2018, u pparteċipa b'mod attiv fl-imblokk tal-lanċa tal-irmonk “Yany Kapu” u l-qbid tal-gunboat armata “Nikopol”. Dawk l-azzjonijiet ma ppermettewx l-aċċess minn bastimenti Ukreni għall-kosta tagħhom fuq il-Baħar ta' Azov u b'hekk dgħajfu l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna u dgħajfu s-sigurtà tal-Ukrajna billli ħarbtu l-movimenti u l-operabbiltà tal-bastimenti navali Ukreni.

Dawk l-azzjonijiet appoġġaw ukoll il-konsolidament tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

15.3.2019

183.

Aleksandr Vladimirovich DVORNIKOV

(Александр Владимирович ДВОРНИКОВ)

Sess; raġel;

Data tat-twelid: 22.8.1961

Post tat-twelid:Ussuriysk, Primorskiy Krai, Federazzjoni Russa

Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar tal-Forzi Armati Russi, Kurunell Ġenerali u responsabbli għall-forzi militari fir-reġjun, inkluż il-Krimea annessa illegalment u Sevastopol. F'dan ir-rwol kien responsabbli għall-azzjonijiet tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed u forzi militari oħratal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna fil-25 ta' Novembru 2018 li ma ppermettewx l-aċċess minn bastimenti Ukreni għall-kosta tagħhom fuq il-Baħar ta' Azov, u li b'hekk dgħajfu l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna u dgħajfu s-sigurtà tal-Ukrajna billi ħarbtu l-movimenti u l-operabbiltà tal-bastimenti navali Ukreni.

Dawk l-azzjonijiet appoġġaw ukoll il-konsolidament tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

15.3.2019”.


Top