This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0362
Commission Delegated Regulation (EU) 2019/362 of 13 December 2018 amending Delegated Regulation (EU) No 150/2013 as regards regulatory technical standards specifying the details of the application for registration as a trade repository (Text with EEA relevance.)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/362 tat-13 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 150/2013 fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/362 tat-13 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 150/2013 fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2018/8336
ĠU L 81, 22.3.2019, p. 74–84
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32013R0150 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 2 | 11/04/2019 | |
Modifies | 32013R0150 | Sostituzzjoni | artikolu 11 | 11/04/2019 | |
Modifies | 32013R0150 | Sostituzzjoni | artikolu 12 | 11/04/2019 | |
Modifies | 32013R0150 | Sostituzzjoni | artikolu 14 | 11/04/2019 | |
Modifies | 32013R0150 | Sostituzzjoni | artikolu 16 | 11/04/2019 | |
Modifies | 32013R0150 | Sostituzzjoni | artikolu 17 | 11/04/2019 | |
Modifies | 32013R0150 | Sostituzzjoni | artikolu 18 | 11/04/2019 | |
Modifies | 32013R0150 | Sostituzzjoni | artikolu 19 | 11/04/2019 | |
Modifies | 32013R0150 | Sostituzzjoni | artikolu 2 | 11/04/2019 | |
Modifies | 32013R0150 | Sostituzzjoni | artikolu 20 | 11/04/2019 | |
Modifies | 32013R0150 | Sostituzzjoni | artikolu 21 | 11/04/2019 | |
Modifies | 32013R0150 | Sostituzzjoni | artikolu 22 | 11/04/2019 | |
Modifies | 32013R0150 | Sostituzzjoni | artikolu 23 | 11/04/2019 | |
Modifies | 32013R0150 | Żieda | artikolu 23a | 11/04/2019 | |
Modifies | 32013R0150 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 2 | 11/04/2019 | |
Modifies | 32013R0150 | Sostituzzjoni | artikolu 7 | 11/04/2019 | |
Modifies | 32013R0150 | Sostituzzjoni | artikolu 9 | 11/04/2019 |
22.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 81/74 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/362
tat-13 ta' Diċembru 2018
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 150/2013 fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 56(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-esperjenza fl-applikazzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 150/2013 (2) wriet li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li jikkonċernaw ir-registrazzjoni ta' repożitorji tat-tranżazzjonijiet jikkostitwixxu bażi soda sabiex jinbena l-qafas għar-reġistrazzjoni ta' repożitorji tad-data. Sabiex dan il-qafas ikompli jissaħħaħ, jenħtieġ li dan ir-Regolament (UE) Nru 150/2013 jirrifletti n-natura evoluttiva tal-industrija. |
(2) |
It-twaqqif ta' qafas konsistenti għar-reġistrazzjoni u l-estensjoni tar-reġistrazzjoni ta' repożitorju tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012, kif ukoll skont ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) huwa essenzjali sabiex jinkisbu kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fost ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet u għall-provvediment effiċjenti tal-funzjonijiet tar-repożitorju. |
(3) |
Il-funzjoni ta' verifika tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet hija ta' importanza primarja għat-trasparenza ta' swieq tad-derivattivi u biex tiġi żgurata l-kwalità tad-data. Għalhekk, jenħtieġ li r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet juru li huma stabbilew is-sistemi u l-proċeduri xierqa biex jivverfikaw il-kompletezza u l-korrettezza tad-dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi. Għalhekk, jenħtieġ li dawn is-sistemi u proċeduri jkunu aktar fid-dettall sabiex jissaħħaħ il-qafas għar-reġistrazzjoni. Jenħtieġ li huma jistabbilixxu kif ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet se jawtentikaw lill-utenti, jivvalidaw l-iskemi tad-data, jawtorizzaw ir-reġistrazzjoni tad-data, jivvalidaw il-loġika u l-kontenut tad-data, jirrikonċiljaw id-dettalji tad-derivattivi u jipprovdu feedback lill-utenti tagħhom. |
(4) |
Jenħtieġ li l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet jinkludu informazzjoni aktar dettaljata dwar il-mekkaniżmi u l-istrutturi ta' kontroll intern rilevanti, il-funzjoni ta' verifika interna u l-pjan ta' ħidma tal-awditjar biex tippermetti lill-AETS tivvaluta kif dawk il-fatturi jikkontribiwxxu għall-funzjonament effiċenti tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet. |
(5) |
Sabiex l-AETS tkun tista' tivvaluta aħjar ir-reputazzjoni tajba, l-esperjenza u l-ħiliet tal-membri tal-bord, il-maniġment superjuri u l-persunal superjuri rilevanti tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet, jenħtieġ li applikant ta' repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar dawk il-persuni, inkluża informazzjoni dwar l-għarfien u l-esperjenza tagħhom fil-ġestjoni, l-operazzjonijiet u l-iżvilupp tat-teknoloġija tal-informatika. |
(6) |
L-użu ta' riżorsi komuni fi ħdan repożitorju tat-tranżazzjonijiet bejn is-servizzi ta' rapportar ta' derivattivi, fuq naħa waħda, u s-servizzi anċillari jew is-servizzi ta' rapportar għal tranżazjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, fuq in-naħa l-oħra, jista' jwassal għal kontaġju tar-riskji operazzjonali fis-servizzi kollha. Il-validazzjoni, ir-rikonċiljazzjoni, l-ipproċessar u ż-żamma tad-data jistgħu jesiġu separazzjoni operazzjonali effettiva biex jevitaw tali kontaġju tar-riskji. Madankollu, ċerti prattiki, bħal “front-end” komuni tas-sistemi, punt ta' aċċess komuni għad-data għall-awtoritajiet jew l-użu tal-istess membri tal-persunal li jaħdmu fil-bejgħ, il-konformità jew helpdesk tas-servizzi tal-klijenti jistgħu jkunu inqas suxxettibbli għal kontaġju u, b'hekk, mhux bilfors ikunu jeħtieġu separazzjoni operazzjonal Jenħtieġ, għalhekk, li r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jistabbilixxu livell xieraq ta' separazzjoni operazzjonijiet bejn ir-riżorsi, is-sistemi jew il-proċeduri użati f'linji operatorji differenti. Din is-separazzjoni jenħtieġ li tinkludi linji operatorji li jipprovdu servizzi soġġetti għal-leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jew għal-leġiżlazzjoni ta' pajjiż terz. Jenħtieġ ukoll li tiżgura li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tkun tinkludi informazzjoni dettaljata u ċara dwar is-servizzi anċillari jew il-linji operatorji l-oħrajn li r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet joffri barra mill-attività ċentrali tiegħu ta' servizz ta' repożitorju skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
(7) |
Is-solidità, ir-reżiljenza u l-protezzjoni tas-sistemi tat-teknoloġija tal-informatika tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet huma essenzjali sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-objettivi tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Għaldaqstant, ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni aktar dettaljata u komprensiva dwar dawk is-sistemi sabiex l-AETS tkun tista' tivvaluta s-solidità u r-reżiljenza tas-sistemi tat-teknoloġija tal-informatika tagħhom. Meta l-provvediment ta' funzjonijiet ta' repożitorju jiġi esternalizzat lill-partijiet terzi, fil-livell tal-grupp jew barra mill-grupp, jentħtieġ li r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar l-arranġamenti ta' esternalizzazzjoni rilevanti sabiex l-AETS tkun tista' tivvaluta l-konformità mal-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni, inkluża informazzjoni dwar kull ftehim dwar il-livell ta' servizz, dwar il-metriċi u dwar kif dawn il-metriċi jiġu mmonitorjati b'mod effettiv. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jipprovdu informazzjoni dwar il-mekkaniżmi u l-kontrolli li huma jimplimentaw sabiex jimmaniġġjaw b'mod effettiv ir-riskji ċibernetiċi potenzjali u jipproteġu d-data dwar attakki ċibernetiċi. |
(8) |
Sabiex l-objettivi tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 rigward it-trasparenza tas-suq tad-derivattivi jinkisbu aħjar, jenħtieġ li r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet juru li huma japplikaw it-termini u l-kundizzjonijiet ta' aċċess għad-data miżmuma fir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet f'konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 151/2013 (4). Jenħtieġ li dawk it-termini u kundizzjonijiet jiżguraw l-integrità tad-data pprovduta lill-awtoritajiet u li r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet ikunu jistgħu jipprovdu aċċess għad-data f'konformità mar-Regolament Delegat (UE) Nru 151/2013. Għalhekk, jenħtieġ li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni telenka l-politiki u l-proċeduri tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet li abbażi tagħhom it-tipi differenti ta' utenti jirrapportaw u jaċċessaw id-data miżmuma fir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tinkludi deskrizzjoni tal-kanali u tal-mekkaniżmi użati biex tiġi żvelata pubblikament informazzjoni dwar ir-regoli ta' aċċess għad-data miżmuma fir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet. Ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet għandhom jipprovdu wkoll informazzjoni aktar dettaljata dwar il-proċeduri tagħhom għall-verifika tal-kompletezza u l-korrettezza tad-data. |
(9) |
It-tariffi assoċjati mas-servizzi pprovduti mir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet huma informazzjoni essenzjali għall-parteċipanti tas-suq sabiex ikunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata. Għalhekk, jenħtieġ li dawk it-tariffi jifformaw parti mill-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet. |
(10) |
Sabiex l-AETS tkun tista' tistabbilixxi linja bażi għall-ippjanar tal-kapaċità u tal-prestazzjoni tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, jenħtieġ li l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ikunu jinkludu informazzjoni li turi li l-applikant għal repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikollu r-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet fuq bażi kontinwa. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tinkludi arranġamenti effettivi ta' kontinwità tal-operat. Ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jenħtieġ li b'mod partikolari jipprovdu informazzjoni dwar il-pjanijiet, il-proċeduri u l-arranġamenti tagħhom għall-ġestjoni ta' emerġenzi u kriżijiet, inklużi proċeduri biex jiżguraw is-sostituzzjoni ordnata tar-repożitorju oriġinali tat-tranżazzjonijiet jekk ir-reġistrazzjoni tiegħu tiġi rtirata jew jekk kontroparti ta' rapportar tiddeċiedi tirrapporta lil repożitorju tat-trażazzjonijiet ieħor. |
(11) |
Minħabba li l-parteċipanti fis-suq u l-awtoritajiet joqogħdu fuq id-data miżmuma mir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' repożitorju tad-data jenħtieġ li tiddeskrivi b'mod ċar l-arranġamenti operattivi u taż-żamma tar-rekords, li jridu jkunu stretti u effettivi. Biex jintwera kif il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data miżmuma mir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet tiġi ppreservata u jkun hemm traċċabilità ta' dik id-data, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jenħtieġ li tinkludi referenza speċifika rigward it-twaqqif ta' reġistru tar-rapportar. |
(12) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
(13) |
L-AETS wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tat-Titoli u s-Swieq tal-AETS stabbilit f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, |
(14) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 150/2013 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 150/2013
(1) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha b'mod partikolari tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 2 Politiki u proċeduri Meta l-informazzjoni rigward il-politiki u l-proċeduri tiġi pprovduta bħala parti minn applikazzjoni, applikant għandu jiżgura li l-applikazzjoni tinkludi dawn li ġejjin:
|
(3) |
fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Fejn l-applikant ikun impriża prinċipali, huwa għandu:
|
(4) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 7 Kontroll intern 1. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tinkludi informazzjoni dettaljata relatata mas-sistema ta' kontroll intern tal-applikant, inkluża informazzjoni rigward il-funzjoni ta' verifika tal-konformità tiegħu, il-valutazzjoni tar-riskju, il-mekkaniżmi ta' kontroll intern u l-arranġamenti tal-uffiċċju tal-awditjar intern tiegħu. 2. L-informazzjoni dettaljata msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:
3. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-attivitajiet tal-awditjar intern tal-applikant:
|
(5) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 9 Maniġment superjuri u membri tal-Bord 1. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' kull membru tal-maniġment superjuri u kull membru tal-Bord:
|
(6) |
L-Artikolu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 11 Idoneità u adegwatezza Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha l-informazzjoni li ġejja dwar il-persunal tal-applikant:
Id-deskrizzjoni msemmija fil-punt (b) għandha tinkludi prova bil-miktub tad-diploma akkademika u tal-esperjenza fit-teknoloġija tal-informatika ta' mill-inqas membru wieħed tal-persunal anzjan responsabbli għal kwistjonijiet tal-IT.;” |
(7) |
L-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 12 Rapporti finanzjarji u pjanijiet tal-operat 1. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tinkludi din l-informazzjoni finanzjarja u operazzjonali dwar l-applikant:
2. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tinkludi pjan ta' direzzjoni tan-negozju finanzjarju li jikkontempla x-xenarji tan-negozju differenti għas-servizzi tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet fuq perjodu referenzjarju b'minimu ta' tliet snin u li jinkludi l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:
3. Meta l-informazzjoni finanzjarja storika msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx disponibbli, applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja dwar l-applikant:
4. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha r-rapporti finanzjarji annwali awditjati ta' kull impriża prinċipali għat-tliet snin finanzjarji ta' qabel id-data tal-applikazzjoni. 5. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha wkoll ikollhom l-informazzjoni finanzjarja li ġejja dwar l-applikant:
(*1) Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1)." (*2) Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).”;" |
(8) |
L-Artikolu 14 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 14 Kunfidenzjalità 1. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tinkludi l-politiki, il-proċeduri u l-mekkaniżmi interni li jimpedixxu kwalunkwe użu ta' informazzjoni maħżuna fir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet prospettiv:
2. Il-politiki, il-proċeduri u l-mekkaniżmi interni għandhom jinkludu l-proċeduri interni dwar il-permessi tal-persunal għall-użu ta' passwords sabiex tiġi aċċessata d-data, filwaqt li jispeċifikaw l-iskop tal-persunal, il-kamp ta' applikazzjoni tad-data li tkun qed tiġi segwita u kull restrizzjoni fuq l-użu tad-data, kif ukoll informazzjoni dettaljata dwar kull mekkaniżmi u kontroll fis-seħħ sabiex jimmaniġġjaw b'mod effettiv ir-riskji ċibernetiċi potenzjali u jipproteġu d-data miżmuma minn attakki ċibernetiċi. 3. L-applikanti jipprovdu lill-AETS bl-informazzjoni dwar il-proċessi biex iżommu reġistru li jidentifika kull membru tal-persunal li jaċċessa d-data, il-ħin tal-aċċess, in-natura tad-dejta aċċessata u l-iskop.”; |
(9) |
L-Artikolu 16 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 16 Riżorsi u esternalizzazzjoni tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja relatata mar-riżorsi tat-teknoloġija tal-informatika:
|
(10) |
L-Artikolu 17 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 17 Servizzi anċillari Meta applikant, impriża fi ħdan il-grupp tiegħu, jew impriża li magħha l-applikant ikollu ftehim relatat ma' offerti ta' servizzi tan-negozjar jew ta' wara n-negozjar, jew inkella jippjana li joffri kwalunkwe servizz anċillari, l-applikazzjoni tiegħu għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
(11) |
l-Artikoli 18, 19 u 20 huma sostitwiti b'dan li ġej: “Artikolu 18 Trasparenza tar-regoli tal-aċċess 1. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
2. L-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 għandha tiġi speċifikata għat-tipi ta' utenti li ġejjin:
Artikolu 19 Verifika tal-kompletezza u l-korrettezza tad-data Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
Artikolu 20 Politika tal-ipprezzar trasparenti Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha deskrizzjoni ta':
|
(12) |
L-Artikolu 21 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 21 Riskju operazzjonali 1. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha:
2. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tinkludi l-proċeduri sabiex tiġi żgurata s-sostituzzjoni xierqa tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet oriġinali fejn mitluba minn kontroparti li tirrapporta, jew fejn mitluba minn parti terza li tirrapporta f'isem kontropartijiet li ma jirrapportawx, jew fejn tali sostituzzjoni tkun ir-riżultat ta' rtirar tar-reġistrazzjoni, u għandha tinkludi l-proċeduri għat-trasferiment tad-data u d-direzzjoni mill-ġdid tal-flussi tar-rapportar lejn repożitorju ieħor tat-tranżazzjonijiet.”; |
(13) |
L-Artikolu 22 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 22 Politika taż-żamma tar-rekords 1. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun fiha informazzjoni dwar kif tasal id-data u l-amministrazzjoni tagħha, inkluż kwalunkwe politika u proċedura implimentati mill-applikant biex jiżgura:
2. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tinkludi informazzjoni dwar is-sistemi taż-żamma tar-rekords, il-politiki u l-proċeduri li jintużaw sabiex ikun żgurat li d-data rrapportata tiġi mmodifikata kif xieraq u li l-pożizzjonijiet jiġu kkalkolati b'mod korrett f'konformità mar-rekwiżiti leġiżlattivi jew regolatorji rilevanti.”; |
(14) |
L-Artikolu 23 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 23 Mekkaniżmi tad-disponibbiltà tad-data Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tinkludi deskrizzjoni tar-riżorsi, il-metodi u l-mezzi li juża l-applikant sabiex jagħti aċċess għall-informazzjoni f'konformità mal-paragrafi 1, 3 u 5 tal-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(*3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 151/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-data li trid tiġi ppubblikata u li għandha tkun disponibbli minn repożitorji tat-tranżazzjonijiet u standards operazzjonali biex tiġi aggregata, imqabbla u aċċessata d-data (ĠU L 52 23.2.2013, p. 33).”;" |
(15) |
għandu jiddaħħal l-Artikolu 23 a li ġej: “Artikolu 23a Aċċess dirett u immedjat għad-data mill-awtoritajiet Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tinkludi informazzjoni dwar dawn li ġejjin:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 150/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet rigward standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 25).
(3) Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta' transazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 151/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-data li trid tiġi ppubblikata u li għandha tkun disponibbli minn repożitorji tat-tranżazzjonijiet u standards operazzjonali biex tiġi aggregata, imqabbla u aċċessata d-data (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 33).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).