This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0287
Regulation (EU) 2019/287 of the European Parliament and of the Council of 13 February 2019 implementing bilateral safeguard clauses and other mechanisms allowing for the temporary withdrawal of preferences in certain trade agreements concluded between the European Union and third countries
Regolament (UE) 2019/287 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Frar 2019 li jimplimenta klawżoli ta' salvagwardja bilaterali u mekkaniżmi oħra li jippermettu l-irtirar temporanju ta' preferenzi f'ċerti ftehimiet kummerċjali konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi
Regolament (UE) 2019/287 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Frar 2019 li jimplimenta klawżoli ta' salvagwardja bilaterali u mekkaniżmi oħra li jippermettu l-irtirar temporanju ta' preferenzi f'ċerti ftehimiet kummerċjali konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi
PE/68/2018/REV/1
ĠU L 53, 22.2.2019, pp. 1–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
11/05/2025
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modified by | 32024R1362 | Sostituzzjoni | anness | 01/06/2024 | |
| Modified by | 32024R2634 | Żieda | anness Test | 07/10/2024 | |
| Modified by | 32025R0880 | Żieda | anness Test | 11/05/2025 |
|
22.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 53/1 |
REGOLAMENT (UE) 2019/287 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta' Frar 2019
li jimplimenta klawżoli ta' salvagwardja bilaterali u mekkaniżmi oħra li jippermettu l-irtirar temporanju ta' preferenzi f'ċerti ftehimiet kummerċjali konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni regolarment tikkonkludi ftehimiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi, li fihom tagħti trattament preferenzjali lil dawk il-pajjiżi. Dawn il-ftehimiet kummerċjali jistgħu jinkludu klawżoli ta' salvagwardja bilaterali u mekkaniżmi oħrajn għall-irtirar temporanju ta' preferenzi tariffarji jew ta' trattament preferenzjali ieħor, bħal mekkaniżmi ta' stabbilizzazzjoni għal ċerti prodotti sensittivi. L-ispeċifiċitajiet ta' xi prodotti soġġetti għall-ftehimiet kummerċjali jistgħu jeħtieġu dispożizzjonijiet ad hoc, kif tista' teħtieġ ukoll is-sitwazzjoni vulnerabbli tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
|
(2) |
Hu meħtieġ li jiġu stipulati l-proċeduri biex tiġi ggarantita l-implimentazzjoni effettiva ta' klawżoli ta' salvagwardja bilaterali u mekkaniżmi oħrajn għall-irtrirar temporanju ta' preferenzi tariffarji jew ta' trattament preferenzjali ieħor. |
|
(3) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika li tinsab fil-ftehimiet kummerċjali marbuta ma' miżuri ta' salvagwardja u mekkaniżmi oħrajn għall-irtirar temporanju ta' preferenzi tariffarji jew ta' trattament preferenzjali ieħor, meta tali dispożizzjonijiet speċifiċi ma jkunux konformi ma' dan ir-Regolament. Kwalunkwe dispożizzjoni speċifika bħal din jenħtieġ li tiġi elenkata fl-Anness għal dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għaldaqstant jenħtieġ li ma tinżammx milli tinnegozja dispożizzjonijiet speċifiċi bħal dawn fi ftehimiet kummerċjali futuri ma' pajjiżi terzi. |
|
(4) |
Il-miżuri ta' salvagwardja jridu jitqiesu biss meta l-prodott inkwistjoni jiġi importat fl-Unjoni fi kwantitajiet tant kbar, f'termini assoluti jew relattivi għall-produzzjoni tal-Unjoni, u f'tali kundizzjonijiet li jikkawżaw jew jheddu li jikkawżaw dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni ta' prodotti simili jew li jkunu f'kompetizzjoni diretta. Jenħtieġ li l-miżuri ta' salvagwardja bilaterali jieħdu waħda mill-forom imsemmija fil-ftehim kummerċjali rilevanti. |
|
(5) |
Jenħtieġ li s-segwitu u r-rieżami tal-ftehimiet kummerċjali, it-twettiq tal-investigazzjonijiet u, fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja, jitwettqu bl-aktar mod trasparenti possibbli. |
|
(6) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe xejra fl-impożizzjoni li tista' tkun teħtieġ l-applikazzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja. |
|
(7) |
L-affidabbiltà tal-istatistika relatata mal-importazzjonijiet kollha mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni hija kruċjali meta jiġi stabbilit jekk ġewx issodisfati l-kundizzjonijiet għall-impożizzjoni tal-miżuri ta' salvagwardja. |
|
(8) |
Il-monitoraġġ mill-qrib ta' kwalunkwe prodott sensittiv jenħtieġ li jiffaċilita deċiżjonijiet f'waqthom dwar il-ftuħ possibbli ta' investigazzjonijiet u l-impożizzjoni sussegwenti ta' miżuri ta' salvagwardja. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja b'mod regolari l-importazzjonijiet ta' kwalunkwe prodott sensittiv mid-data tal-applikazzjoni proviżorja tal-ftehim kummerċjali rilevanti, jew id-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, jekk ma jkun hemm ebda applikazzjoni proviżorja. Il-monitoraġġ jenħtieġ li jiġi estiż għal prodotti jew setturi oħra jekk l-industrija rilevanti tal-Unjoni tagħmel talba debitament ġustifikata lill-Kummissjoni. |
|
(9) |
Huwa wkoll meħtieġ li jiġu stabbiliti limiti taż-żmien għall-ftuħ ta' investigazzjonijiet u sabiex jiġu stabbiliti jekk il-miżuri ta' salvagwardja humiex xierqa, bil-ħsieb li jiġi żgurat li dawn il-kunsiderazzjonijiet isiru malajr, biex b'hekk tiżdied iċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi kkonċernati. |
|
(10) |
Jenħtieġ li jkun hemm investigazzjoni qabel l-applikazzjoni ta' kwalunkwe miżura ta' salvagwardja, iżda jenħtieġ li l-Kummissjoni titħalla tapplika miżuri ta' salvagwardja proviżorji f'ċirkostanzi kritiċi. |
|
(11) |
Il-miżuri ta' salvagwardja jenħtieġ li jiġu applikati biss sa fejn, u għal tant żmien li, jista' jkun meħtieġ biex ma jsirx dannu serju u biex jiġi ffaċilitat l-aġġustament. It-tul massimu taż-żmien tal-miżuri tas-salvagwardja jenħtieġ li jiġi stabbilit, u jenħtieġ li jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-estensjoni u r-rieżami ta' dawn il-miżuri. |
|
(12) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tidħol f'konsultazzjonijiet mal-pajjiżi kkonċernati li jkunu affettwati mill-miżuri ta' salvagwardja jekk il-ftehimiet kummerċjali li għalihom ikunu parti jkunu jeħtieġu dan. |
|
(13) |
Sabiex jiġi emendat l-Anness għal dan ir-Regolament, jenħtieġ li s-setgħa tal-adozzjoni ta' atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni b'rabta maż-żieda jew it-tħassir ta' entrati relatati ma': ftehim kummerċjali; kwalunkwe dispożizzjoni speċifika li tkun inkluża fi ftehim kummerċjali u relatati ma' miżuri ta' salvagwardja jew miżuri oħra għat-tneħħija temporanja ta' preferenzi tariffarji jew ta' trattament preferenzjali ieħor li ma jkunux konformi ma' dan ir-Regolament; kwalunkwe prodott identifikat bħala sensittiv minn ftehim kummerċjali; jew kwalunkwe dispożizzjonijiet li jistabbilixxu regoli speċifiċi għal mekkaniżmi oħra. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (2). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. |
|
(14) |
L-implimentazzjoni tal-klawżoli ta' salvagwardja bilaterali jew mekkaniżmi oħrajn u l-istabbiliment ta' kriterji trasparenti għas-sospensjoni temporanja tal-preferenzi tariffarji jew trattament ieħor preferenzjali previsti fil-ftehimiet kummerċjali teħtieġ kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja proviżorji u definittivi, l-impożizzjoni ta' miżuri ta' sorveljanza ta' qabel, it-tmiem ta' investigazzjoni mingħajr miżuri, u s-sospensjoni temporanja tal-preferenzi tariffarji jew trattament preferenzjali ieħor. |
|
(15) |
Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(16) |
Il-proċedura konsultattiva jenħtieġ li tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri ta' sorveljanza ta' qabel u miżuri proviżorji ta' salvagwardja, minħabba l-effetti li għandhom dawk il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom b'rabta mal-adozzjoni tal-miżuri ta' salvagwardja definittivi. Il-proċedura ta' eżami jenħtieġ li tapplika għall-impożizzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja definittivi u għar-rieżami ta' dawn il-miżuri. |
|
(17) |
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament meta raġunijiet imperattivi ta' urġenza jeħtieġu dan jekk, f'każijiet debitament ġustifikati, dewmien fl-impożizzjoni tal-miżuri ta' salvagwardja proviżorji jkun jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa jew sabiex jiġi evitat impatt negattiv fuq is-suq tal-Unjoni bħala riżultat ta' żieda fl-importazzjonijiet. |
|
(18) |
Jenħtieġ li jsir provvediment għat-trattament ta' informazzjoni kunfidenzjali sabiex ma jkunux mikxufa sigrieti kummerċjali. |
|
(19) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet kummerċjali li jinsabu fl-Anness għal dan ir-Regolament u dwar l-applikazzjoni tal-miżuri ta' salvagwardja, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' klawżoli ta' salvagwardja bilaterali u mekkaniżmi oħra għall-irtirar temporanju ta' preferenzi tariffarji jew ta' trattament preferenzjali ieħor li jinsabu fil-ftehimiet kummerċjali konklużi bejn l-Unjoni u pajjiż terz wieħed jew aktar u msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika li tinsab fil-ftehimiet kummerċjali u li hi elenkata fl-Anness b'rabta ma' klawżoli ta' salvagwardja bilaterali jew mekkaniżmi oħrajn għall-irtirar temporanju ta' preferenzi tariffarji jew ta' trattament preferenzjali ieħor, meta tali dispożizzjonijiet ma jkunux konformi ma' dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għaldaqstant ma għandux iżomm lill-Kummissjoni milli tinnegozja dispożizzjonijiet speċifiċi bħal dawn fi ftehimiet kummerċjali futuri.
2. L-Artikolu 194 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għandu jkompli japplika għall-applikazzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja għall-irtirar temporanju ta' preferenzi tariffarji jew ta' trattament preferenzjali ieħor fil-ftehimiet kummerċjali konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi li mhumiex imsemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:
|
(1) |
“Ftehim” tfisser ftehim kummerċjali imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament; |
|
(2) |
“klawżola ta' salvagwardja bilaterali” tfisser dispożizzjoni marbuta mas-sospensjoni temporanja ta' tariffi preferenzjali li huma stabbiliti fi Ftehim; |
|
(3) |
“partijiet interessati” tfisser il-partijiet milquta mill-importazzjonijiet tal-prodott; |
|
(4) |
“industrija tal-Unjoni” tfisser jew il-produtturi tal-Unjoni kollha flimkien ta' prodott simili jew ta' prodott f'kompetizzjoni diretta li joperaw fit-territorju tal-Unjoni jew produtturi tal-Unjoni li l-produzzjoni kollettiva tagħhom ta' prodott simili jew ta' prodott f'kompetizzjoni diretta tikkostitwixxi proporzjon kbir tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' dak il-prodott: fejn prodott simili jew prodott f'kompetizzjoni diretta jkun biss wieħed minn fost diversi prodotti magħmulin minn produtturi tal-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni għandha tiġi definita fir-rigward tal-operazzjonijiet speċifiċi li huma involuti fil-produzzjoni tal-prodott simili jew f'kompetizzjoni diretta; |
|
(5) |
“dannu serju” tfisser ħsara sinifikanti ġenerali għall-pożizzjoni tal-industrija tal-Unjoni; |
|
(6) |
“theddida ta' dannu serju” tfisser dannu serju li jkun imminenti b'mod ċar, li d-determinazzjoni tal-eżistenza tagħha għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni verifikabbli; |
|
(7) |
“prodott sensittiv” tfisser prodott identifikat fi Ftehim speċifiku bħala relattivament iktar vulnerabbli minn prodotti oħra għal żieda f'importazzjonijiet; |
|
(8) |
“perijodu ta' tranżizzjoni” tfisser perijodu ta' 10 snin mid-dħul fis-seħħ ta' Ftehim, sakemm mhux definit mod ieħor fil-Ftehim rilevanti; |
|
(9) |
“pajjiż ikkonċernat” tfisser pajjiż terz li huwa parti għal Ftehim. |
Artikolu 3
Prinċipji
1. Miżura ta' salvagwardja tista' tiġi imposta f'konformità ma' dan ir-Regolament meta prodott li joriġina f'pajjiż ikkonċernat jiġi impurtat fl-Unjoni:
|
(a) |
f'tali kwantitajiet miżjuda, f'termini assoluti jew relattivi għall-produzzjoni tal-Unjoni; u |
|
(b) |
taħt tali kundizzjonijiet, li joħolqu jew jheddu li joħolqu dannu serju lill-industrija tal-Unjoni; u |
|
(c) |
iż-żieda ta' importazzjonijiet tkun ir-riżultat tal-effett ta' obbligi li joħorġu mill-Ftehim rispettiv, inkluż it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq dak il-prodott. |
2. Miżura ta' salvagwardja tista' tieħu waħda mill-forom li ġejjin:
|
(a) |
sospensjoni ta' tnaqqis ieħor fir-rata tad-dazju doganali fuq il-prodott ikkonċernat previst fl-Iskeda ta' Tneħħija tat-Tariffi tal-Ftehim mal-pajjiż ikkonċernat; |
|
(b) |
żieda fir-rata ta' dazju doganali fuq il-prodott ikkonċernat sa livell li ma jaqbiżx l-inqas minn dawn:
|
Artikolu 4
Monitoraġġ
1. Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ regolari tal-evoluzzjoni tal-istatistika dwar l-importazzjoni ta' kwalunkwe prodott sensittiv li jkunu msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament fir-rigward ta' kull Ftehim. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tikkoopera u tagħmel skambju ta' data mal-Istati Membri u mal-industrija tal-Unjoni fuq bażi regolari.
2. Fuq talba debitament ġustifikata mill-industrija tal-Unjoni kkonċernata, il-Kummissjoni tista' twessa' l-kamp ta' applikazzjoni tal-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għal kwalunkwe prodott jew settur barra minn dawk imsemmija fl-Anness.
3. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali ta' monitoraġġ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar statistika dwar l-importazzjonijiet ta' prodotti sensittivi, u ta' kwalunkwe prodott jew settur li għalihom ikun ġie estiż il-monitoraġġ.
Artikolu 5
Ftuħ ta' investigazzjoni
1. Investigazzjoni għandha tinfetaħ mill-Kummissjoni fuq talba minn Stat Membru, minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed taġixxi f'isem l-industrija tal-Unjoni, jew minn kwalunkwe assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika li tkun qed taġixxi f'isem l-industrija tal-Unjoni, jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, fejn ikun hemm biżżejjed evidenza prima facie ta' dannu serju jew it-theddida ta' dannu serju għall-industrija tal-Unjoni, kif stabbilit abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 6(5).
2. Talbiet għall-ftuħ ta' investigazzjoni tista' titressaq ukoll b'mod konġunt mill-industrija tal-Unjoni, jew minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed taġixxi f'isem l-industrija tal-Unjoni jew kwalunkwe assoċjazzjoni li ma għandhiex personalità ġuridika li taġixxi f'isem l-industrija tal-Unjoni, u t-trade unions. Barra minn hekk, talbiet għall-ftuħ ta' investigazzjoni jistgħu jiġu appoġġati mit-trade unions. Dan ma jaffettwax id-dritt tal-industrija tal-Unjoni biex tirtira t-talba.
3. Talbiet għall-ftuħ ta' investigazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
ir-rata u l-ammont taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, f'termini assoluti u relattivi; |
|
(b) |
is-sehem tas-suq domestiku meħud mill-importazzjonijiet miżjuda, u l-bidliet fir-rigward tal-industrija tal-Unjoni fir-rigward tal-livelli ta' bejgħ, produzzjoni, produttività, użu tal-kapaċità, qligħ u telf, u impjiegi. |
4. L-ambitu tal-prodott soġġett għall-investigazzjoni jista' jkopri linja tariffarja waħda jew diversi linji tariffarji jew sottosegment wieħed jew diversi sottosegmenti ta' linja tariffarja waħda jew ta' diversi linji tariffarji, skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi tas-suq, jew jista' jsegwi kwalunkwe segmentazzjoni tal-prodott li tkun applikata b'mod komuni fl-industrija tal-Unjoni.
5. Investigazzjoni tista' tinfetaħ wkoll fejn ikun hemm żieda qawwija tal-importazzjonijiet ikkonċentrata fi Stat Membru wieħed jew f'diversi Stati Membri, bil-kundizzjoni li jkun hemm biżżejjed evidenza prima facie ta' dannu serju jew it-theddida ta' dannu serju għall-industrija tal-Unjoni, kif stabbilit fuq il-bażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 6(5).
6. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi kopja tat-talba għall-ftuħ ta' investigazzjoni lill-Istati Membru qabel tiftaħ l-investigazzjoni. Meta l-Kummissjoni jkollha l-intensjoni li tiftaħ investigazzjoni fuq inizjattiva tagħha stess skont il-paragrafu 1, hija għandha tipprovdi informazzjoni lill-Istati Membri ladarba tkun iddeterminat il-ħtieġa li tiftaħ dik l-investigazzjoni.
7. Jekk għall-Kummissjoni jkun jidher li hemm biżżejjed evidenza prima facie li tiġġustifika l-ftuħ ta' investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiftaħ l-investigazzjoni u għandha tippubblika avviż dwar il-ftuħ tal-investigazzjoni (l-“avviż tal-ftuħ”) f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-investigazzjoni għandha tinfetaħ fi żmien xahar minn meta l-Kummissjoni tirċievi t-talba skont il-paragrafu 1.
8. L-avviż tal-ftuħ tal-investigazzjoni għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
ġabra fil-qosor tat-tagħrif riċevut mill-Kummissjoni u talba li t-tagħrif rilevanti kollu jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni; |
|
(b) |
il-perijodu ta' żmien li fih il-partijiet interessati jkunu jistgħu jwasslu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jippreżentaw it-tagħrif lill-Kummissjoni, jekk iridu li dawn il-fehmiet u t-tagħrif jitqiesu matul l-investigazzjoni; |
|
(c) |
il-perijodu li matulu l-partijiet interessati jkunu jistgħu japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 6(9). |
Artikolu 6
Twettiq tal-investigazzjoni
1. Wara l-pubblikazzjoni tal-avviż tal-ftuħ skont l-Artikolu 5(7) u (8), il-Kummissjoni għandha tiftaħ investigazzjoni.
2. Il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati Membri jipprovdu tagħrif, u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex iwettqu dak li jintalab minnhom. Jekk dan it-tagħrif mitlub ikun ta' interess ġenerali u ma jkunx kunfidenzjali fis-sens tal-Artikolu 12, għandu jiżdied mal-fajl mhux kunfidenzjali kif previst fil-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu.
3. Fejn possibbli, l-investigazzjoni għandha tiġi konkluża fi żmien sitt xhur mid-data li fiha jkun ġie ippubblikat l-avviż tal-ftuħ f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dak il-limitu ta' żmien jista' jiġi estiż b'perijodu addizzjonali ta' tliet xhur f'ċirkostanzi eċċezzjonali, bħall-involviment ta' għadd ogħla mis-soltu ta' partijiet interessati jew sitwazzjonijiet kumplessi tas-suq. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-partijiet interessati kollha dwar kwalunkwe estensjoni ta' dan it-tip u tispjega r-raġunijiet li jkunu wasslu għaliha.
4. Il-Kummissjoni għandha titlob it-tagħrif kollu li jidhrilha li jkun meħtieġ biex tiddetermina l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1) u għandha, fejn ikun xieraq, tivverifika dak it-tagħrif.
5. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-fatturi rilevanti kollha ta' natura oġġettiva u kwantifikabbli li jaffettwaw il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni, b'mod partikolari r-rata u l-ammont taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat f'termini assoluti u relattivi, is-sehem tas-suq domestiku meħud mill-importazzjonijiet miżjuda, u t-tibdil dwar l-industrija tal-Unjoni fir-rigward tal-livell tal-bejgħ, tal-produzzjoni, tal-produttività, tal-użu tal-kapaċità, tal-qligħ u tat-telf, u tal-impjiegi. Din il-lista mhix eżawrjenti, u l-Kummissjoni tista' tqis ukoll fatturi oħra rilevanti meta tkun qed tiddetermina l-eżistenza ta' dannu serju jew theddida ta' dannu serju, bħalma huma l-ħażniet, il-prezzijiet, ir-redditu tal-kapital użat, il-likwidità, il-livell tal-ishma fis-suq, u fatturi oħra li jkunu qed jikkawżaw jew li diġà jkunu kkawżaw dannu serju, jew jheddu li jikkawżaw dannu serju lill-industrija tal-Unjoni.
6. Il-partijiet interessati li jkunu ppreżentaw tagħrif skont il-punt (b) tal-Artikolu 5(8) u r-rappreżentanti tal-pajjiż ikkonċernat jistgħu, fuq talba bil-miktub, jispezzjonaw it-tagħrif kollu miksub mill-Kummissjoni b'konnessjoni mal-investigazzjoni, għajr għad-dokumenti interni mħejjija mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, bil-kundizzjoni li tali tagħrif ikun rilevanti għall-preżentazzjoni tal-każ tagħhom, ma jkunx kunfidenzjali fis-sens tal-Artikolu 12, u jintuża mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni. Il-partijiet interessati jistgħu jikkomunikaw ukoll il-fehmiet tagħhom dwar tali tagħrif. Jekk ikun hemm biżżejjed evidenza prima facie li ssostni dawk il-fehmiet, il-Kummissjoni għandha tikkunsidrahom.
7. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-data u l-istatistika kollha li jintużaw għall-investigazzjoni jkunu rappreżentattivi, disponibbli, jinftiehmu, trasparenti u verifikabbli.
8. Hekk kif jitwaqqaf il-qafas tekniku neċessarju, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-aċċess bl-internet b'password ta' protezzjoni għall-fajl mhux kunfidenzjali (“il-pjattaforma online”), li hija għandha tiġġestixxi u li permezz tiegħu għandu jinxtered it-tagħrif kollu rilevanti u mhux kunfidenzjali fis-sens tal-Artikolu 12. Il-partijiet interessati, l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew għandhom jingħataw aċċess għall-pjattaforma online,.
9. Il-Kummissjoni għandha tisma' lill-partijiet interessati, b'mod partikolari jekk ikunu għamlu applikazzjoni bil-miktub fil-perijodu ta' żmien stipulat fl-avviż tal-ftuħ ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li turi li x'aktarx ikunu sejrin jintlaqtu mir-riżultat tal-investigazzjoni u li jeżistu raġunijiet speċjali biex jinstemgħu oralment. Il-Kummissjoni għandha tisma' lill-partijiet interessati f'okkażjonijiet oħra jekk ikun hemm raġunijiet speċjali għal dan.
10. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-aċċess għall-investigazzjoni għas-setturi diversi u frammentati tal-industrija, li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma magħmulin minn intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), permezz ta' Helpdesk tal-SMEs iddedikat, pereżempju permezz ta' sensibilizzazzjoni, permezz tal-għoti ta' informazzjoni u spjegazzjonijiet ġenerali dwar il-proċeduri u dwar kif tiġi ppreżentata talba, billi jinħarġu kwestjonarji standard bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni u billi jitwieġbu mistoqsijiet ġenerali, u mhux speċifiċi għall-każ. Il-Helpdesk tal-SMEs għandu jagħmel disponibbli formoli standard għas-sottomissjoni tal-istatistika għall-finijiet permanenti u l-kwestjonarji.
11. Jekk it-tagħrif ma jkunx ippreżentat fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-Kummissjoni, jew meta l-investigazzjoni tiġi mxekkla b'mod sinifikanti, il-Kummissjoni tista' tasal għal deċiżjoni abbażi tal-fatti disponibbli. Jekk il-Kummissjoni ssib li xi parti interessata jew xi parti terza tkun ipprovdiet tagħrif falz jew qarrieqi, hija għandha tinjora dak it-tagħrif u tista' tagħmel użu mill-fatti disponibbli.
12. Il-Kummissjoni għandha twaqqaf l-uffiċċju tal-Uffiċjal tas-Seduta ta' Smigħ li s-setgħat u r-responsabbiltajiet tiegħu huma stabbiliti f'mandat adottat mill-Kummissjoni u li għandu jissalvagwardja l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati.
13. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika bil-miktub lill-pajjiż jew pajjiżi kkonċernati bil-ftuħ ta' investigazzjoni.
Artikolu 7
Miżuri ta' sorveljanza minn qabel
1. Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' sorveljanza minn qabel fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' prodott minn pajjiż ikkonċernat fejn ix-xejra tal-importazzjonijiet ta' dak il-prodott tkun tali li tkun tista' twassal għal waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 5. Dawk il-miżuri ta' sorveljanza minn qabel għandhom jiġu adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 17(2).
2. Il-miżuri ta' sorveljanza minn qabel għandhom ikunu validi għal perijodu limitat. Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor, dawn ma għandhomx jibqgħu validi fi tmiem it-tieni perijodu ta' sitt xhur li jsegwi l-ewwel sitt xhur wara l-introduzzjoni ta' dawk il-miżuri.
Artikolu 8
Impożizzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja proviżorji
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' salvagwardja proviżorji f'ċirkostanzi kritiċi fejn dewmien aktarx li joħloq dannu li jkun diffiċli jissewwa, u b'hekk azzjoni immedjata tkun neċessarja, skont determinazzjoni preliminari mill-Kummissjoni abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 6(5) li jkun hemm biżżejjed evidenza prima facie li prodott li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat ikun impurtat:
|
(a) |
f'tali kwantitajiet miżjuda, f'termini assoluti jew relattivi għall-produzzjoni tal-Unjoni; u |
|
(b) |
taħt tali kundizzjonijiet, biex joħolqu jew jheddu li joħolqu dannu serju lill-industrija tal-Unjoni; u |
|
(c) |
iż-żieda tal-importazzjonijiet tkun ir-riżultat tat-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq dak il-prodott. |
Dawk il-miżuri ta' salvagwardja proviżorji għandhom jiġu adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 17(2).
2. Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza li jkunu debitament ġustifikati, jekk Stat Membru jitlob intervent immedjat mill-Kummissjoni, u jekk il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jkunu sodisfatti, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jkunu immedjatament applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 17(4). Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.
3. Il-miżuri ta' salvagwardja proviżorji ma għandhomx japplikaw għal aktar minn 200 jum tal-kalendarju.
4. Jekk il-miżuri ta' salvagwardja proviżorji jitħassru minħabba li l-investigazzjoni tikxef li ma ġewx sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(1), kwalunkwe dazju doganali miġbur bħala riżultat ta' dawn il-miżuri ta' salvagwardja proviżorji għandu jiġi awtomatikament rimborsat.
5. Il-miżuri ta' salvagwardja proviżorji għandhom japplikaw għal kull prodott li jitqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni libera wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dawk il-miżuri. Madankollu, dawn il-miżuri ma jwaqqfux ir-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti li jkunu diġà jinsabu fi triqthom lejn l-Unjoni, fejn id-destinazzjoni ta' dawn il-prodotti ma tkunx tista' tinbidel.
Artikolu 9
Tmiem tal-investigazzjonijiet u proċedimenti mingħajr miżuri
1. Jekk investigazzjoni twassal għall-konklużjoni li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(1) ma jkunux sodisfatti, il-Kummissjoni għandha tippubblika deċiżjoni biex jintemmul-investigazzjoni u l-proċedimenti f'konformità tal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(3).
2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport fejn tippreżenta s-sejbiet tagħha u l-konklużjonijiet motivati li tkun waslet għalihom dwar il-kwistjonijiet rilevanti kollha ta' fatt u ta' liġi, waqt li tqis kif dovut il-protezzjoni tat-tagħrif kunfidenzjali fis-sens tal-Artikolu 12.
Artikolu 10
Impożizzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja definittivi
1. Jekk investigazzjoni twassal għall-konklużjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1) ikunu sodisfatti, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' salvagwardja definittivi skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(3).
2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport li jkun fih sommarju tal-fatti materjali u l-kunsiderazzjonijiet rilevanti għad-determinazzjoni waqt li tqis b'mod xieraq il-protezzjoni tat-tagħrif kunfidenzjali fis-sens tal-Artikolu 12.
Artikolu 11
Tul ta' żmien u rieżami tal-miżuri ta' salvagwardja
1. Miżura ta' salvagwardja għandha tibqa' fis-seħħ biss għal tali perijodu ta' żmien kif ikun meħtieġ biex ma jitħalliex li jsir jew biex jiġi rrimedjat dannu serju għall-industrija tal-Unjoni u biex ikun iffaċilitat l-aġġustament. Dak il-perijodu ma għandux jeċċedi s-sentejn, għajr jekk jiġi estiż skont il-paragrafu 2.
2. Il-perijodu inizjali ta' miżura ta' salvagwardja, kif imsemmi fil-paragrafu 1, jista' jiġi estiż b'mhux iktar minn sentejn, bil-kondizzjoni li l-miżura ta' salvagwardja tibqa' meħtieġa biex ma jitħalliex isir jew jiġi rrimedjat dannu serju għall-industrija tal-Unjoni u li jkun hemm evidenza li l-industrija tal-Unjoni tkun qed taġġusta ruħha.
3. Kwalunkwe Stat Membru, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkunu qed jaġixxu f'isem l-industrija tal-Unjoni, jew kwalunkwe assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika li tkun qed taġixxi f'isem l-industrija tal-Unjoni, tista' titlob estensjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. F'tali każ, qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar l-estensjoni, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami biex tinvestiga jekk ikunux ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, filwaqt li jitqiesu l-fatturi msemmija fl-Artikolu 6(5). Il-Kummissjoni tista' tiftaħ tali rieżami fuq l-inizjattiva tagħha stess jekk ikun hemm biżżejjed evidenza prima facie li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jkunu ġew sodisfati. Il-miżura ta' salvagwardja għandha tibqa' fis-seħħ sakemm joħroġ ir-riżultat ta' dak ir-rieżami.
4. L-avviż ta' ftuħ ta' rieżami msemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi ppubblikat f'konformità mal-Artikolu 5(7) u (8). Ir-rieżami għandu jitmexxa f'konformità mal-Artikolu 6.
5. Kwalunkwe deċiżjoni dwar estensjoni skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha ssir f'konformità mal-Artikoli 9 u 10.
6. It-tul ta' żmien totali ta' miżura ta' salvagwardja ma għandux jeċċedi l-erba' snin, inkluż il-perijodu ta' applikazzjoni ta' kwalunkwe miżura ta' salvagwardja proviżorja, il-perijodu inizjali tal-applikazzjoni u kwalunkwe estensjoni tiegħu.
Artikolu 12
Kunfidenzjalità
1. L-informazzjoni rċevuta skont dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall-għan li għalih tkun intalbet.
2. Tagħrif ta' natura kunfidenzjali u tagħrif ipprovdut fuq bażi kunfidenzjali li jkun ġie riċevut skont dan ir-Regolament ma għandux jiġi żvelat mingħajr il-kunsens espress ta' min jipprovdi dan it-tagħrif.
3. Kull talba għall-kunfidenzjalità għandha tagħti r-raġunijiet għaliex it-tagħrif għandu jkun kunfidenzjali. Il-partijiet interessati li jipprovdu tagħrif kunfidenzjali għandhom ikunu mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tiegħu. Dawk is-sommarji għandhom ikunu dettaljati biżżejjed sabiex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tat-tagħrif kunfidenzjali. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, tali partijiet interessati jistgħu jindikaw li mhuwiex possibbli li tali tagħrif jitqassar. F'tali każijiet, il-parti interessata għandha tipprovdi dikjarazzjoni tar-raġunijiet għaliex tali taqsira mhijiex possibbli. Madankollu, jekk ikun jidher li talba għall-kunfidenzjalità ma tkunx ġustifikata u jekk min jipprovdi t-tagħrif ma jkunx jixtieq lali jagħmel it-tagħrif pubbliku u lanqas li jawtorizza l-iżvelar tiegħu f'termini ġenerali jew f'forma mqassra, it-tagħrif kkonċernat jista' ma jitqiesx.
4. It-tagħrif għandu f'kwalunkwe każ jitqies bħala kunfidenzjali jekk l-iżvelar tiegħu x'aktarx li jkollu impatt negattiv sinifikanti fuq min jipprovdih jew fuq is-sors ta' dak it-tagħrif.
5. Il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx jipprekludu referenza mill-awtoritajiet tal-Unjoni għal tagħrif ġenerali, u b'mod partikolari għar-raġunijiet li fuqhom ittieħdu d-deċiżjonijiet skont dan ir-Regolament. Dawk l-awtoritajiet tal-Unjoni, madankollu, għandhom iqisu l-interess leġittimu tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi kkonċernati li s-sigrieti kummerċjali tagħhom ma jiġux żvelati.
Artikolu 13
Rapport
1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni, l-implimentazzjoni u t-twettiq tal-obbligi li jinsabu f'kull Ftehim, inkluż fir-rigward tal-kapitolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, jekk il-Ftehim ikun fih tali kapitolu, u f'dan ir-Regolament.
2. Ir-rapport għandujinkludi, fost l-oħrajn, informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' kwalunkwe miżura ta' salvagwardja provviżorja u definittiva, kwalunkwe miżura ta' sorveljanza minn qabel, kwalunkwe miżura ta' sorveljanza reġjonali u ta' salvagwardja, it-tmiem ta' kwalunkwe investigazzjoni jew proċediment mingħajr miżuri, u informazzjoni dwar l-attivitajiet tad-diversi korpi responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Ftehim u dwar l-attivitajiet tal-gruppi konsultattivi domestiċi.
3. Ir-rapport għandu jippreżenta wkoll ġabra qasira tal-istatistika u tal-evoluzzjoni tal-kummerċ ma' kull pajjiż ikkonċernat.
4. Il-Parlament Ewropew jista', fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni tar-rapport tal-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa tal-kumitat tiegħu reponsabbli sabiex tippreżenta u tispjega kwalunkwe kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
5. Mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tippubblikah.
Artikolu 14
Mekkaniżmi u kriterji oħra għal irtirar temporanju ta' preferenzi tarriffarji jew ta' trattament preferenzjarju ieħor
1. Jekk Ftehim jipprevedi mekkaniżmi jew kriterji oħra li jippermettu l-irtirar temporanju ta' preferenzi tariffarji jew ta' trattament preferenzjali ieħor fir-rigward ta' ċerti prodotti, bħal mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni f'dak li jikkonċerna r-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, per eżempju, jekk il-kundizzjonijiet stipulati fil-Ftehim rilevanti jkunu sodisfatti, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex:
|
(a) |
tissospendi jew tikkonferma n-nuqqas ta' sospensjoni tal-preferenzi tariffarji jew ta' trattament preferenzjali ieħor għall-prodott ikkonċernat; |
|
(b) |
tistabbilixxi mill-ġdid il-preferenzi tariffarji jew trattament preferenzjali ieħor fejn il-kundizzjonijiet stipulati fil-Ftehim rilevanti huma sodisfatti; |
|
(c) |
taġġusta s-sospensjoni biex tkun konformi mal-kundizzjonijiet fil-Ftehim rilevanti; jew |
|
(d) |
tieħu kwalunkwe azzjoni oħra speċifikata fil-Ftehim rilevanti. |
Dawk l-atti għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 17(3).
2. Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza li jkunu debitament ġustifikati, jekk dewmien fit-teħid tal-azzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ikun jikkawża dannu li jkun diffiċli biex jissewwa, jew sabiex jiġi evitat impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni fis-suq tal-Unjoni, b'mod partikolari b'riżultat ta' żieda fl-importazzjonijiet, jew kif previst mod ieħor fil-Ftehim rilevanti, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jkunu immedjatament applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 17(4).
Artikolu 15
Atti delegati
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 16 sabiex temenda l-Anness bil-għan li żżid jew tħassar entrati relatati ma':
|
(a) |
Ftehim; |
|
(b) |
kwalunkwe dispożizzjoni speċifika kif imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(1); |
|
(c) |
kwalunkwe prodott identifikat bħalasensittiv; |
|
(d) |
kwalunkwe dispożizzjoni li tistabbilixxi regoli speċifiċi għal mekkaniżmi oħrajn kif imsemmija fl-Artikolu 14 li jikkonċernaw fost l-oħrajn, jekk applikabbli, il-monitoraġġ, skadenzi għall-investigazzjonijiet, u rappurtar. |
Artikolu 16
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 15 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mill-14 ta' Marzu 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.
3. Id-delega ta' setgħat imsemmija fil-Artikolu 15 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat addottat skont l-Artikolu 15 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuql-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 17
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 3(1) tar- Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). li huwa kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta' Frar 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2019.
(2) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
(5) Ir-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjoni (ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16).
ANNESS
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI LI JINSABU FIL-FTEHIMIET U IMPLIMENTATI PERMEZZ TA' DAN IR-REGOLAMENT
Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Singapore
|
Data ta' Applikazzjoni |
xx/xx/xxxx |
||||||
|
Klawżola ta' salvagwardja bilaterali |
Artikolu 3.10 (Applikazzjoni ta' Miżura ta' Salvagwardja Bilaterali) |
||||||
|
Dispożizzjoni(jiet) speċifika (speċifiċi) li tinsab (li jinsabu) fil-Ftehim: |
Punt (b) tal-Artikolu 3.9:
Artikolu 3.11(5):
…
|
Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam
|
Data ta' Applikazzjoni |
xx/xx/xxxx |
||||||
|
Klawżola ta' salvagwardja bilaterali |
L-Artikolu 3.10 (Applikazzjoni ta' Miżura ta' Salvagwardja) |
||||||
|
Dispożizzjoni(jiet) speċifika (speċifiċi) li tinsab (li jinsabu) f'dan il-Ftehim: |
Punt (c) tal-Artikolu 3.9,:
L-Artikolu 3.11(6):
…
|
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika
|
Data ta' Applikazzjoni |
xx/xx/xxxx |
||||||||||
|
Klawżola ta' Salvagwardja Bilaterali: |
Artikolu 2.5 (Salvagwardji agrikoli), u 5.2 (Applikazzjoni ta' miżura ta' salvagwardja bilaterali) |
||||||||||
|
Dispożizzjoni(jiet) speċifika (speċifiċi) li tinsab (li jinsabu) f'dan il-Ftehim: |
Punt (d) tal-Artikolu 5.1:
L-Artikolu 18 (Salvagwardja) tal-Anness 2-C dwar vetturi bil-mutur u l-partijiet:
|
Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni
Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni jaqblu dwar l-importanza ta' kooperazzjoni mill-qrib dwar l-implementazzjoni tal-Ftehimiet elenkati fl-Anness għar-Regolament (UE) 2019/287 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Frar 2019 li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' salvagwardja bilaterali u mekkaniżmi oħra li jippermettu l-irtirar temporanju ta' preferenzi f'ċerti ftehimiet kummerċjali konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi. Għal dak il-għan, huma jaqblu li meta l-Parlament Ewropew jadotta rakkomandazzjoni biex jibda investigazzjoni ta' salvagwardja, il-Kummissjoni se teżamina bir-reqqa jekk ġewx sodisfatti l-kundizzjonijiet skont ir-Regolament għal inizjazzjoni ex officio. F'każ li l-Kummissjoni tqis li dawk il-kondizzjonijiet ma ġewx sodisfatti, hi ser tippreżenta rapport lill-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew li jkun jinkludi spjegazzjoni tal-fatturi kollha rilevanti għall-inizjazzjoni ta' tali investigazzjoni.