EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0084

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/84 tal-21 ta' Jannar 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/1542 li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi

ST/15750/2018/INIT

ĠU L 18I, 21.1.2019, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/84/oj

21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 18/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/84

tal-21 ta' Jannar 2019

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/1542 li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1542 tal-15 ta' Ottubru 2018 li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Ottubru 2018, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2018/1542.

(2)

Minħabba t-theddida kontinwa ppreżentata mill-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi, jenħtieġ li disa' persuni u entità waħda jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2018/1542.

(3)

Jenħtieġ għalhekk li l-Anness I għar-Regolament (UE) 2018/1542 jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) 2018/1542 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Jannar 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 259, 16.10.2018, p. 12.


ANNESS

Il-persuni u l-entità li ġejjin huma miżjuda mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2018/1542:

“A.   PERSUNI FIŻIĊI

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għad-deżinjazzjoni

Data tal-elenkar

1.

Tariq YASMINA

magħruf ukoll bħala: Tarq Yasmina Image

Sess: raġel

Titlu: Kurunell;

Nazzjonalità: Sirjana

Tariq Yasmina jaġixxi bħala l-uffiċjal ta' kuntatt bejn is-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) u l-Palazz Presidenzjali, u, bħala tali, huwa mdaħħal fl-użu u t-tħejjijiet għall-użu ta' armi kimiċi mir-reġim Sirjan.

21.1.2019

2.

Khaled NASRI

magħruf ukoll bħala: Mohammed Khaled Nasri; Haled Natsri; Image

Image

Sess: raġel

Titlu: Kap tal-Istitut 1000 tal-SSRC;

Nazzjonalità: Sirjana

Khaled Nasri huwa d-Direttur tal-Istitut 1000, it-taqsima tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) responsabbli għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta' sistemi tal-informatika u elettroniċi għall-programm ta' armamenti kimiċi tas-Sirja.

21.1.2019

3.

Walid ZUGHAIB

magħruf ukoll bħala: Zughib, Zgha'ib, Zughayb; Image

Titlu: Dottor, Kap tal-Istitut 2000 tal-SSRC;

Sess: raġel

Nazzjonalità: Sirjana

Walid Zughaib huwa d-Direttur tal-Istitut 2000, it-taqsima tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) responsabbli għall-iżvilupp mekkaniku u l-produzzjoni għall-programm ta' armamenti kimiċi tas-Sirja.

21.1.2019

4.

Firas AHMED

magħruf ukoll bħala: Ahmad; Image

Titlu: Kurunell, Kap tal-Uffiċċju tas-Sigurtà fl-Istitut 1000 tal-SSRC;

Sess: raġel

Data tat-twelid: 21 ta' Jannar 1967;

Nazzjonalità: Sirjana

Firas Ahmed huwa d-Direttur tal-Uffiċċju tas-Sigurtà tal-Istitut 1000, it-taqsima tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) responsabbli għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta' sistemi tal-informatika u elettroniċi għall-programm ta' armamenti kimiċi tas-Sirja. Kien imdaħħal fit-trasferiment u l-ħabi ta' materjali marbuta ma' armamenti kimiċi wara l-adeżjoni tas-Sirja mal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.

21.1.2019

5.

Said SAID

magħruf ukoll bħala: Saeed, Sa'id Sa'id, Image

Titlu: Dottor, membru tal-Istitut 3000 (magħruf ukoll bħala l-Istitut 6000 magħruf ukoll bħala l-Istitut 5000) tal-SSRC;

Sess: raġel

Data tat-twelid: 11 ta' Diċembru 1955

Said Said huwa figura sinifikanti fl-Istitut 3000 magħruf ukoll bħala l-Istitut 6000 magħruf ukoll bħala l-Istitut 5000, it-taqsima tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) responsabbli għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta' armamenti kimiċi tas-Sirja.

21.1.2019

6.

Anatoliy Vladimirovich CHEPIGA

Анатолий Владимирович ЧЕПИГА, magħruf ukoll bħala Ruslan BOSHIROV

Sess: raġel

Dati tat-twelid: 5 ta' April 1979; 12 ta' April 1978

Postijiet tat-twelid: Nikolaevka, Amur Oblast, Russja; Dushanbe, Taġikistan

Anatoliy Chepiga (magħruf ukoll bħala Ruslan Boshirov), uffiċjal tal-GRU, kellu fil-pussess tiegħu, ittrasporta, u mbagħad, fi tmiem il-ġimgħa tal-4 ta' Marzu 2018, f'Salisbury, uża aġent nervin tossiku (“Novichok”). Fil-5 ta' Settembru 2018, is-Servizz tal-Prosekuzzjoni tal-Kuruna tar-Renju Unit akkuża lil Ruslan Boshirov b'komplott biex jinqatel Sergei Skripal; bl-attentat ta' qtil ta' Sergei Skripal, Yulia Skripal u Nick Bailey; bl-użu u l-pussess ta' Novichok; u b'offiża gravi intenzjonata fuq il-persuna ta' Yulia Skripal u fuq il-persuna ta' Nick Bailey.

21.1.2019

7.

Alexander Yevgeniyevich MISHKIN

Александр Евгеньевич МИШКИН, magħruf ukoll bħala Alexander PETROV

Sess: raġel

Data tat-twelid: 13 ta' Lulju 1979

Postijiet tat-twelid: Loyga, Russja; Kotlas, Russja

Alexander Mishkin (magħruf ukoll bħala Alexander Petrov), uffiċjal tal-GRU, kellu fil-pussess tiegħu, ittrasporta, u mbagħad, fi tmiem il-ġimgħa tal-4 ta' Marzu 2018, f'Salisbury, uża aġent nervin tossiku (“Novichok”). Fil-5 ta' Settembru 2018, is-Servizz tal-Prosekuzzjoni tal-Kuruna tar-Renju Unit akkużah b'komplott biex jinqatel Sergei Skripal; l-attentat ta' qtil ta' Sergei Skripal, Yulia Skripal u Nick Bailey; użu u pussess ta' Novichok; u offiża gravi intenzjonata fuq il-persuna ta' Yulia Skripal u fuq il-persuna ta' Nick Bailey.

21.1.2019

8.

Vladimir Stepanovich ALEXSEYEV

Владимир Степанович АЛЕКСЕЕВ

Sess: raġel

Titlu: L-Ewwel Viċi Kap tal-GRU

Vladimir Stepanovich Alexseyev huwa L-Ewwel Viċi Kap tal-GRU (magħruf ukoll bħala l-GU). Minħabba r-rwol ta' tmexxija f'livell għoli tiegħu fil-GRU, Alexseyev huwa responsabbli għall-pussess, trasport u użu f'Salisbury, fi tmiem il-ġimgħa tal-4 ta' Marzu 2018, tal-aġent nervin tossiku “Novichok” minn uffiċjali tal-GRU.

21.1.2019

9.

Igor Olegovich KOSTYUKOV

Игорь Олегович КОСТЮКОВ

Sess: raġel

Titlu: Kap tal-GRU

Igor Olegovich Kostyukov, minħabba r-rwol ta' tmexxija f'livell għoli tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Kap tal-GRU (magħruf ukoll bħala l-GU) f'dak iż-żmien, huwa responsabbli għall-pussess, trasport u użu f'Salisbury, fi tmiem il-ġimgħa tal-4 ta' Marzu 2018, tal-aġent nervin tossiku “Novichok” minn uffiċjali tal-GRU.

21.1.2019

B.   PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għad-deżinjazzjoni

Data tal-elenkar

1.

Scientific Studies and Research Centre (SSRC)

magħruf ukoll bħala Centre d'Études et de Recherches Scientifiques (CERS), Centre de Recherche de Kaboun

Indirizz:

Triq Barzeh,

PO Box 4470,

Damasku

Is-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) huwa l-entità prinċipali tar-reġim Sirjan għall-iżvilupp ta' armamenti kimiċi.

L-SSRC huwa responsabbli għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta' armi kimiċi, kif ukoll il-missili li jġorruhom, li jintużaw f'għadd ta' siti fis-Sirja.

21.1.2019”


Top