This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019L0944
Directive (EU) 2019/944 of the European Parliament and of the Council of 5 June 2019 on common rules for the internal market for electricity and amending Directive 2012/27/EU (recast) (Text with EEA relevance.)
Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (riformulazzjoni) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (riformulazzjoni) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
PE/10/2019/REV/1
ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125–199
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 16/07/2024
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32009L0072 | 01/01/2021 | |||
Modifies | 32012L0027 | Tħassir | artikolu 15 paragrafu 5 paragrafu mhux numerat 1 | 01/01/2020 | |
Modifies | 32012L0027 | Tħassir | artikolu 15 paragrafu 5 paragrafu mhux numerat 2 | 01/01/2020 | |
Modifies | 32012L0027 | Sostituzzjoni | artikolu 15 paragrafu 5 paragrafu mhux numerat 3 | 01/01/2020 | |
Modifies | 32012L0027 | Sostituzzjoni | artikolu 13 Test | 26/10/2020 | |
Modifies | 32012L0027 | Sostituzzjoni | anness VII titolu | 01/01/2021 | |
Modifies | 32012L0027 | Sostituzzjoni | artikolu 10 paragrafu 1 paragrafu mhux numerat 1 | 01/01/2021 | |
Modifies | 32012L0027 | Sostituzzjoni | artikolu 10 paragrafu 2 paragrafu mhux numerat 1 | 01/01/2021 | |
Modifies | 32012L0027 | Sostituzzjoni | artikolu 10 titolu | 01/01/2021 | |
Modifies | 32012L0027 | Sostituzzjoni | artikolu 11 titolu | 01/01/2021 | |
Modifies | 32012L0027 | Tħassir | artikolu 15 paragrafu 8 | 01/01/2021 | |
Modifies | 32012L0027 | Sostituzzjoni | artikolu 9 paragrafu 1 paragrafu mhux numerat 1 | 01/01/2021 | |
Modifies | 32012L0027 | Tħassir | artikolu 9 paragrafu 2 punt (c) | 01/01/2021 | |
Modifies | 32012L0027 | Tħassir | artikolu 9 paragrafu 2 punt (d) | 01/01/2021 | |
Modifies | 32012L0027 | Sostituzzjoni | artikolu 9 paragrafu 2 Test | 01/01/2021 | |
Modifies | 32012L0027 | Sostituzzjoni | artikolu 9 titolu | 01/01/2021 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32019L0944R(01) | (ES) | |||
Corrected by | 32019L0944R(02) | (DE) | |||
Corrected by | 32019L0944R(03) | (ES) | |||
Corrected by | 32019L0944R(04) | (HU) | |||
Corrected by | 32019L0944R(05) | (RO) | |||
Corrected by | 32019L0944R(06) | (SV) | |||
Corrected by | 32019L0944R(07) | (EL) | |||
Corrected by | 32019L0944R(08) | (PL) | |||
Corrected by | 32019L0944R(09) | (DE) | |||
Derogated in | 32022D0258 | artikolu 40 paragrafu 7 | 23/02/2022 | ||
Derogated in | 32022D0258 | artikolu 40 paragrafu 5 | 23/02/2022 | ||
Derogated in | 32022D0258 | artikolu 40 paragrafu 4 | 23/02/2022 | ||
Derogated in | 32022D0258 | artikolu 40 paragrafu 6 | 23/02/2022 | ||
Modified by | 32022R0869 | Żieda | artikolu 59 paragrafu 1 punt (aa) | 23/06/2022 | |
Repealed by | 32023L1791 | Revoka parzjali | artikolu 70 | 12/10/2025 | |
Derogated in | 32024D0560 | artikolu 40 paragrafu 6 | 15/02/2024 | ||
Derogated in | 32024D0560 | artikolu 40 paragrafu 4 | 15/02/2024 | ||
Derogated in | 32024D0560 | artikolu 40 paragrafu 5 | 15/02/2024 | ||
Derogated in | 32024D0560 | artikolu 54 | 15/02/2024 | ||
Derogated in | 32024D0560 | artikolu 40 paragrafu 7 | 15/02/2024 | ||
Derogated in | 32024D1274 | artikolu 40 paragrafu 4 | 01/01/2024 | ||
Derogated in | 32024D1274 | artikolu 40 paragrafu 7 | 01/01/2024 | ||
Derogated in | 32024D1274 | artikolu 40 paragrafu 6 | 01/01/2024 | ||
Derogated in | 32024D1274 | artikolu 40 paragrafu 5 | 01/01/2024 | ||
Modified by | 32024L1711 | Żieda | artikolu 66 paragrafu 6 | 16/07/2024 | |
Modified by | 32024L1711 | Żieda | artikolu 15a | 16/07/2024 | |
Modified by | 32024L1711 | Sostituzzjoni | artikolu 27 paragrafu 1 | 16/07/2024 | |
Modified by | 32024L1711 | Sostituzzjoni | artikolu 59 paragrafu 1 punt (z) | 16/07/2024 | |
Modified by | 32024L1711 | Żieda | artikolu 2 punt 15a | 16/07/2024 | |
Modified by | 32024L1711 | Żieda | artikolu 66a | 16/07/2024 | |
Modified by | 32024L1711 | Sostituzzjoni | artikolu 11 paragrafu 1 | 16/07/2024 | |
Modified by | 32024L1711 | Żieda | artikolu 2 punt 10a | 16/07/2024 | |
Modified by | 32024L1711 | Żieda | artikolu 66 paragrafu 7 | 16/07/2024 | |
Modified by | 32024L1711 | Żieda | artikolu 2 punt 24b | 16/07/2024 | |
Modified by | 32024L1711 | Żieda | artikolu 28a | 16/07/2024 | |
Modified by | 32024L1711 | Sostituzzjoni | artikolu 2 punt 8 | 16/07/2024 | |
Modified by | 32024L1711 | Sostituzzjoni | artikolu 31 paragrafu 2 | 16/07/2024 | |
Modified by | 32024L1711 | Sostituzzjoni | artikolu 31 paragrafu 3 | 16/07/2024 | |
Modified by | 32024L1711 | Żieda | artikolu 2 punt 24c | 16/07/2024 | |
Modified by | 32024L1711 | Żieda | artikolu 11 paragrafu 1a | 16/07/2024 | |
Modified by | 32024L1711 | Sostituzzjoni | artikolu 33 paragrafu 1 | 16/07/2024 | |
Modified by | 32024L1711 | Sostituzzjoni | artikolu 11 titolu | 16/07/2024 | |
Modified by | 32024L1711 | Sostituzzjoni | artikolu 4 | 16/07/2024 | |
Modified by | 32024L1711 | Sostituzzjoni | artikolu 11 paragrafu 2 | 16/07/2024 | |
Modified by | 32024L1711 | Sostituzzjoni | artikolu 69 paragrafu 2 | 16/07/2024 | |
Modified by | 32024L1711 | Sostituzzjoni | artikolu 59 paragrafu 1 punt (c) | 16/07/2024 | |
Modified by | 32024L1711 | Żieda | artikolu 11 paragrafu 1b | 16/07/2024 | |
Modified by | 32024L1711 | Sostituzzjoni | artikolu 59 paragrafu 4 | 16/07/2024 | |
Modified by | 32024L1711 | Żieda | artikolu 6a | 16/07/2024 | |
Modified by | 32024L1711 | Sostituzzjoni | artikolu 2 punt 31 | 16/07/2024 | |
Modified by | 32024L1711 | Żieda | artikolu 2 punt 24a | 16/07/2024 | |
Modified by | 32024L1711 | Żieda | artikolu 27a | 16/07/2024 | |
Modified by | 32024L1711 | Żieda | artikolu 18a | 16/07/2024 |
14.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/125 |
DIRETTIVA (UE) 2019/944 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-5 ta' Ġunju 2019
dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE
(riformulazzjoni)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 194(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
Jenħtieġ li jsiru għadd ta' emendi lid-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Fl-interessi taċ-ċarezza, dik id-Direttiva jenħtieġ li tiġi riformulata. |
(2) |
Is-suq intern għall-elettriku, li ġie implimentat progressivament fl-Unjoni mill-1999, għandu l-għan, permezz tal-organizzazzjoni tas-swieq tal-elettriku kompetittivi li jaqsmu l-fruntieri tal-pajjiżi, li jipprovdi għażla reali lill-klijenti finali kollha tal-Unjoni, kemm jekk ikunu ċittadini kif ukoll jekk ikunu negozji, opportunitajiet ġodda ta' negozju, prezzijiet kompetittivi, sinjali ta' investimenti effiċjenti u standards ogħla ta' servizzi, u għandu l-għan ukoll li jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista u s-sostenibbiltà. |
(3) |
Id-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u d-Direttiva 2009/72/KE għamlu kontribut sinifikanti lejn il-ħolqien tas-suq intern għall-elettriku. Madankollu, is-sistema tal-enerġija tal-Unjoni għaddejja minn bidla kbira. L-għan komuni għad-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija joħloq opportunitajiet u sfidi ġodda għall-parteċipanti tas-suq. Fl-istess ħin, l-iżviluppi teknoloġiċi jippermettu forom ġodda ta' parteċipazzjoni tal-konsumaturi u ta' kooperazzjoni transkonfinali. Teżisti l-ħtieġa li r-regoli tas-suq tal-Unjoni jiġu adattati għal realtà ġdida tas-suq. |
(4) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Frar 2015 intitolata “Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b'Politika dwar il-Bidla fil-Klima li tħares 'il quddiem” tistabbilixxi viżjoni ta' Unjoni tal-Enerġija biċ-ċittadini fil-qofol tagħha, li fiha ċ-ċittadini jieħdu s-sjieda tat-tranżizzjoni tal-enerġija, jibbenefikaw minn teknoloġiji ġodda biex jitnaqqsu l-kontijiet tagħhom u jipparteċipaw b'mod attiv fis-suq, u li fiha l-konsumaturi vulnerabbli jkunu protetti. |
(5) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Lulju 2015 intitolata “Inwasslu Patt Ġdid għall-Konsumaturi tal-Enerġija” ipproponiet il-viżjoni tal-Kummissjoni għal suq bl-imnut li jaqdi lill-konsumaturi tal-enerġija b'mod aħjar, fost l-oħrajn billi s-swieq tal-ingrossa u dawk bl-imnut ikunu konnessi b'mod aħjar. Huma u jieħdu vantaġġ minn teknoloġija ġdida, jenħtieġ li kumpaniji tas-servizzi tal-enerġija ġodda u innovattivi jippermettu lill-konsumaturi kollha jieħdu sehem sħiħ fit-tranżizzjoni tal-enerġija, u jimmaniġġjaw il-konsum tagħhom biex jaslu għal soluzzjonijiet effiċjenti fil-konsum tal-enerġija li jiffrankawlhom il-flus u jikkontribwixxu għat-tnaqqis ġenerali tal-konsum tal-enerġija. |
(6) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Lulju 2015, intitolata “Tnedija tal-proċess ta' konsultazzjoni pubblika dwar disinn ġdid tas-suq tal-enerġija”, enfasizzat li t-tbegħid mill-ġenerazzjoni f'installazzjonijiet kbar tal-ġenerazzjoni ċentralizzata lejn produzzjoni deċentralizzata tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli u lejn s-swieq dekarbonizzati jirrikjedi li jiġu adattati r-regoli attwali dwar il-kummerċ fl-elettriku u li jinbidlu r-rwoli eżistenti fis-suq. Il-Komunikazzjoni saħqet dwar il-ħtieġa li s-swieq tal-elettriku jiġu organizzati b'mod aktar flessibbli u li l-atturi kollha tas-suq jiġu integrati – fosthom il-produtturi tal-enerġija rinnovabbli, il-fornituri l-ġodda tas-servizzi tal-enerġija, il-ħżin tal-enerġija u d-domanda flessibbli. Huwa daqstant importanti li l-Unjoni tinvesti b'mod urġenti f'interkonnessjoni fil-livell tal-Unjoni għat-trasferiment tal-enerġija permezz ta' sistemi tat-trażmissjoni tal-elettriku b'vultaġġ għoli. |
(7) |
Bil-għan li jinħoloq suq intern għall-elettriku, l-Istati Membri jenħtieġ li jrawmu l-integrazzjoni tas-swieq nazzjonali tagħhom u kooperazzjoni fost l-operaturi tas-sistema fil-livell tal-Unjoni u f'dak reġjonali, u jinkorporaw sistemi iżolati li jifformaw gżejjer tal-elettriku li jippersistu fl-Unjoni. |
(8) |
Minbarra li tindirizza sfidi ġodda, din id-Direttiva tfittex li tindirizza x-xkiel persistenti għat-tlestija tas-suq intern għall-elettriku. Il-qafas regolatorju rfinut jenħtieġ li jikkontribwixxi sabiex jingħelbu l-problemi attwali ta' swieq nazzjonali frammentati li ta' spiss għadhom determinati minn livell għoli ta' interventi regolatorji. Tali interventi wasslu għal ostakoli għall-provvista tal-elettriku taħt kondizzjonijiet ugwali kif ukoll għal spejjeż ogħla meta mqabbla ma' soluzzjonijiet ibbażati fuq il-kooperazzjoni transkonfinali u prinċipji bbażati fuq is-suq. |
(9) |
L-Unjoni tkun tilħaq il-miri tagħha dwar is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli bl-iktar mod effikaċi permezz tal-ħolqien ta' qafas tas-suq li jippremja l-flessibbiltà u l-innovazzjoni. Disinn ta' suq tal-elettriku li jiffunzjona tajjeb huwa l-fattur ewlieni li jippermetti d-diffużjoni ta' enerġija rinnovabbli. |
(10) |
Il-konsumaturi għandhom rwol essenzjali biex tinkiseb il-flessibilità meħtieġa biex is-sistema tal-elettriku tiġi adattata għall-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli li tkun varjabbli u distribwita. Il-progress teknoloġiku fil-ġestjoni tal-grilja u l-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli wasslu għal bosta opportunitajiet għall-konsumaturi. Kompetizzjoni b'saħħitha fis-swieq tal-bejgħ bl-imnut hija essenzjali biex jiġi żgurat il-ftuħ, xprunat mis-swieq, ta' servizzi innovattivi ġodda li jindirizzaw il-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet, li dejjem jinbidlu, tal-konsumaturi filwaqt li tiżdied il-flessibbiltà tas-sistema. Madankollu, in-nuqqas ta' informazzjoni f'ħin reali jew kważi f'ħin reali pprovduta lill-konsumaturi dwar il-konsum tal-enerġija tagħhom ma ħallihomx ikunu parteċipanti attivi fis-suq tal-enerġija u t-tranżizzjoni tal-enerġija. Meta l-konsumaturi jingħataw is-setgħa u l-għodod biex jieħdu sehem aktar fis-suq tal-enerġija, inkluża partiċipazzjoni innovattiva, il-ħsieb huwa li ċ-ċittadini fl-Unjoni jgawdu mis-suq intern għall-elettriku u li l-miri tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni jintlaħqu. |
(11) |
Il-libertajiet li t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jiggarantixxi liċ-ċittadini tal-Unjoni – inter alia, il-moviment liberu tal-merkanzija, il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi – jistgħu jinkisbu biss f'suq kompletament miftuħ, li jippermetti lill-konsumaturi kollha jagħżlu liberament il-fornituri tagħhom u li jippermetti lill-fornituri kollha jwasslu liberament il-fornimenti tagħhom lill-klijenti tagħhom. |
(12) |
Il-promozzjoni tal-kompetizzjoni ġusta u ta' aċċess faċli għall-fornituri differenti hija tal-ogħla importanza għall-Istati Membri sabiex jippermettu li l-konsumaturi jisfruttaw bis-sħiħ l-opportunitajiet ta' suq intern liberalizzat għall-elettriku. Madankollu, huwa possibbli li l-falliment tas-suq jippersisti f'sistemi żgħar periferiċi tal-elettriku u f'sistemi li mhumiex konnessi ma' Stati Membri oħra, fejn il-prezzijiet tal-elettriku jonqsu milli jipprovdu is-sinjal it-tajjeb biex jixprunaw l-investiment, u għalhekk ikun jeħtieġ soluzzjonijiet speċifiċi biex jiġi żgurat livell adegwat ta' sigurtà tal-provvista. |
(13) |
Sabiex titrawwem il-kompetizzjoni u tiġi żgurata l-provvista tal-elettriku bl-aktar prezz kompetittiv, l-Istati Membri u l-awtoritajiet regolatorji jenħtieġ li jiffaċilitaw l-aċċess transkonfinali għall-fornituri l-ġodda tal-elettriku minn sorsi differenti tal-enerġija kif ukoll għall-fornituri l-ġodda tal-ġenerazzjoni, ta' ħżin tal-enerġija u ta' rispons tad-domanda tal-enerġija. |
(14) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li ma jkun jeżisti l-ebda ostaklu bla bżonn fis-suq intern għall-elettriku fir-rigward tad-dħul fis-suq, it-tħaddim tas-suq u l-ħruġ mis-suq. Fl-istess ħin, jenħtieġ li jkun iċċarat li dak l-obbligu huwa mingħajr preġudizzju għall-kompetenza li l-Istati Membri jżommu relattivament għal pajjiżi terzi. Jenħtieġ li dik il-kjarifika ma tiġix interpretata li tippermetti li Stat Membru jeżerċita l-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Jenħtieġ li jiġi ċċarat ukoll li l-parteċipanti tas-suq minn pajjiżi terzi li joperaw fi ħdan is-suq intern għandhom jikkonformaw mal-liġijiet applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali bl-istess mod bħall-parteċipanti l-oħra kollha tas-suq. |
(15) |
Ir-regoli tas-suq jippermettu d-dħul u l-ħruġ tal-produtturi u tal-fornituri abbażi tal-valutazzjoni tagħhom tal-vijabbiltà ekonomika u finanzjarja tal-operazzjonijiet tagħhom. Dak il-prinċipju mhuwiex inkompatibbli mal-possibbiltà għall-Istati Membri li jimponu fuq l-impriżi li joperaw fis-settur tal-elettriku obbligi ta' servizz pubbliku fl-interess ekonomiku ġenerali f'konformità mat-Trattati, b'mod partikolari mal-Artikolu 106 tat-TFUE, u ma' din id-Direttiva u r-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
(16) |
Il-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Ottubru 2014 iddikjara fil-konklużjonijiet tiegħu li l-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Istati Membri, għandha tieħu miżuri urġenti sabiex tiżgura li tintlaħaq mira minima ta' 10 % tal-interkonnessjonijiet tal-elettriku eżistenti, bħala kwistjoni ta' urġenza, u mhux aktar tard mill-2020, tal-inqas għall-Istati Membri li għadhom ma laħqux livell minimu ta' integrazzjoni fis-suq intern tal-enerġija, jiġifieri l-Istati Baltiċi, il-Portugall u Spanja, u għall-Istati Membri li jikkostitwixxu l-punt ta' aċċess ewlieni tagħhom għas-suq intern tal-enerġija. Huwa ddikjara wkoll li l-Kummissjoni għandha wkoll tirrapporta b'mod regolari lill-Kunsill Ewropew bil-għan li tintlaħaq mira ta' 15 % sal-2030. |
(17) |
L-interkonnessjoni fiżika suffiċjenti mal-pajjiżi ġirien hija importanti biex tippermetti li l-Istati Membri u lill-pajjiżi ġirien jibbenefikaw mill-effetti pożittivi tas-suq intern kif enfasizzat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2017, intitolata “Komunikazzjoni dwar it-tisħiħ tan-netwerks tal-enerġija tal-Ewropa”, u kif rifless fil-pjanijiet nazzjonali integrati tal-Istati Membri dwar l-enerġija u l-klima taħt ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). |
(18) |
Is-swieq tal-elettriku huma differenti minn swieq oħra bħal dawk għall-gass naturali, pereżempju minħabba li jinvolvu l-kummerċ f'komodità li bħalissa ma tistax tinħażen faċilment u li tiġi prodotta bl-użu ta' varjetà kbira ta' installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni, inkluż permezz ta' ġenerazzjoni distribwita. Dan ġie rifless fl-approċċi differenti għat-trattament regolatorju tal-interkonnetturi fis-setturi tal-elettriku u tal-gass. L-integrazzjoni tas-swieq tal-elettriku teħtieġ livell għoli ta' kooperazzjoni fost l-operaturi tas-sistemi, il-parteċipanti fis-swieq u l-awtoritajiet regolatorji, b'mod partikolari fejn l-elettriku jiġi nnegozjat permezz tal-akkoppjament ta' swieq. |
(19) |
Jenħtieġ li fost l-għanijiet ewlenin ta' din id-Direttiva ikun dak li jkunu żgurati regoli komuni għal suq intern reali u provvista wiesgħa ta' elettriku li tkun aċċessibbli għal kulħadd. Għal dak il-għan, il-prezzijiet tas-suq mingħajr distorsjoni jkunu jistgħu jipprovdu inċentivi għall-interkonnessjonijiet transkonfinali u għal investimenti fil-ġenerazzjoni ġdida tal-elettriku filwaqt li jwasslu għall-konverġenza fil-prezzijiet fuq perjodu ta' żmien fit-tul. |
(20) |
Il-prezzijiet tas-suq jenħtieġ li jagħtu l-inċentivi t-tajba għall-iżvilupp tan-netwerk u biex ikun hemm investiment fil-ġenerazzjoni ġdida tal-elettriku. |
(21) |
Hemm tipi differenti ta' organizzazzjoni tas-suq li jeżistu fis-suq intern għall-elettriku. Il-miżuri li l-Istati Membri jistgħu jieħdu biex jiżguraw livell ta' kondizzjonijiet ugwali jenħtieġ li jkunu bbażati fuq rekwiżiti prevalenti ta' interess ġenerali. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiġi kkonsultata dwar il-kompatibbiltà ta' dawk il-miżuri mat-TFUE u ma' liġijiet oħra tal-Unjoni. |
(22) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom diskrezzjoni wiesgħa biex jimponu obbligi ta' servizz pubbliku fuq l-impriżi tal-elettriku sabiex jintlaħqu għanijiet ta' interess ekonomiku ġenerali. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li klijenti domestiċi u, fejn l-Istati Membri jqisuh xieraq, intrapriżi żgħar, igawdu d-dritt li jkunu fornuti b'elettriku ta' kwalità speċifikata bi prezzijiet komparabbli b'mod ċar, trasparenti u kompetittivi. Madankollu, l-obbligi ta' servizz pubbliku f'forma ta' ffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku jikkostitwixxu miżura li fundamentalment twassal għal distorsjoni, li ta' spiss twassal għal akkumulazzjoni ta' żbilanċi tariffarji, il-limitazzjoni tal-għażla tal-konsumatur, inċentivi aktar dgħajfa għall-iffrankar tal-enerġija u għal investimenti fl-effiċjenza tal-enerġija, standards aktar baxxi tas-servizz, involviment u sodisfazzjoni aktar baxxi tal-konsumatur, u r-restrizzjoni tal-kompetizzjoni, kif ukoll li jkun hemm inqas prodotti u servizzi innovattivi fis-suq. B'konsegwenza, l-Istati Membri jenħtieġ li japplikaw għodod ta' politika oħra, b'mod partikolari, miżuri ta' politika soċjali mmirati biex il-prezzijiet tal-provvista tal-elettriku liċ-ċittadini tagħhom jibqgħu raġonevoli. L-interventi pubbliċi fl-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku jenħtieġ li jsiru biss bħala obbligi ta' servizz pubbliku u jenħtieġ li jkunu soġġetti għal kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'din id-Direttiva. Suq tal-bejgħ tal-elettriku bl-imnut kompletament liberalizzat u li jiffunzjona tajjeb jistimula l-kompetizzjoni, kemm mil-lat tal-prezzijiet kif ukoll minn lati oħra, fost il-fornituri eżistenti u jipprovdi inċentivi għad-dħul ta' parteċipanti ġodda fis-suq, u b'hekk jittejbu l-għażla u s-sodisfazzjoni tal-konsumaturi. |
(23) |
Jenħtieġ li l-obbligi ta' servizz pubbliku f'forma ta' ffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku jintużaw mingħajr ma jmorru kontra l-prinċipji ta' swieq miftuħa f'ċirkostanzi u benefiċjarji definiti b'mod ċar u jenħtieġ li jkunu għal tul ta' żmien limitat. Tali ċirkostanzi jistgħu jseħħu pereżempju fejn il-provvista hija ristretta ħafna, li tikkawża prezzijiet tal-elettriku ogħla b'mod sinifikanti min-normal, jew f'każ ta' falliment tas-suq fejn interventi minn awtoritajiet regolatorji u awtoritajiet tal-kompetizzjoni wrew li mhumiex effettivi. Dan jaffettwa b'mod sproporzjonat l-unitajiet domestiċi u, b'mod partikolari, il-klijenti vulnerabbli li tipikament jużaw sehem akbar mid-dħul disponibbli tagħhom għall-kontijiet tal-enerġija meta mqabbla ma' konsumaturi bi dħul għoli. Sabiex jittaffew l-effetti ta' distorsjoni tal-obbligi tas-servizz pubbliku fl-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku, l-Istati Membri li japplikaw tali interventi jenħtieġ li jistabbilixxu miżuri addizzjonali, inklużi miżuri sabiex jipprevjenu distorsjonijiet għall-iffissar tal-prezzijiet fis-suq tal-operaturi. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-benefiċjarji kollha ta' prezzijiet regolati jkunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-offerti disponibbli fis-suq kompetittiv meta dawn jagħżlu li jagħmlu dan. Għal dan il-għan, dawk il-benefiċjarji jenħtieġ li jkunu mgħammra b'sistemi ta' kejl intelliġenti u jkollhom aċċess għal-kuntratti dinamiċi tal-prezz tal-elettriku. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkunu direttament u regolarment infurmati dwar l-offerti u l-iffrankar disponibbli fis-suq kompetittiv, b'mod partikolari relattivament għal kuntratti dinamiċi tal-prezz tal-elettriku, u jenħtieġ li jiġu pprovduti b'assistenza biex jirreaġixxu għal, u jibbenefikaw minn, offerti bbażati fuq is-suq. |
(24) |
Jenħtieġ li d-dritt tal-benefiċjarji ta' prezzijiet regolati li jirċievu kejl intelliġenti individwali mingħajr spejjeż żejda ma jfixxkilx lill-Istati Membri milli jimmodifikaw l-funzjonalità ta' sistemi ta' kejl intelliġenti fejn ma teżistix l-infrastruttura tal-kejl intelliġenti minħabba li l-valutazzjoni tal-kost-benefiċċju rigward l-introduzzjoni ta' sistemi ta' kejl intelliġenti kienet negattiva. |
(25) |
Jenħtieġ li l-interventi pubbliċi fl-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku ma jwasslux għal inter-sussidjarjetà diretta bejn kategoriji differenti ta' klijenti. Skont dak il-prinċipju, is-sistemi tal-prezzijiet ma għandhomx espliċitament iġiegħlu lil ċerti kategoriji ta' klijent iġarrbu l-ispiża tal-interventi fil-prezzijiet li jaffettwaw kategoriji oħrajn ta' klijent. Pereżempju, sistema tal-prezzijiet fejn l-ispiża jsofruha l-fornituri jew operaturi oħra b'mod mhux diskriminatorju jenħtieġ li ma titqiesx bħala inter-sussidjarjetàdiretta. |
(26) |
Biex tkun żgurata ż-żamma ta' standards għoljin ta' servizz pubbliku fl-Unjoni, il-miżuri kollha li jkunu ttieħdu mill-Istati Membri biex jinkiseb l-għan ta' din id-Direttiva jenħtieġ li jkunu notifikati regolarment lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippubblika b'mod regolari rapport li janalizza l-miżuri meħuda f'livell nazzjonali biex jinkisbu l-għanijiet tas-servizz pubbliku u li jqabbel l-effikaċja tagħhom, bil-ħsieb li jsiru rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-miżuri li jridu jittieħdu f'livell nazzjonali biex jinkisbu standards għoljin ta' servizz pubbliku. |
(27) |
Jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jaħtru fornitur bħala l-aħħar għażla tagħhom. Dak il-fornitur jista' jkun it-taqsima tal-bejgħ ta' impriża integrata vertikalment li tkun twettaq ukoll il-funzjonijiet ta' distribuzzjoni, dment li din tissodisfa r-rekwiżiti tas-separazzjoni f'din id-Direttiva. |
(28) |
Jenħtieġ li jkun possibbli għall-miżuri implementati mill-Istati Membri biex jinkisbu l-għanijiet tal-koeżjoni soċjali u ekonomika li jinkludu, b'mod partikolari, id-dispożizzjoni ta' inċentivi ekonomiċi adegwati, bl-użu, fejn adatt, ta' kwaunkwe għodda eżistenti kemm nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni. Tali għodod jistgħu jinkludu mekkaniżmi ta' responsabbiltà biex jiggarantixxu l-investiment meħtieġ. |
(29) |
Sa fejn il-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jaderixxu mal-obbligi tas-servizz pubbliku jkunu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, hemm obbligu taħt l-Artikolu 108(3) tat-TFUE li dawn jinnotifikawhom lill-Kummissjoni. |
(30) |
Il-liġi transettorjali tipprevedi bażi soda għall-protezzjoni tal-konsumatur għal firxa wiesgħa ta' servizzi tal-enerġija li jeżistu u tista' tevolvi. Madankollu, ċerti drittijiet kuntrattwali bażiċi tal-konsumaturi jenħtieġ li jiġu stabbiliti b'mod ċar. |
(31) |
Il-konsumaturi jenħtieġ li ssirilhom disponibbli informazzjoni li tinftiehem u mhux ambigwa dwar id-drittijiet tagħhom rigward is-settur tal-enerġija. Il-Kummissjoni, stabbilixxiet, wara li kkonsultat lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi Stati Membri, awtoritajiet regolatorji, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u intrapriżi tal-elettriku, lista għall-konsumaturi tal-enerġija li tipprovdi lill-konsumaturi informazzjoni prattika dwar id-drittijiet tagħhom. Dik il-lista jenħtieġ li tinżamm aġġornata, tiġi pprovduta lill-konsumaturi kollha u tkun disponibbli għall-pubbliku. |
(32) |
Diversi fatturi jimpedixxu lill-konsumaturi milli jkollhom aċċess, jifhmu u jieħdu azzjoni abbażi tas-sorsi varji ta' informazzjoni tas-suq disponibbli lilhom. Jirriżulta għalhekk li l-paragunabbiltà tal-offerti jenħtieġ li tittejjeb u l-ostakoli għall-bdil jenħtieġ li jiġu minimizzati kemm jista' jkun mingħajr ma tiġi limitata bla bżonn l-għażla għall-konsumaturi. |
(33) |
Fuq il-klijenti iżgħar għad hemm imposta firxa wiesgħa ta' tariffi, direttament jew indirettament bħala riżultat tal-bdil ta' fornitur. Tali tariffi jagħmluha iktar diffiċli sabiex jiġi identifikat l-aqwa prodott jew servizz u jnaqqsu l-vantaġġ finanzjarju immedjat ta' bdil minn fornitur għall-ieħor. Minkejja li t-tneħħija ta' tali tariffi tista' tillimita l-għażla tal-konsumaturi billi telimina prodotti bbażati fuq l-ippremjar tal-lealtà tal-konsumaturi, ir-restrizzjoni ulterjuri tal-użu tagħhom ittejjeb il-benesseri tal-konsumatur, l-involviment tiegħu u l-kompetizzjoni fis-suq. |
(34) |
X'aktarx li tul ta' żmien iqsar tal-bdil iħeġġeġ lill-konsumaturi biex ifittxu l-aqwa offerti fis-suq tal-enerġija u jibdlu l-fornitur. Biż-żieda fl-użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni, sas-sena 2026, il-proċess tekniku ta' bdil għar-reġistrazzjoni ta' fornitur ġdid f'punt ta' kejl għand l-operatur tas-suq jenħtieġ li jkun tipikament possibbli li jitlesta fi żmien 24 siegħa fi kwalunkwe jum ta' xogħol. Minkejja passi oħrajn fil-proċess tekniku ta' bdil li għandhom jitlestew qabel ma jinbeda l-proċess ta' bdil, jekk tkun żgurata l-possibbiltà li sa dik id-data jseħħ il-proċess tekniku tal-bdil fi żmien 24 siegħa, ikun minimizzat it-tul ta' żmien tal-bdil, u dan jgħin iżid l-involviment tal-konsumatur u l-kompetizzjoni fis-suq tal-konsumaturi. Fi kwalunkwe każ, it-tul ta' żmien totali tal-proċess ta' bdil jenħtieġ li ma jaqbiżx tliet ġimgħat mid-data tat-talba tal-konsumatur. |
(35) |
L-għodod tat-tqabbil indipendenti, fosthom is-siti web, huma mezz effettiv għall-klijenti iżgħar sabiex jivvalutaw il-merti ta' offerti differenti tal-enerġija li huma disponibbli fis-suq. Tali għodod inaqqsu l-ispejjeż tat-tiftix peress li l-klijenti ma jkollhomx iktar il-ħtieġa li jiġbru informazzjoni minn fornituri individwali u minn fornituri tas-servizzi Tali għodod jistgħu jipprovdu l-aqwa bilanċ bejn il-ħtieġa biex l-informazzjoni tkun ċara u konċiża u l-ħtieġa li tkun sħiħa u komprensiva. Jenħtieġ li jimmiraw li jinkludu l-usa' firxa possibbli ta' offerti disponibbli, u li jkopru s-suq bl-aqwa mod possibbli biex il-konsumatur jingħata ħarsa ġenerali rappreżentattiva. Huwa kruċjali li l-klijenti iżgħar ikollhom aċċess għal tal-anqas għodda waħda ta' tqabbil u li l-informazzjoni mogħtija b'dawn l-għodda tkun affidabbli, imparzjali u trasparenti. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal għodda ta' tqabbil li titħaddem minn awtorità nazzjonali jew minn kumpannija privata. |
(36) |
Id-disponibilità ta' mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni barra l-qorti ta' tilwim li jkunu effettivi u indipendenti, għall-konsumaturi kollha, bħal ombudsman tal-enerġija, korp tal-konsumaturi jew awtorità regolatorja, tiggarantixxi ħarsien akbar tal-konsumaturi. L-Istati Membri jenħtieġ li jintroduċu proċeduri rapidi u effettivi għat-trattament tal-ilmenti. |
(37) |
Il-konsumaturi kollha jenħtieġ li jkunu jistgħu jibbenefikaw minn parteċipazzjoni diretta fis-suq, b'mod partikolari billi jaġġustaw il-konsum tagħhom skont is-sinjali tas-suq, u b'hekk, jibbenefikaw minn prezzijiet aktar baxxi għall-elettriku jew minn ħlasijiet ta' inċentiv oħra. Il-benefiċċji ta' tali parteċipazzjoni attiva x'aktarx jiżdiedu maż-żmien, hekk kif ikun hemm sensibilizzazzjoni ta' konsumaturi altrimenti passivi dwar il-possibbiltajiet tagħhom bħala klijenti attivi u hekk kif l-informazzjoni dwar il-possibbiltajiet ta' parteċipazzjoni attiva ssir aktar aċċessibbli u magħrufa aħjar. Jenħtieġ li l-konsumaturi jkollhom il-possibbiltà li jipparteċipaw fil-forom kollha ta' rispons tad-domanda. Għalhekk jenħtieġ li huma jkollhom il-possibbiltà li jibbenefikaw mill-introduzzjoni sħiħa ta' sistemi ta' kejl intelliġenti u, fejn tali introduzzjoni tkun ġiet ivvalutata b'mod negattiv, li jkunu jistgħu jagħżlu li jkollhom sistema ta' kejl intelliġenti u kuntratt dwar prezz dinamiku tal-elettriku. Dan jenħtieġ li jippermettilhom jadattaw il-konsum tagħhom skont is-sinjali tal-prezzijiet f'ħin reali li jirriflettu l-valur u l- ispiża tal-elettriku jew it-trasport f'perjodi ta' żmien differenti, filwaqt li l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li tkun raġonevoli l-espożizzjoni tal-konsumaturi għar-riskji tal-prezzijiet bl-ingrossa. Jenħtieġ li l-konsumaturi jiġu informati dwar il-benefiċċji u r-riskji potenzjali tal-prezz tal-kuntratti dwar prezz dinamiku tal-elettriku. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw ukoll li dawk il-konsumaturi li jagħżlu li ma jkunux attivament involuti fis-suq ma jiġux ippenalizzati. Minflok, jenħtieġ li l-abbiltà tagħhom li jieħdu deċiżjonijiet informati dwar l-għażliet disponibbli lilhom tiġi ffaċilitata bil-mod l-aktar adatt għall-kondizzjonijiet tas-suq domestiku. |
(38) |
Sabiex jiġu massimizzati l-benefiċċji u l-effikaċja tal-ipprezzar dinamiku tal-elettriku, jenħtieġ li l-Istati Membri jivvalutaw il-potenzjal li jagħmlu l-komponenti fissi fil-kontijiet tal-elettriku aktar dinamiċi jew li jnaqqsu s-sehem tagħhom, u fejn ikun hemm tali potenzjal, jenħtieġ li jieħdu azzjoni adatta. |
(39) |
Il-gruppi kollha tal-klijenti (industrijali, kummerċjali u domestiċi) jenħtieġ li jkollhom aċċess għas-swieq tal-elettriku biex ikunu jistgħu jikkummerċjaw il-flessibbiltà tagħhom u l-elettriku li jiġġeneraw huma stess. Il-klijenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħmlu użu sħiħ mill-vantaġġi tal-aggregazzjoni tal-produzzjoni u l-provvista fuq reġjuni akbar u jibbenefikaw mill-kompetizzjoni transkonfinali. Il-parteċipanti tas-suq impenjati fl-aggregazzjoni x'aktarx ikollhom rwol importanti bħala intermedjarji bejn gruppi ta' klijenti u s-suq. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu liberi li jagħżlu l-mudell adatt ta' implimentazzjoni u l-approċċ adatt ta' governanza għal aggregazzjoni indipendenti filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji ġenerali stabbiliti f'din id-Direttiva. Tali mudell jew approċċ jista' jinkludi l-għażla ta' prinċipji msejsa fis-suq jew prinċipji regolatorji li jipprovdu soluzzjonijiet sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva, bħal mudelli fejn l-iżbilanċi jiġu solvuti jew fejn jiġu introdotti korrezzjonijiet tal-perimetru. Il-mudell magħżul jenħtieġ li jkolluregoli trasparenti u ġusti biex l-aggregaturi indipendenti jitħallew jissodisfaw ir-rwol tagħhom bħala intermedjarji u biex jiżgura li l-konsumatur finali jibbenefika b'mod adegwat mill-attivitajiet tagħhom. Il-prodotti jenħtieġ li jiġu ddefiniti fis-swieqkollha tal-elettriku, inklużi s-swieq tas-servizzi anċillari u tal-kapaċità, biex tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni tar-rispons tad-domanda. |
(40) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Lulju 2016, intitolata “L-Istrateġija Ewropea għal Mobbiltà b'Emissjonijiet Baxxi”, tenfasizza l-ħtieġa għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tiegħu, speċjalment f'żoni urbani, u tenfasizza r-rwol importanti li jista' jkollha l-elettromobbiltà biex jintlaħqu dawk l-għanijiet. Barra minn hekk, l-adozzjoni tal-elettromobbiltà tikkostitwixxi element importanti tat-tranżizzjoni tal-enerġija. Ir-regoli tas-suq stabbiliti f'din id-Direttiva għalhekk mistennija jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' kondizzjonijiet favorevoli għal vetturi elettriċi ta' kull tip. B'mod partikolari, jenħtieġ li jiżguraw l-introduzzjoni effettiva ta' punti tal-iċċarġjar aċċessibbli pubblikament u privati għall-vetturi elettriċi, u jenħtieġ li jiżguraw l-integrazzjoni effiċjenti tal-iċċarġjar tal-vetturi fis-sistema. |
(41) |
Ir-rispons tad-domanda huwa ċentrali biex jippermetti l-iċċarġjar intelliġenti tal-vetturi elettriċi u b'hekk jippermetti li vetturi elettriċi jiġu integrati b'mod effiċjenti fil-grilja tal-elettriku, element kruċjali għall-proċess ta' dekarbonizzazzjoni tat-trasport. |
(42) |
Il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkunsmaw, jaħżnu u jbigħu l-elettriku li jiġġeneraw huma stess fis-suq u jipparteċipaw fis-swieq tal-elettriku kollha billi jipprovdu flessibbiltà lis-sistema, pereżempju permezz tal-ħżin tal-enerġija, bħall-ħżin bl-użu ta'vetturi tal-elettriku, permezz ta' rispons tad-domanda jew permezz ta' skemi tal-effiċjenza enerġetika. L-iżviluppi teknoloġiċi ġodda se jiffaċilitaw dawk l-attivitajiet fil-ġejjieni. Madankollu, jeżistu ostakoli kummerċjali u legali, inklużi, pereżempju, tariffi sproporzjonati għal elettriku kkunsmat internament, obbligi li l-elettriku awto ġenerat jiġi trażmess lis-sistema tal-enerġija, u piżijiet amministrattivi, bħall-bżonn għall-konsumaturi li jiġġeneraw l-elettriku huma stess u li jbigħuh lis-sistema biex jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-fornituri, eċċ. Jenħtieġ li jitneħħew tali ostakoli li jxekklu lill-konsumaturi milli jiġġeneraw huma stess l-elettriku u milli jikkunsmaw, jaħżnu jew ibiegħu l-elettriku li jiġġeneraw huma stess lis-suq, filwaqt li jiġi żgurat li tali konsumaturi jikkontribwixxu b'mod adegwat għall-ispejjeż tas-sistema. Jenħtieġ li l-Istati Membri jista' jkollhom dispożizzjonijiet differenti fil-liġi nazzjonali tagħhom fir-rigward tat-taxxi u l-imposti għall-klijenti attivi individwali u għall-klijenti attivi li jaġixxu flimkien, kif ukoll għall-klijenti tal-unitajiet domestiċi u klijenti finali oħra. |
(43) |
It-teknoloġiji tal-enerġija distribwita u l-għoti ta' setgħat lill-konsumatur wasslu biex l-enerġija komunitarjassir mezz effikaċi u kosteffiċjenti biex jintlaħqu l-ħtiġijiet u l-aspettattivi taċ-ċittadini fir-rigward tas-sorsi tal-enerġija, ta' servizzi u ta' parteċipazzjoni lokali. L-enerġija komunitarja toffri għażla inklużiva għall-konsumaturi kollha biex ikollhom rwol dirett fil-produzzjoni, fil-konsum jew fil-qsim tal-enerġija. L-inizjattivi tal-enerġija komunitarja jiffokaw primarjament fuq il-forniment ta' tip speċifiku ta' enerġija, bħal pereżempju l-enerġija rinnovabbli, bi prezzijiet raġonevoli għall-membri jew azzjonisti tagħhom pjuttost milli jagħtu prijorità lill-profitti, kif tagħmel impriża tradizzjonali tal-elettriku. Permezz tal-involviment dirett tal-konsumaturi, l-inizjattivi tal-enerġija komunitarja juru l-potenzjal tagħhom biex jiffaċilitaw l-adozzjoni ta' teknoloġiji ġodda u xejriet ta' konsum ġodda, inklużi grilji tad-distribuzzjoni intelliġenti u rispons tad-domanda, b'mod integrat. L-enerġija komunitarja tista' wkoll tavvanza l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fuq il-livell tal-konsumaturi domestiċi u tgħin fil-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku permezz ta' tnaqqis tal-konsum u tariffi ta' provvista aktar baxxi. L-enerġija komunitarja tippermetti wkoll li ċerti gruppi ta' klijenti domestiċi jipparteċipaw fis-suq tal-elettriku li kieku ma setgħux jagħmlu dan. Fejn tħaddmu b'suċċess, tali inizjattivi taw benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ambjentali fil-komunità, li jmorru lil hinn minn sempliċi benefiċċji li jirriżultaw mill-forniment tas-servizzi tal-enerġija. Din id-Direttiva għandha l-għan li tirrikonoxxi ċerti kategoriji ta' inizjattivi taċ-ċittadini fil-qasam tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni bħala “komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin”, biex tipprovdilhom qafas ta' abilitazzjoni, trattament ġust, kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni u katalgu definit sew ta' drittijiet u obbligi. Il-klijenti domestiċi jenħtieġ li jitħallew jipparteċipaw fuq bażi volontarja f'inizjattivi ta' enerġija komunitarja kif ukoll li jitilqu minnhom, mingħajr ma jitilfu l-aċċess għan-netwerk imħaddem mill-inizjattiva tal-enerġija komunitarja jew jitilfu d-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi. L-aċċess għal netwerk ta' komunità tal-enerġija taċ-ċittadin jenħtieġ li jingħata b'termini ġusti u li jirriflettu l-ispejjeż. |
(44) |
Jenħtieġ li s-sħubija f'komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin tkun miftuħa għall-kategoriji tal-entitajiet kollha, madankollu s-setgħat deċiżjonali fi ħdan komunità tal-enerġija taċ-ċittadin jenħtieġ li jkunu limitati għal dawk il-membri jew azzjonisti li ma jkunux involuti f'attività kummerċjali fuq skala kbira u li għalihom is-settur tal-enerġija mhuwiex qasam primarju ta' attività ekonomika. Il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin huma meqjusa bħala kategorija ta' kooperazzjoni ta' ċittadini jew ta' atturi lokali li jenħtieġ li tkun soġġetta għal rikonoxximent u protezzjoni taħt il-liġi tal-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet dwar komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin ma jipprekludux l-eżistenza ta' inizjattivi oħra taċ-ċittadini bħal dawk derivati minn ftehimiet ta' dritt privat. Jenħtieġ għalhekk li jkun possibbli għall-Istati Membri li jipprevedu li l-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin jieħdu kwalunkwe forma ta' entità, pereżempju dik ta' assoċjazzjoni, kooperattiva, sħubija, organizzazzjoni mhux bi skop ta' qligħ jew intrapriża żgħira jew ta' daqs medju, dment li l-entità tkun intitolata li teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi f'isimha stess. |
(45) |
Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin jipprovdu għal drittijiet u obbligi, li jistgħu jiġu dedotti minn drittijiet u obbligi oħra eżistenti, bħal-libertà kuntrattwali, id-dritt li jinbidel il-fornitur, ir-responsabbiltajiet tal-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni, ir-regoli dwar imposti tan-netwerk, u obbligi ta' bbilanċjar. |
(46) |
Il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin jikkostitwixxu tip ġdid ta' entità minħabba l-istruttura ta' sħubija, ir-rekwiżiti ta' governanza u l-iskop tagħhom. Jenħtieġ li jitħallew joperaw fis-suq b'kondizzjonijiet ekwivalenti mingħajr distorsjoni fil-kompetizzjoni u jenħtieġ li d-drittijiet u obbligi li japplikaw għall-impriżi l-oħra tal-elettriku fis-suq jenħtieġ li jiġu applikati għall-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin b'mod mhux diskriminatorju u proporzjonat. Dawk id-drittijiet u l-obbligi jenħtieġ li japplikaw skont ir-rwoli li huma jassumu, bħar-rwoli ta' klijenti finali, produtturi, fornituri jew operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni. Il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin jenħtieġ li ma jiffaċċjawx restrizzjonijiet meta japplikaw teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjonijiet eżistenti jew futuri biex jaqsmu l-elettriku prodott mill-assi tal-ġenerazzjoni fil-komunità fost il-membri jew l-azzjonisti tagħhom fuq il-bażi tal-prinċipji tas-suq, pereżempju billi jikkumpensaw il-komponent tal-enerġija tal-membri jew tal-azzjonisti billi jużaw il-ġenerazzjoni disponibbli fi ħdan il-komunità tal-enerġija taċ-ċittadin, anke fin-netwerk pubbliku, sakemm iż-żewġ punti tal-kejl ikunu tal-komunità. Il-qsim tal-elettriku jippermetti li l-membri jew l-azzjonisti jiġu fornuti bl-elettriku mill-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni fi ħdan il-komunità mingħajr ma jkunu fi prossimità diretta tal-installazzjoni ta' ġenerazzjoni u mingħajr ma jkunu wara punt ta' kejl uniku. Fejn l-elettriku jinqasam, il-qsim jenħtieġ li ma jaffettwax il-ġbir ta' imposti tan-netwerk, tariffi u ħlasijiet relatati mal-fluss tal-elettriku. Jenħtieġ li l-qsim ikun iffaċilitat skont l-obbligi u skedi korretti ta' żmien għall-ibbilanċjar, kejl bil-miters u ħlas. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin ma jinċidux fuq il-kompetenza tal-Istati Membri biex ifasslu u jimplimentaw politiki relatati mas-settur tal-enerġija relattivament għal imposti u tariffi tan-netwerk, jew biex ifasslu u jimplimentaw sistemi ta' ffinanzjar tal-politika tal-enerġija u l-qsim tal-ispejjeż, dment li dawk il-politiki jkunu non-diskriminatorji u skont il-liġi. |
(47) |
Din id-Direttiva tagħti s-setgħa lill-Istati Membri li jippermettu lil komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin isiru operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni taħt ir-reġim globali jew bħala “operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni magħluqa”. Ladarba komunità tal-enerġija taċ-ċittadin tingħata l-istatus ta' operatur ta' sistema ta' distribuzzjoni, jenħtieġ li tiġi trattata bħala, u tkun soġġetta għall-istess obbligi ta', operatur ta' sistema ta' distribuzzjoni. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin jiċċaraw biss l-aspetti tal-operazzjoni ta' sistema ta' distribuzzjoni li x'aktarx huma rilevanti għall-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin, filwaqt li aspetti oħra tal-operazzjoni ta' sistema ta' distribuzzjoni japplikaw skont ir-regoli relatati mal-operaturi ta' sistema ta' distribuzzjoni. |
(48) |
Il-kontijiet tal-elettriku huma mezz importanti li bih jinżammu infurmati l-klijenti finali. Minbarra li jipprovdu data dwar il-konsum u l-ispejjeż, jistgħu wkoll iwasslu informazzjoni oħra li tgħin lill-konsumaturi jqabblu l-arranġamenti attwali tagħhom ma' offerti oħra. Madankollu,it-tilwim fuq kontijiet huwa sors komuni ħafna ta' lmenti mill-konsumaturi, fattur li jikkontribwixxi għal livelli persistentement baxxi ta' sodisfazzjon tal-konsumaturi u ta' involviment fis-settur tal-elettriku. Għalhekk huwa meħtieġ li l-kontijietisiru aktar ċari u faċli li jinftiehmu, kif ukoll li jiġi żgurat li l-kontijiet u l-informazzjoni tal-kont juru b'mod prominenti għadd limitat ta' punti ta' informazzjoni importanti li huma meħtieġa biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jirregolaw il-konsum tagħhom tal-enerġija, iqabblu l-offerti u jibdlu l-fornitur. Jenħtieġ li jkunu disponibbli punti ta' informazzjoni oħra lill-klijenti finali fil-kontijiet tagħhom, jew jingħataw magħhom jew indikati fuqhom. Tali punti jenħtieġ li jintwerew fuq il-kont jew ikunu f'dokument separat mehmuż mal-kont, jew il-kont jenħtieġ li jinkludi referenza għal fejn il-klijent finali jista' faċilment isib l-informazzjoni fuq sit web, permezz ta' applikazzjoni tal-mowbajl, jew b'mezzi oħra. |
(49) |
Il-provvista regolari ta' informazzjoni preċiża tal-kont ibbażata fuq il-konsum attwali tal-elettriku, iffaċilitata mill-kejl intelliġenti, hija importanti biex tgħin lill-klijenti jikkontrollaw il-konsum tal-elettriku u l-ispejjeż tagħhom. Madankollu, il-klijenti, partikolarment klijenti domestiċi, jenħtieġ li jkollhom aċċess għal arranġamenti flessibbli għall-ħlas reali tal-kontijiet tagħhom. Pereżempju, jista' jkun possibbli għall-klijenti li jingħataw informazzjoni frekwenti dwar il-kont, filwaqt li jħallsu biss kull tliet xhur, jew jista' jkun hemm prodotti li għalihom il-klijent iħallas l-istess ammont kull xahar, indipendentement mill-konsum reali tagħhom. |
(50) |
Id-dispożizzjonijiet dwar il-kontijiet fid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jenħtieġ li jiġu aġġornati, issimplifikati u trasferiti għal din id-Direttiva, fejn jidħlu b'mod aktar koerenti. |
(51) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jinkoraġġixxu l-modernizzazzjoni tan-netwerks ta' distribuzzjoni, pereżempju permezz tal-introduzzjoni ta' grilji intelliġenti, li jenħtieġ li jinbnew b'mod li jinkoraġġixxi l-ġenerazzjoni deċentralizzata u jiżgura l-effiċjenza tal-enerġija. |
(52) |
L-involviment tal-konsumaturi jesiġi inċentivi u teknoloġiji adatti bħal sistemi ta' kejl intelliġenti. Is-sistemi ta' kejl intelliġenti jagħtu setgħat lill-konsumaturi għaliex jippermettulhom li jirċievu feedback preċiż u kważi f'ħin reali dwar il-konsum jew il-ġenerazzjoni tagħhom, u li jkunu jistgħu jamministraw il-konsum tagħhom b'mod aħjar, jipparteċipaw fi, u jibbenefikaw minn, programmi ta' rispons-domanda u servizzi oħra, u jnaqqsu l-kontijiet tal-elettriku tagħhom. Is-sistemi ta' kejl intelliġenti jippermettu wkoll li l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni jkollhom viżibbiltà aħjar tan-netwerks tagħhom, u b'konsegwenza jnaqqsu l-ispejjeż tat-tħaddim u l-manutenzjoni tagħhom u jgħaddu lill-konsumaturi dak l-iffrankar f'tariffi orħos tad-distribuzzjoni. |
(53) |
Meta jittieħdu deċiżjonijiet fil-livell nazzjonali dwar l-introduzzjoni ta' sistemi ta' kejl intelliġenti, jenħtieġ li jkun possibbli li din id-deċiżjoni tkun ibbażata fuq valutazzjoni ekonomika. Jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni ekonomika tqis il-benefiċċji fit-tul tal-introduzzjoni ta' sistemi ta' kejl intelliġenti għall-konsumaturi u għall-katina kollha tal-valur, bħal ġestjoni aħjar tan-netwerk, ippjanar u identifikazzjoni aktar preċiżi tat-telf tan-netwerk. Jekk din l-evalwazzjoni tikkonkludi li l-introduzzjoni ta' tali sistemi ta' kejl tkun kosteffikaċi biss għall-konsumaturi b'ċertu ammont ta' konsum tal-elettriku, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jqisu din il-konklużjoni meta jipproċedu bl-introduzzjoni ta' sistemi ta' kejl intelliġenti. Madankollu, jenħtieġ li tali evalwazzjonijiet jiġu rieżaminati regolarment f'rispons għal tibdil sinjifikanti fis-suppożizzjonijiet sottostanti, jew mill-inqas kull erba' snin, fid-dawl tal-iżviluppi rapidi fit-teknoloġija. |
(54) |
L-Istati Membri li ma jintroduċux sistematikament sistemi ta' kejl intelliġenti jenħtieġ li jippermettu lill-konsumaturi li jibbenefikaw bl-installazzjoni ta' miter intelliġenti, fuq talba u taħt kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli, u jenħtieġ li jipprovdulhom l-informazzjoni rilevanti kollha. Fejn il-konsumaturi ma jkollhomx kejl intelliġenti, jenħtieġ li jkunu intitolati għal miters li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi meħtieġa biex jipprovdulhom l-informazzjoni dwar il-kont speċifikata f'din id-Direttiva. |
(55) |
Biex il-konsumaturi jkunu megħjuna jieħdu sehem attiv fis-swieq tal-elettriku, is-sistemi ta' kejl intelliġenti li għandhom jiġu introdotti mill-Istati Membri fit-territorju tagħhom jenħtieġ li jkunu interoperabbli, u jenħtieġ li jkunu kapaċi jipprovdu data meħtieġa għas-sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija tal-konsumatur. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu debitament l-użu tal-istandards disponibbli rilevanti, inklużi standards li jippermettu l-interoperabbiltà fil-livell tal-mudell tad-data u tal-applikazzjoni, l-aqwa prattiki u l-importanza tal-iżvilupp tal-iskambju tad-data, servizzi futuri u innovattivi tal-enerġija, l-introduzzjoni ta' grilji intelliġenti u s-suq intern għall-elettriku. Barra minn hekk, is-sistemi ta' kejl intelliġenti li huma skjerati jenħtieġ li ma jirrappreżentawx ostaklu għall-bdil ta' fornituri, u jenħtieġ li jkunu mgħammra b'funzjonalitajiet adatti għall-iskopijiet tagħhom li jippermettu li l-konsumaturi jkollhom aċċess f'ħin reali għad-data dwar il-konsum tagħhom, jimmodulaw il-konsum tal-enerġija tagħhom u, sa fejn tippermetti l-infrastruttura, joffru l-flessibbiltà tagħhom lin-netwerk u lill-impriżi tal-elettriku u jkunu ppremjati minnhom u jiffrankaw fuq il-kontijiet tal-elettriku tagħhom. |
(56) |
Aspett prinċipali fil-provvista lill-klijenti huwa l-għoti ta' aċċess għal data oġġettiva u trasparenti dwar il-konsum. Għalhekk, il-konsumaturi jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jaċċedu għad-data tal-konsum tagħhom u l-prezzijiet u spejjeż tas-servizzi assoċjati mal-konsum tagħhom sabiex ikunu jistgħu jistiednu lill-kompetituri biex jagħmlu offerti bbażati fuq dik l-informazzjoni. Il-konsumaturi jenħtieġ li jkollhom ukoll id-dritt li jiġu infurmati sewwa dwar il-konsum tal-enerġija tagħhom. Il-ħlasijiet minn qabel jenħtieġ li ma jkunux ta' żvantaġġ sproporzjonat fuq l-utenti tagħhom, filwaqt li s-sistemi ta' pagamenti differenti jenħtieġ li jkunu nondiskriminatorji. L-informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-enerġija mogħtija lill-konsumaturi b'mod frekwenti biżżejjed toħloq inċentivi għall-iffrankar tal-enerġija għaliex tagħti lura lill-konsumaturi informazzjoni diretta dwar l-effetti tal-investiment fl-użu effiċjenti tal-enerġija u dwar bidliet fl-imġiba. F'dak ir-rigward, l-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva 2012/27/UEse tgħin lill-konsumaturi biex inaqqsu l-ispejjeż tal-enerġija tagħhom. |
(57) |
Attwalment, ġew żviluppati, jew qegħdin jiġu żviluppati, mudelli differenti għall-ġestjoni tad-data fl-Istati Membri wara l-introduzzjoni ta' sistemi ta' kejl intelliġenti. Indipendentement mill-mudell tal-ġestjoni tad-data, huwa importanti li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli trasparenti biex ikun jista' jsir aċċess għad-data f'kondizzjonijiet mhux diskriminatorji u jiġu żgurati l-ogħla livelli ta' ċibersigurtà u protezzjoni tad-data kif ukoll l-imparzjalità tal-entitajiet li jipproċessaw id-data. |
(58) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipproteġu klijenti vulnerabbli u f'qagħda ta' faqar enerġetiku fil-kuntest tas-suq intern għall-elettriku. Tali miżuri jistgħu jkunu differenti skont iċ-ċirkustanzi partikolari fl-Istati Membri inkwistjoni u jistgħu jinkludu miżuri soċjali jew fil-qasam tal-politika tal-enerġija relatati mal-ħlasijiet ta' kontijiet tal-elettriku, mal-investiment fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija f'binjiet residenzjali, jew mal-ħarsien tal-konsumaturi bħala salvagwardji kontra l-iskonnessjoni. Fejn servizz universali jingħata wkoll lil impriżi żgħar, il-miżuri biex tkun żgurata provvista ta' servizz universali jistgħu jkunu differenti skont jekk dawk il-miżuri jkunux immirati lejn klijenti domestiċi jew lejn impriżi żgħar. |
(59) |
Is-servizzi tal-enerġija huma fundamentali biex jiġi mħares il-benesseri taċ-ċittadini tal-Unjoni. It-tisħin, it-tkessiħ u d-dawl, u l-enerġija għall-alimentazzjoni ta' apparati elettriċi, li jkunu adegwati huma essenzjali biex jiġi garantit livell ta' għajxien deċenti u s-saħħa taċ-ċittadini. Barra minn hekk, l-aċċess għal dawk is-servizzi tal-enerġija jippermetti liċ-ċittadini tal-Unjoni jilħqu l-potenzjal tagħhom u jtejjeb l-inklużjoni soċjali. Id-djar f'faqar enerġetiku ma jifilħux iħallsu għal dawk is-servizzi tal-enerġija minħabba kombinazzjoni ta' introjtu baxx, nefqa kbira fuq l-enerġija u faqar tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fi djarhom. L-Istati Membri jenħtieġ li jiġbru l-informazzjoni t-tajba biex jimmonitorjaw l-għadd ta' djar f'qagħda ta' faqar enerġetiku. Il-kejl preċiż jenħtieġ li jgħin lill-Istati Membri biex jidentifikaw id-djar li huma milquta mill-faqar enerġetiku sabiex jipprovdulhom appoġġ immirat. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tappoġġa b'mod attiv l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar il-faqar enerġetiku billi tiffaċilita l-iskambju ta' prattiki tajba bejn l-Istati Membri. |
(60) |
Fejn Stati Membri jkunu affettwati mill-faqar enerġetiku u ma jkunux żviluppaw pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali jew oqfsa xierqa oħrajn biex jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku, huma jenħtieġ li jagħmlu dan, bil-għan li jonqos l-għadd ta' klijenti f'qagħda ta' faqar enerġetiku. Introjti baxxi, nefqa għolja fuq l-enerġija u faqar tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tad-djar huma fatturi rilevanti meta jiġu stabbiliti kriterji għall-kejl tal-faqar enerġetiku. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw il-provvista meħtieġa għall-konsumaturi vulnerabbli u dawk f'faqar enerġetiku. Meta jagħmlu dan, jista' jintuża approċċ integrat, pereżempju fil-qafas tal-politika tal-enerġija u dik soċjali, u l-miżuri jistgħu jinkludu politiki soċjali jew titjib għall-użu tal-enerġija b'mod aktar effiċjenti għad-djar. Din id-Direttiva jenħtieġ li ssaħħaħ il-politiki nazzjonali li jiffavorixxu lill-konsumaturi vulnerabbli u dawk f'faqar enerġetiku. |
(61) |
L-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni jenħtieġ li jintegraw b'mod kosteffiċjenti l-ġenerazzjoni l-ġdida tal-elettriku, speċjalment installazzjonijiet li jiġġeneraw elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, kif ukoll tagħbijiet ġodda bħal tagħbijiet li jirriżultaw minn pompi tas-sħana u vetturi elettriċi. Għal dak l-għan, l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni jenħtieġ li jitħallew, u jiġu pprovduti b'inċentivi biex, jużaw servizzi minn riżorsi tal-enerġija distribwiti bħar-rispons tad-domanda u l-ħżin tal-enerġija, abbażi tal-proċeduri tas-suq, sabiex iħaddmu b'mod effiċjenti n-netwerks tagħhom u sabiex jevitaw espansjonijiet tan-netwerk li jiswew ħafna. L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu miżuri xierqa bħal kodiċijiet tan-netwerk nazzjonali u regoli tas-suq, u jenħtieġ li jipprovdu inċentivi lill-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni permezz ta' tariffi tan-netwerk li ma joħolqux ostakoli għall-flessibbiltà jew għat-titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-grilja. L-Istati Membri jenħtieġ li jintroduċu wkoll pjanijiet ta' żvilupp tan-netwerk għas-sistemi ta' distribuzzjoni sabiex tiġi appoġġata l-integrazzjoni tal-installazzjonijiet li jiġġeneraw elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta' faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija u l-elettrifikazzjoni tas-settur tat-trasport, u biex l-utenti tas-sistema jingħataw informazzjoni adegwata rigward l-espansjonijiet antiċipati jew l-aġġornamenti tan-netwerk, peress li attwalment tali proċeduri ma jeżistux fil-maġġoranza tal-Istati Membri. |
(62) |
L-operaturi tas-sistemi jenħtieġ li la jkunu s-sidien ta', la jiżviluppaw, la jamministraw u lanqas joperaw, faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija. Jenħtieġ li s-servizzi ta' ħżin tal-enerġija fid-disinn il-ġdid tas-suq tal-elettriku jkunu bbażati fuq is-suq u kompetittivi. Konsegwentement, jenħtieġ li s-sussidju inkroċjat bejn il-ħżin tal-enerġija u l-funzjonijiet regolati tad-distribuzzjoni jew trażmissjoni jiġi evitat. Tali restrizzjonijiet fuq is-sjieda ta' faċilitajiet ta' ħżin tal-enerġija għandhom jipprevjenu d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, jeliminaw ir-riskju tad-diskriminazzjoni, jiżguraw l-aċċess ġust għas-servizzi ta' ħżin tal-enerġija lill-parteċipanti tas-suq kollha u jippromwovu l-użu effikaċi u effiċjenti tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija, lil hinn mill-operazzjoni tas-sistema ta' distribuzzjoni jew trażmissjoni. Dak ir-rekwiżit jenħtieġ li jkun interpretat u applikat f'konformità mad-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti taħt il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”), b'mod partikolari d-dritt għal-libertà ta' intrapriża u d-dritt għall-proprjetà ggarantiti mill-Artikoli 16 u 17 tal-Karta. |
(63) |
Fejn il-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija jkunu komponenti tan-netwerk kompletament integrati li ma jkunux użati tal-ibbilanċjar jew għall-ġestjoni tal-konġestjoni, jenħtieġ li dawn, soġġett għal approvazzjoni mill-awtorità regolatorja, ma jkunux rikjesti jikkonformaw mal-istess limitazzjonijiet stretti għall-operaturi tas-sistemi bħala sidien ta', jew meta jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, dawk il-faċilitajiet. Tali komponenti tan-netwerk kompletament integrati jistgħu jinkludu faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija bħal kapaċitaturi jew 'fly wheels' li jipprovdu servizzi importanti għas-sigurtà u l-affidabbiltà tan-netwerk, u jikkontribwixxu għas-sinkronizzazzjoni tal-partijiet differenti tas-sistema. |
(64) |
Bl-għan li jsir progress lejn settur tal-elettriku kompletament dekarbonizzat li huwa ħieles b'mod sħiħ mill-emissjonijiet, jeħtieġ li jsir progress fil-ħżin staġjonali tal-enerġija. Tali ħżin tal-enerġija huwa element li jservi bħala għodda għat-tħaddim tas-sistema tal-elettriku sabiex ikun jista' jsir aġġustament fi żmien qasir kif ukoll staġjonali, sabiex tlaħħaq mal-varjabbiltà fil-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli u l-kontinġenzi assoċjati f'dawk l-orizzonti. |
(65) |
L-aċċess nondiskriminatorju għan-netwerk ta' distribuzzjoni jiddetermina l-aċċess 'downstream' għall-klijenti fil-livell tal-bejgħ bl-imnut. Sabiex jinħolqu kondizzjonijiet ekwi fil-livell tal-bejgħ bl-imnut, l-attivitajiet ta' operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni jenħtieġ li għalhekk ikunu mmonitorjati sabiex l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni ma jitħallewx japprofittaw mill-integrazzjoni vertikali tagħhom fir-rigward tal-pożizzjoni kompetittiva tagħhom fis-suq, partikolarment fir-rigward ta' klijenti domestiċi u klijenti żgħar mhux domestiċi. |
(66) |
Fejn tintuża sistema ta' distribuzzjoni magħluqa biex tiġi żgurata l-aqwa effiċjenza ta' provvista integrata li tirrikjedi standards operazzjonali speċifiċi, jew fejn tinżamm sistema ta' distribuzzjoni magħluqa prinċipalment għall-użu tal-proprjetarju tas-sistema, jenħtieġ li jkun possibbli li l-operatur tas-sistema tal-produzzjoni jkun eżentat mill-obbligi li kieku joħolqu piż amministrattiv bla bżonn minħabba n-natura partikolari tar-relazzjoni bejn l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni u l-utenti tas-sistema. Is-siti industrijali, is-siti kummerċjali jew kondiviżi bħall-istazzjonijiet tal-ferroviji, l-ajruporti, l-isptarijiet u s-siti kbar tal-kampeġġ li jkollhom faċilitajiet integrati, u s-siti tal-industrija kimika jistgħu jinkludu sistemi ta' distribuzzjoni magħluqa minħabba n-natura speċjalizzata tal-operat tagħhom. |
(67) |
Mingħajr is-separazzjoni effettiva tan-netwerks mill-attivitajiet ta' ġenerazzjoni u provvista (“unbundling” effettiva), hemm ir-riskju inerenti ta' diskriminazzjoni mhux biss fl-operat tan-netwerk iżda wkoll fl-inċentivi għal impriżi integrati vertikalment li jinvestu b'mod adegwat fin-netwerks tagħhom. |
(68) |
Hija biss it-tneħħija tal-inċentiv għall-impriżi integrati vertikalment li jiddiskriminaw kontra kompetituri fir-rigward tal-aċċess għan-netwerk u l-investiment li tista' tiżgura s-separazzjoni effettiva. Is-separazzjoni tas-sjieda, li timplika l-ħatra tal-proprjetarju tan-netwerk bħala l-operatur tas-sistema u l-indipendenza tiegħu minn kwalunkwe interess ta' provvista u produzzjoni, hija b'mod ċar mezz effettiv u stabbli biex jiġi solvut il-kunflitt ta' interessi inerenti u biex tkun żgurata s-sigurtà tal-provvista. Għal dik ir-raġuni, il-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Lulju 2007 dwar prospetti għas-suq intern tal-gass u tal-elettriku, irrefera għas-separazzjoni tas-sjieda fil-livell tat-trażmissjoni bħala l-aktar għodda effettiva għall-promozzjoni tal-investimenti fl-infrastruttura b'mod mhux diskriminatorju, għall-aċċess ġust għan-netwerk għal parteċipanti ġodda u għat-trasparenza fis-suq. Taħt is-separazzjoni tas-sjieda, l-Istati Membri jenħtieġ li għalhekk ikunu obbligati jiżguraw li l-istess persuna jew persuni ma jkunux intitolati jeżerċitaw kontroll fuq prodottur jew fornitur u, fl-istess waqt, jeżerċitaw kontroll jew kwalunkwe dritt fuq operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew sistema ta' trażmissjoni. Bil-kontra, il-kontroll fuq operatur ta' sistema ta' trażmissjoni jew sistema ta' trażmissjoni jenħtieġ li jipprekludi l-possibbiltà li jiġi eżerċitat kontroll jew kwalunkwe dritt fuq produttur jew fornitur. F'dawn il-limiti, prodottur jew fornitur jenħtieġ li jkun jista' jkollu parteċipazzjoni azzjonarja minoritarja f'operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew f'sistema ta' trażmissjoni. |
(69) |
Kwalunkwe sistema ta' separazzjoni jenħtieġ li tkun effettiva fit-tneħħija ta' kwalunkwe kunflitt ta' interessi bejn il-produtturi, il-fornituri u l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni, sabiex jinħolqu inċentivi għall-investimenti neċessarji u jiġi garantit l-aċċess ta' parteċipanti ġodda fis-suq taħt sistema regolatorja trasparenti u effiċjenti u jenħtieġ li ma toħloqx sistema regolatorja oneruża żżejjed għall-awtoritajiet regolatorji. |
(70) |
Minħabba li s-separazzjoni tas-sjieda teħtieġ ir-ristrutturazzjoni tal-impriżi f'xi każijiet, l-Istati Membri li jiddeċiedu li jimplimentaw is-separazzjoni tas-sjieda jenħtieġ li jingħataw żmien addizzjonali biex japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti. Fid-dawl tal-konnessjonijiet vertikali bejn is-setturi tal-elettriku u tal-gass, id-dispożizzjonijiet dwar is-separazzjoni jenħtieġ li japplikaw għaż-żewġ setturi. |
(71) |
Taħt is-separazzjoni tas-sjieda, sabiex tiġi żgurata l-indipendenza sħiħa tal-operat tan-netwerk mill-interessi tal-provvista u l-ġenerazzjoni, u sabiex ma jkun hemm skambji ta' ebda informazzjoni kunfidenzjali, jenħtieġ li l-istess persuna ma tkunx membru tal-bord ta' amministrazzjoni kemm ta' operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew sistema ta' trażmissjoni kif ukoll ta' impriża li twettaq kwalunkwe funzjoni ta' ġenerazzjoni jew provvista. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-istess persuna ma tkunx intitolata taħtar membri tal-bordijiet ta' amministrazzjoni ta' operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew sistema ta' trażmissjoni u teżerċita kontroll jew kwalunkwe dritt fuq produttur jew fornitur. |
(72) |
L-istabbiliment ta' operatur ta' sistema jew ta' operatur tat-trażmissjoni li jkun indipendenti mill-interessi ta' provvista u ta' ġenerazzjoni jenħtieġ li jippermetti lill-impriżi integrati vertikalment iżommu d-dritt tas-sjieda tagħhom fir-rigward tal-assi tan-netwerk filwaqt li jiżgura s-separazzjoni effettiva tal-interessi, dment li tali operatur indipendenti ta' sistema jew operatur indipendenti tat-trażmissjoni jwettaq il-funzjonijiet kollha ta' operatur tas-sistema, u dment li jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta' regolamentazzjoni dettaljata u ta' kontroll regolatorju estensiv. |
(73) |
Fejn, fit-3 ta' Settembru 2009, impriża proprjetarja ta' sistema tat-trażmissjoni kienet parti minn impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw l-għażla bejn is-separazzjoni tas-sjieda u l-istabbiliment ta' operatur ta' sistema jew ta' operatur tat-trażmissjoni li jkunu indipendenti mill-interessi ta' provvista u ta' ġenerazzjoni. |
(74) |
Sabiex jiġu ppreżervati totalment l-interessi tal-azzjonisti tal-impriżi integrati vertikalment, l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom l-għażla li jimplimentaw separazzjoni tas-sjieda permezz ta' żvestiment dirett jew billi jinqasmu l-ishma tal-impriża integrata f'ishma tal-impriża tan-netwerk u ishma ta' impriża residwali ta' provvista u tal-ġenerazzjoni, dment li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti li jirriżultaw mis-separazzjoni tas-sjieda. |
(75) |
L-effikaċja sħiħa tal-operatur indipendenti tas-sistema jew tas-soluzzjonijiet tal-operatur indipendenti tat-trażmissjoni jenħtieġ li tiġi żgurata permezz ta' regoli addizzjonali speċifiċi. Ir-regoli dwar l-operaturi indipendenti tat-trażmissjoni jipprovdu qafas regolatorju xieraq għall-garanzija ta' kompetizzjoni ġusta, investiment suffiċjenti, aċċess għal parteċipanti ġodda fis-suq u għall-integrazzjoni tas-swieq tal-elettriku. Is-separazzjoni effettiva permezz ta' dispożizzjonijiet dwar l-operaturi indipendenti tat-trażmissjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq pilastru ta' miżuri organizzattivi u miżuri relatati mal-governanza tal-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u fuq pilastru ta' miżuri relatati mal-investiment, mal-konnessjoni ta' kapaċitajiet ġodda ta' produzzjoni man-netwerk u mal-integrazzjoni tas-suq permezz ta' kooperazzjoni reġjonali. L-indipendenza tal-operaturi tat-trażmissjoni jenħtieġ li tiġi żgurata wkoll, inter alia, permezz ta' ċerti perjodi ta' preklużjoni li matulhom, fl-impriża integrata vertikalment, ma ssir l-ebda attività ta' ġestjoni jew attività rilevanti oħra li tagħti aċċess għall-istess informazzjoni li setgħet inkisbet f'pożizzjoni maniġerjali. |
(76) |
L-Istati Membri għandhom id-dritt li jagħżlu separazzjoni sħiħa tas-sjieda fit-territorju tagħhom. Fejn Stat Membru jkun eżerċita dak id-dritt, impriża ma jkollhiex id-dritt li tistabbilixxi operatur indipendenti ta' sistema jew operatur indipendenti tat-trażmissjoni. Barra minn hekk, impriża li tkun qed twettaq kwalunkwe mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew provvista ma tista' tikkontrolla jew teżerċita direttament jew indirettament ebda dritt fuq operatur ta' sistema ta' trażmissjoni minn Stat Membru li għażel separazzjoni sħiħa tas-sjieda. |
(77) |
L-implimentazzjoni ta' separazzjoni effettiva jenħtieġ li tirrispetta l-prinċipju li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-istess persuna ma tkunx tista' teżerċita kontroll jew kwalunkwe dritt, bi ksur tar-regoli tas-separazzjoni tas-sjieda jew tal-għażla tal-operatur indipendenti tas-sistema, waħidha jew b'mod konġunt, fuq il-kompożizzjoni, il-votazzjoni jew id-deċiżjonijiet kemm tal-korpi tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jew tas-sistemi ta' trażmissjoni kif ukoll tal-korpi tal-produttur jew fornitur. F'dak li għandu x'jaqsam mas-separazzjoni tas-sjieda u mas-soluzzjoni tal-operatur tas-sistema indipendenti, dment li l-Istat Membru rilevanti jista' juri li r-rekwiżiti rilevanti ġew sodisfatti, żewġ korpi pubbliċi separati jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkontrollaw, minn naħa waħda, l-attivitajiet ta' ġenerazzjoni u ta' provvista u, min-naħa l-oħra, l-attivitajiet ta' trażmissjoni. |
(78) |
Is-separazzjoni effettiva sħiħa tal-attivitajiet tan-netwerk minn attivitajiet ta' provvista u ta' ġenerazzjoni jenħtieġ li tapplika fl-Unjoni kollha għall-impriżi tal-Unjoni kif ukoll għal dawk mhux tal-Unjoni. Biex jiġi żgurat li l-attivitajiet tan-netwerk u l-attivitajiet ta' provvista u ta' ġenerazzjoni fl-Unjoni kollha jibqgħu indipendenti minn xulxin, l-awtoritajiet regolatorji jenħtieġ li jkollhom is-setgħa jirrifjutaw li jiċċertifikaw lill-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni li ma jikkonformawx mar-regoli tas-separazzjoni. Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti fl-Unjoni kollha ta' dawk ir-regoli, l-awtoritajiet regolatorji jenħtieġ li jqisu bir-reqqa l-opinjonijiet tal-Kummissjoni meta jieħdu deċiżjonijiet dwar iċ-ċertifikazzjoni. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat ir-rispett tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, u sabiex jiġu żgurati s-solidarjetà u s-sigurtà tal-enerġija fl-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha d-dritt li tagħti opinjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni fir-rigward ta' propjetarju ta' sistema ta' trażmissjoni jew operatur ta' sistema ta' trażmissjoni li jkun ikkontrollat minn persuna jew persuni minn pajjiż terz jew minn pajjiżi terzi. |
(79) |
Il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni jenħtieġ li ma jwasslux għal piżijiet amministrattivi li jkunu sproporzjonati għad-daqs u għall-impatt potenzjali tal-produtturi tal-elettriku. Il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni li jkunu indebitament twal jistgħu jikkostitwixxu ostakolu għall-parteċipanti ġodda fis-suq. |
(80) |
Jekk is-suq intern għall-elettriku għandu jiffunzjona tajjeb jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet dwar il-kwistjonijiet regolatorji rilevanti kollha u jenħtieġ li jkunu indipendenti għal kollox minn kwalunkwe interess pubbliku jew privat. Dan ma jipprekludi la reviżjoniġudizzjarja u lanqas is-superviżjoni parlamentari f'konformità mal-liġijiet kostituzzjonali tal-Istati Membri. Barra minn hekk, l-approvazzjoni tal-baġit tal-awtorità regolatorja mil-leġiżlatur nazzjonali ma tikkostitwixxix ostakolu għall-awtonomija baġitarja. Id-dispożizzjonijiet relatati mal-awtonomija fl-implimentazzjoni tal-baġit allokat tal-awtorità regolatorja jenħtieġ li jiġu implimentati fil-qafas definit mil-liġi jew regoli baġitarji nazzjonali. Filwaqt li jikkontribwixxu għall-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji minn kwalunkwe interess politiku jew ekonomiku permezz ta' skema ta' rotazzjoni xierqa, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jqisu b'mod xieraq id-disponibbiltà tar-riżorsi umani u d-daqs tal-bord. |
(81) |
L-awtoritajiet regolatorji jenħtieġ li jiffissaw jew japprovaw it-tariffi, jew il-metodoloġiji sottostanti għall-kalkolu tat-tariffi, fuq il-bażi ta' proposta mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jew mill-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni, jew fuq il-bażi ta' proposta miftiehma bejn dawk l-operaturi u l-utenti tan-netwerk. Fit-twettiq ta' dawn il-kompiti, l-awtoritajiet regolatorji jenħtieġ li jiżguraw li t-tariffi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni jkunu mhux diskriminatorji u jkunu jirriflettu tassew in-nefqa, u jenħtieġ li jikkunsidraw l-ispejjeż tan-netwerk fuq terminu twil ta' żmien, marġinali u evitati, liema spejjeż ikunu ġejjin minn miżuri ta' ġenerazzjoni distribwita u ta' ġestjoni fuq in-naħa tad-domanda. |
(82) |
L-awtoritajiet regolatorji jenħtieġ li jistabbilixxu jew japprovaw tariffi tal-grilja individwali għan-netwerks ta' trażmissjoni u distribuzzjoni jew metodoloġija, jew it-tnejn. Fi kwalunkwe każ, l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji fl-iffissar tat-tariffi tan-netwerk skont il-punt (b)(ii) tal-Artikolu 57(4) jenħtieġ li tiġi ppreservata. |
(83) |
L-awtoritajiet regolatorji jenħtieġ li jiżguraw li u l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni jieħdu l-miżuri xierqa biex jagħmlu n-netwerk tagħhom aktar reżiljenti u flessibbli. Għal dak il-għan, jenħtieġ li huma jimmonitorjaw il-prestazzjoni ta' dawk l-operaturi abbażi ta' indikaturi bħall-kapaċità tal-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni u ta' trażmissjoni li joperaw linji taħt klassifikazzjoni dinamika tal-linja, l-iżvilupp ta' monitoraġġ remot u kontroll f'ħin reali tas-substazzjonijiet, it-tnaqqis tat-telf tal-grilja u l-frekwenza u d-durata tal-interruzzjonijiet tal-enerġija. |
(84) |
Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji jkollhom is-setgħa li joħorġu deċiżjonijiet vinkolanti fir-rigward ta' impriżi tal-elettriku u li jimponu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi fuq impriżi tal-elettriku li ma jikkonformawx mal-obbligi tagħhom, jew li jipproponu li qorti kompetenti timponi tali penali fuqhom. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet regolatorji jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu l-informazzjoni rilevanti mingħand l-intrapriżi tal-elettriku, li jagħmlu investigazzjonijiet adatti u suffiċjenti, u li jsolvu tilwim. L-awtoritajiet regolatorji jenħtieġ li jingħataw ukoll is-setgħa li jiddeċiedu, irrispettivament mill-applikazzjoni ta' regoli tal-kompetizzjoni, dwar miżuri adatti li jiżguraw benefiċċji lill-klijent permezz tal-promozzjoni tal-kompetizzjoni effettiva meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern għall-elettriku. |
(85) |
L-awtoritajiet regolatorji jenħtieġ li jikkoordinaw bejniethom meta jwettqu l-kompiti tagħhom biex jiżguraw li n-netwerk Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta' Trażmissjoni tal-Elettriku (l-“ENTSO għall-Elettriku”), l-Entità Ewropea tal-Operaturi tas-Sistemi ta' Distribuzzjoni (“l-entità DSO tal-UE”), u ċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jikkonformaw mal-obbligi tagħhom taħt il-qafas regolatorju tas-suq intern tal-elettriku, u mad-deċiżjonijiet tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), stabbilita mir-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Bl-espansjoni tar-responsabbiltajiet operattivi tal-ENTSO għall-Elettriku, l-entità DSO tal-UE u ċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali, jeħtieġ li tittejjeb is-superviżjoni fir-rigward ta' entitajiet li joperaw fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell reġjonali. L-awtoritajiet regolatorji jenħtieġ li jikkonsultaw lil xulxin u jenħtieġ li jikkoordinaw is-sorveljanza tagħhom biex jidentifikaw b'mod konġunt sitwazzjonijiet fejn l-ENTSO għall-elettriku, l-entità DSO tal-UE jew ċ-ċentri reġjonali ta' koordinazzjoni ma jikkonformawx mal-obbligi rispettivi tagħhom. |
(86) |
L-awtoritajiet regolatorji jenħtieġ li jingħataw ukoll is-setgħa li jikkontribwixxu għall-iżgurar ta' standards għoljin tal-obbligi ta' servizz universali u pubbliku skont il-ftuħ tas-suq, għall-iżgurar tal-protezzjoni ta' klijenti vulnerabbli, u għall-iżugurar li l-miżuri ta' protezzjoni tal-konsumatur ikunu kompletament effettivi. Dawk id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju kemm għas-setgħat tal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni inkluż l-eżami ta' mergers b'dimensjoni tal-Unjoni, kif ukoll għar-regoli dwar is-suq intern, bħar-regoli dwar il-moviment liberu tal-kapital. Il-korp indipendenti li lilu għandha d-dritt tappella parti li tintlaqat minn deċiżjoni ta' awtorità regolatorja, jista' jkun qorti jew tribunal ieħor li jkollhom is-setgħa jwettqu reviżjoni ġudizzjarja. |
(87) |
Din id-Direttiva u d-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) ma jċaħdux lill-Istati Membri il-possibbiltà li jistabbilixxu u joħorġu l-politika nazzjonali tagħhom dwar l-enerġija. Dan ifisser li, skont l-arranġamenti kostituzzjonali ta' Stat Membru, jista' jkun fi ħdan il-kompetenza tal-Istat Membru li jiddetermina l-qafas ta' politika li fih iridu joperaw l-awtoritajiet regolatorji, pereżempju dwar is-sigurtà tal-provvista. Madankollu, il-linji gwida ġenerali dwar il-politika tal-enerġija maħruġa mill-Istat Membru jenħtieġ li ma jolqtux l-indipendenza jew l-awtonomija tal-awtoritajiet regolatorji. |
(88) |
Ir-Regolament (UE) 2019/943 jipprovdi li l-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida jew kodiċijiet tan-netwerk biex tikseb il-grad ta' armonizzazzjoni meħtieġ. Tali linji gwida u kodiċijiet tan-netwerk jikkostitwixxu miżuri ta' implimentazzjoni vinkolanti u, fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, huma għodda siewja li tista' tiġi adattata malajr fejn meħtieġ. |
(89) |
L-Istati Membri u l-Partijiet Kontraenti għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija (11) jenħtieġ li jikkooperaw mill-viċin fl-oqsma kollha li jikkonċernaw l-iżvilupp ta' reġjun ta' kummerċ fl-elettriku integrat u jenħtieġ li ma jieħdu l-ebda miżura li tipperikola l-integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tal-elettriku jew tas-sigurtà tal-provvista tal-Istati Membri u tal-Partijiet Kontraenti. |
(90) |
Din id-Direttiva jenħtieġ li tinqara flimkien mar-Regolament (UE) 2019/943, li jistipula l-prinċipji ewlenin ta' disinn ġdid tas-suq tal-elettriku li jippermetti riżultati aħjar għal-flessibilità, jipprovdi sinjali adegwati ta' prezzar u jiżgura l-iżvilupp ta' swieq għal perjodu qasir li jiffunzjonaw. Ir-Regolament (UE) 2019/943 jistipula wkoll regoli ġodda f'oqsma varji, inklużi dwar il-mekkaniżmi ta' kapaċità u kooperazzjoni bejn operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni. |
(91) |
Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi interpretat u applikat f'konformità ma' dawk id-drittijiet u l-prinċipji, b'mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali ggarantit mill-Artikolu 8 tal-Karta. Huwa essenzjali li kwalunkwe pproċessar ta' data personali taħt din id-Direttiva jikkonforma mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). |
(92) |
Sabiex jiġi pprovdut livell minimu ta' armonizzazzjoni meħtieġ biex jinkiseb l-għan ta' din id-Direttiva, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni sabiex din tistabbilixxi regoli dwar il-firxa tad-dmirijiet tal-awtoritajiet regolatorji ħalli jikkooperaw ma' xulxin u mal-ACER u tistabbilixxi d-dettalji tal-proċedura għall-konformità mal-kodiċi tan-netwerk u l-linji gwida. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija, inkluż fil-livell tal-esperti u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (13). B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom għandhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. |
(93) |
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li jiġu konferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex tiddetermina rekwiżiti tal-interoperabilità u proċeduri nondiskriminatorji u trasparenti għall-aċċess għal data dwar il-kejl tal-enerġija, data dwar il-konsum kif ukoll data meħtieġa biex il-klijenti jibdlu fornitur, rispons tad-domanda u servizzi oħra. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14). |
(94) |
Fejn tkun tapplika deroga skont l-Artikolu 66(3), (4) jew (5), dik id-deroga jenħtieġ li tkopri wkoll kwalunkwe dispożizzjoni f'din id-Direttiva li hija anċillari għal, jew li teħtieġ l-applikazzjoni minn qabel ta', kwalunkwe waħda mid-dispożizzjonijiet li minnhom tkun ingħatat deroga. |
(95) |
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2012/27/UE relatati mas-swieq tal-elettriku, bħad-dispożizzjonijiet dwar kejl u ħlas tal-elettriku, rispons tad-domanda, rilaxx prijoritarju u aċċess għall-grilja għall-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, huma aġġornati mid-dispożizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) 2019/943. Jenħtieġ għalhekk li d-Direttiva 2012/27/UE tiġi emendata kif meħtieġ. |
(96) |
Minħabba li l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-ħolqien ta' suq intern għall-elettriku totalment operattiv, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jista', minħabba l-iskala u l-effetti tagħha, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan. |
(97) |
B'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (15), l-Istati Membri assumew l-obbligu li jakkumpanjaw, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri tat-traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' Direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti tat-traspożizzjoni nazzjonali. Rigward din id-Direttiva, il-leġiżlatur jidhirlu li t-trażmissjoni ta' dawn id-dokumenti hija ġustifikata. |
(98) |
L-obbligu tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali jenħtieġ li jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw emenda sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva 2009/72/KE. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġu trasposti ġej mid-Direttiva 2009/72/KE. |
(99) |
Din id-Direttiva jenħtieġ li tkun bla preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-data tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/72/KE stabbiliti fl-Anness III, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli komuni għall-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin tal-enerġija u l-provvista tal-elettriku, flimkien mad-dispożizzjonijiet għall-ħarsien tal-konsumatur, bil-għan li jinħolqu swieq tal-enerġija li jkunu tabilħaqq integrati, kompetittivi, iffokati fuq il-konsumaturi, flessibbli, ġusti u trasparenti fl-Unjoni.
Permezz tal-vantaġġi ta' suq integrat, din id-Direttiva timmira li tiżgura prezzijiet tal-enerġija u spejjeż għall-konsumaturi li huma raġonevoli u trasparenti, livell għoli ta' sigurtà tal-provvista u tranżizzjoni mingħajr xkiel lejn sistema tal-enerġija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju. Din tistabbilixxi regoli ewlenin li jikkonċernaw l-organizzazzjoni u t-tħaddim tas-settur tal-elettriku tal-Unjoni, b'mod partikolari regoli dwar l-emanċipazzjoni u l-protezzjoni tal-konsumatur, dwar l-aċċess miftuħ għas-suq integrat, dwar l-aċċess tal-partijiet terzi għall-infrastruttura tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni, rekwiżiti dwar is-separazzjoni u regoli dwar l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji fl-Istati Membri.
Din id-Direttiva tistabbilixxi wkoll mezzi għall-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji u l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni sabiex jikkooperaw lejn il-ħolqien ta' suq intern interkonness bis-sħiħ għall-elettriku li jżid l-integrazzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli, kompetizzjoni libera u sigurtà tal-provvista.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“klijent” tfisser klijent bl-ingrossa jew klijent finali tal-elettriku; |
(2) |
“klijent bl-ingrossa” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tixtri l-elettriku bil-għan li terġa' tbiegħu ġewwa jew barra mis-sistema fejn dik il-persuna tkun stabbilita; |
(3) |
“klijent finali” tfisser klijent li jixtri l-elettriku għall-użu personali; |
(4) |
“klijent domestiku” tfisser klijent li jixtri l-elettriku għall-konsum tal-klijent stess fid-dar, esklużi attivitajiet kummerċjali jew professjonali; |
(5) |
“klijent mhux domestiku” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tixtri l-elettriku li ma jkunx għall-użu domestiku tagħha stess, inklużi produtturi, klijenti industrijali, intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, negozji u klijenti bl-ingrossa; |
(6) |
“mikrointrapriża” tfisser intrapriża li timpjega inqas minn 10 persuni u li t-total tal-fatturat annwali u/jew tal-karta tal-bilanċ tagħha ma jaqbiżx EUR 2 miljun; |
(7) |
“intrapriża żgħira” tfisser intrapriża li timpjega inqas minn 50 persuna u li t-total tal-fatturat annwali u/jew tal-karta tal-bilanċ tagħha ma jaqbiżx EUR 10 miljun; |
(8) |
“klijent attiv” tfisser klijent finali, jew grupp ta' klijenti finali li jaġixxu flimkien, li jikkunsma jew jaħżen jew ibiegħ elettriku li jiġġenera fuq il-proprjetà tiegħu li tkun tinsab fi ħdan konfini limitati jew fejn permessi minn Stat Membru, fuq proprjetajiet oħra, jew li jbiegħ l-elettriku li jiġġenera huwa stess jew jieħu sehem fi skemi ta' flessibbiltà jew tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, bil-kondizzjoni li dawk l-attivitajiet ma jkunux jikkostitwixxu l-attività kummerċjali jew professjonali primarja tiegħu; |
(9) |
“swieq tal-elettriku” tfisser swieq tal-elettriku inklużi swieq b'bejgħ dirett (“over-the-counter”) u l-iskambji tal-enerġija elettrika, swieq għall-kummerċ ta' enerġija, ta' kapaċità kif ukoll servizzi ta' bbilanċjar u servizzi anċillari f'kull perijodu ta' żmien, inklużi s-swieq bil-quddiem, bil-ġurnata 'l quddiem u dawk fl-istess ġurnata; |
(10) |
“parteċipant tas-suq” tfisser parteċipant tas-suq kif definit fil-punt 25 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/943; |
(11) |
“komunità tal-enerġija taċ-ċittadin” tfisser entità legali li:
|
(12) |
“provvista” tfisser il-bejgħ, inkluż il-bejgħ mill-ġdid, ta' elettriku lill-klijenti; |
(13) |
“kuntratt għall-provvista tal-elettriku” tfisser kuntratt għall-provvista ta' elettriku, iżda ma tinkludix derivattivi tal-elettriku; |
(14) |
“derivattiva tal-elettriku” tfisser strument finanzjarju speċifikat fil-punt 5, 6, jew 7 fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), fejn dak l-istrument jirrelata mal-elettriku; |
(15) |
“kuntratt dwar prezz dinamiku tal-elettriku” tfisser kuntratt għall-provvista tal-elettriku bejn fornitur u klijent finali li jirrifletti l-varjazzjoni fil-prezz fis-swieq spot, inkluż fis-swieq tal-ġurnata bil-quddiem u dawk fl-istess ġurnata, f'intervalli li tal-anqas ikunu ugwali għall-frekwenza ta' tpaċija tas-suq; |
(16) |
“tariffa għat-tmiem tal-kuntratt” tfisser imposta jew penali li l-fornituri jew il-parteċipanti fis-suq involuti fl-aggregazzjoni jimponu fuq il-klijenti talli jitterminaw kuntratt għall-provvista tal-elettriku jew kuntratt dwar servizz; |
(17) |
“tariffa marbuta mal-bdil” tfisser imposta jew penali għall-bdil tal-fornituri jew tal-parteċipanti fis-suq involuti fl-aggregazzjoni, inklużi tariffi għat-terminazzjoni tal-kuntratt, li hija imposta direttament jew indirettament fuq il-klijenti mill-fornituri,mill-parteċipanti fis-suq involuti fl-aggregazzjoni jew mill-operaturi tas-sistema; |
(18) |
“aggregazzjoni” tfisser funzjoni mwettqa minn persuna fiżika jew ġuridika li tgħaqqad flimkien tagħbijiet multipli ta' klijenti jew l-elettriku ġġenerat minn diversi klijenti għall-bejgħ, ix-xiri jew il-bejgħ bl-irkant fi kwalunkwe suq tal-elettriku; |
(19) |
“aggregatur indipendenti” tfisser parteċipant fis-suq impenjat fl-aggregazzjoni li mhuwiex affiljat mal-fornitur tal-klijent; |
(20) |
“rispons tad-domanda” tfisser il-bidla fit-tagħbija tal-elettriku mill-klijenti finali mix-xejriet ta' konsum normali jew attwali tagħhom b'rispons għas-sinjali tas-suq, inkluż b'rispons għall-prezzijiet tal-elettriku varjabbli skont il-ħin jew ħlasijiet ta' inċentiv, jew b'rispons għall-aċċettazzjoni tal-offerta tal-klijent finali li jbigħ it-tnaqqis jew iż-żieda tad-domanda bi prezz f'suq organizzat kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014 (17) sew jekk waħidhom jew permezz tal-aggregazzjoni; |
(21) |
“informazzjoni dwar il-kontijiet” tfisser l-informazzjoni pprovduta f'kont finali tal-klijenti finali, minbarra talba għall-ħlas; |
(22) |
“miter konvenzjonali” tfisser miter analogu jew elettroniku li ma għandu la l-kapaċità li jittrażmetti u lanqas li jirċievi d-data; |
(23) |
“sistema ta' kejl intelliġenti” tfisser sistema elettronika li hija kapaċi li tkejjel l-elettriku li jingħata fil-grilja jew l-elettriku kkonsmat mill-grilja, li tipprovdi aktar informazzjoni minn miter konvenzjonali, u li hija kapaċi tittrasmetti u tirċievi data għall-finijiet ta' informazzjoni, monitoraġġ u kontroll, permezz ta' xi forma ta' komunikazzjoni elettronika; |
(24) |
“interoperabbiltà” tfisser, fil-kuntest tal-kejl intelliġenti, il-kapaċità li żewġ netwerks, sistemi, apparati, applikazzjonijiet jew komponenti tal-enerġija jew tal-komunikazzjoni, jew aktar, li jiskambjaw u jużaw informazzjoni sabiex iwettqu funzjonijiet meħtieġa; |
(25) |
“perjodu ta' saldu tal-iżbilanċ” tfisser perjodu ta' saldu tal-iżbilanċ kif definit fil-punt (15) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/943; |
(26) |
“kważi f'ħin reali” tfisser, fil-kuntest tal-kejl intelliġenti, perijodu ta' żmien qasir, is-soltu f'termini ta' sekondi jew sal-perjodu ta' saldu tal-iżbilanċ fis-suq nazzjonali; |
(27) |
“l-aqwa tekniki disponibbli” tfisser, fil-kuntest tal-protezzjoni tad-data u tas-sigurtà f'ambjent ta' kejl intelliġenti, it-tekniki l-aktar effettivi, avvanzati u prattikament adatti biex tiġi pprovduta, fil-prinċipju, il-bażi għall-konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u s-sigurtà; |
(28) |
“distribuzzjoni” tfisser it-trasport tal-elettriku fuq sistemi ta' distribuzzjoni ta' vultaġġ għoli, vultaġġ medju u vultaġġ baxx bil-ħsieb li dan jitwassal lill-klijenti, iżda mhux inkluża l-provvista; |
(29) |
“operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun responsabbli li tħaddem, li tiżgura l-manutenzjoni ta', u jekk ikun meħtieġ li tiżviluppa, is-sistema ta' distribuzzjoni f'żona partikolari u, fejn applikabbli, l-interkonnessjonijiet tagħha ma' sistemi oħra, kif ukoll li tiżgura l-kapaċità fit-tul tas-sistema li tlaħħaq ma' domandi raġonevoli għad-distribuzzjoni tal-elettriku; |
(30) |
“effiċjenza fl-użu tal-enerġija” tfisser il-proporzjon tal-'output' tal-prestazzjoni, servizz, prodotti jew enerġija, għall-'input' tal-enerġija; |
(31) |
“enerġija minn sorsi rinnovabbli” jew “enerġija rinnovabbli” tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli mhux fossili, jiġifieri enerġija mir-riħ, solari (solari termiċi u solari fotovoltajċi) u enerġija ġeotermika, enerġija ambjentali, marea, mewġ u enerġija oħra oċeanika, idroenerġija, bijomassa, gass minn landfill, gass minn impjanti għat-trattament tad-drenaġġ, u bijogass; |
(32) |
“ġenerazzjoni distribwita” tfisser installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni konnessi mas-sistema tad-distribuzzjoni; |
(33) |
“punt tal-iċċarġjar” tfisser interfaċċa li kapaċi tiċċarġja vettura elettrika waħda f'darba partikolari jew tissostitwixxi l-batterija ta' vettura elettrika waħda f'darba partikolari; |
(34) |
“trażmissjoni” tfisser it-trasport tal-elettriku fuq is-sistema ta' vultaġġ għoli ħafna u s-sistema interkonnessa ta' vultaġġ għoli bil-ħsieb li dan jitwassal lill-klijenti finali jew lid-distributuri, iżda ma jinkludix il-provvista; |
(35) |
“operatur ta' sistema tat-trażmissjoni” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li hija responsabbli li tħaddem, li tiżgura l-manutenzjoni ta', u jekk ikun meħtieġ li tiżviluppa, is-sistema tat-trażmissjoni f'żona partikolari u, meta jkun applikabbli, l-interkonnessjonijiet tagħha ma' sistemi oħra, kif ukoll li tiżgura l-kapaċità fit-tul tas-sistema biex tlaħħaq ma' domandi raġonevoli għat-trażmissjoni tal-elettriku; |
(36) |
“utent tas-sistema” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tforni lil, jew li tkun fornuta minn, sistema tat-trażmissjoni jew sistema ta' distribuzzjoni; |
(37) |
“ġenerazzjoni” tfisser il-produzzjoni tal-elettriku; |
(38) |
“produttur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tiġġenera l-elettriku; |
(39) |
“interkonnettur” tfisser it-tagħmir użat biex jorbot b'konnessjoni s-sistemi tal-elettriku; |
(40) |
“sistema interkonnessa” tfisser numru ta' sistemi ta' trażmissjoni u sistemi ta' distribuzzjoni konnessi flimkien permezz ta' interkonnettur wieħed jew aktar; |
(41) |
“linja diretta” tfisser jew linja tal-elettriku li torbot b'konnessjoni ta' sit iżolat ta' ġenerazzjoni ma' klijent iżolat jew linja tal-elettriku li torbot b'konnessjoni produttur u impriża ta' forniment tal-elettriku biex dawn ifornu direttament lill-bini tagħhom stess, lil sussidjarji tagħhom u lil klijenti; |
(42) |
“sistema iżolata żgħira” tfisser kwalunkwe sistema li kellha konsum ta' inqas minn 3 000 GWh fis-sena 1996, fejn inqas minn 5 % tal-konsum annwali jinkiseb permezz ta' interkonnessjoni ma' sistemi oħra; |
(43) |
“sistema konnessa żgħira” tfisser kwalunkwe sistema li kellha konsum ta' anqas minn 3 000 GWh fis-sena 1996, fejn aktar minn 5 % tal-konsum annwali jinkiseb permezz ta' interkonnessjoni ma' sistemi oħra; |
(44) |
“konġestjoni” tfisser konġestjoni kif definita fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/943; |
(45) |
“ibbilanċjar” tfisser ibbilanċjar kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/943; |
(46) |
“enerġija ta' bbilanċjar” tfisser enerġija ta' bbilanċjar kif definita fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/943; |
(47) |
“parti inkarigata mill-ibbilanċjar” tfisser parti inkarigata mill-ibbilanċjar kif definita fil-punt (14) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/943; |
(48) |
“servizz anċillari” tfisser servizz meħtieġ għat-tħaddim ta' sistema tat-trażmissjoni jew tad-distribuzzjoni inklużi servizzi anċillari ta' bilanċjar u mhux tal-frekwenza, iżda li ma jinkludux l-immaniġġjar tal-konġestjoni; |
(49) |
“servizz anċillari mhux tal-frekwenza” tfisser servizz użat minn operatur ta' sistema tat-trażmissjoni jew tad-distribuzzjoni għall-kontroll tal-vultaġġ f'qagħda statika, injezzjonijiet ta' kurrenti reattivi mgħaġġla, inerzja għall-istabbiltà tal-grilja lokali, kurrent ta' ċirkwit kort, kapaċità ta' startjar minn mitfi totali u kapaċità ta' operat ta' netwerk iżolat; |
(50) |
“ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali” tfisser ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali stabbilit skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2019/943; |
(51) |
“komponenti tan-netwerk integrati b'mod sħiħ” tfisser komponenti tan-netwerk li huma integrati fis-sistemi ta' trażmissjoni jew distribuzzjoni, inklużi faċilitajiet ta' ħżin, u l-iskop waħdieni tal-użu tagħhom huwa li tiġi żgurata l-operazzjoni sikura u affidabbli tas-sistema ta' trażmissjoni jew distribuzzjoni, u mhux għall-ibbilanċjar jew għall-ġestjoni tal-konġestjoni; |
(52) |
“impriża tal-elettriku integrata” tfisser impriża integrata vertikalment jew impriża integrata orizzontalment; |
(53) |
“impriża integrata vertikalment” tfisser impriża tal-elettriku jew grupp ta' impriżi tal-elettriku fejn l-istess persuna jew l-istess persuni huma intitolati, direttament jew indirettament, li jeżerċitaw kontroll, u fejn l-impriża jew il-grupp ta' impriżi jwettqu mill-inqas waħda mill-funzjonijiet ta' trażmissjoni jew distribuzzjoni, u mill-inqas waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew provvista; |
(54) |
“impriża integrata orizzontalment” tfisser impriża tal-elettriku li twettaq għall-inqas waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni għall-bejgħ, jew it-trażmissjoni, jew id-distribuzzjoni, jew il-provvista, u attività oħra li ma tinvolvix l-elettriku; |
(55) |
“impriża relatata” tfisser impriża affiljata kif definita fil-punt 12 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), u impriżi tal-istess azzjonisti; |
(56) |
“kontroll” tfisser drittijiet, kuntratti jew mezzi oħra li, jew separatament jew flimkien u filwaqt li jitqiesu kunsiderazzjonijiet ta' fatt u ta' dritt involuti, jagħtu l-possibbiltà li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq impriża, b'mod partikolari permezz ta':
|
(57) |
“impriża tal-elettriku” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li twettaq mill-inqas waħda mill-funzjonijiet li ġejjin: ġenerazzjoni, trażmissjoni, distribuzzjoni, aggregazzjoni, rispons tad-domanda, ħżin tal-enerġija, provvista jew xiri tal-elettriku, u li tkun responsabbli għall-kompiti kummerċjali, tekniċi jew tal-manutenzjoni relatati ma' dawk il-funzjonijiet, iżda li ma tinkludix klijenti finali; |
(58) |
“sigurtà” tfisser kemm is-sigurtà tal-provvista u l-forniment tal-elettriku, kif ukoll is-sikurezza teknika; |
(59) |
“ħżin tal-enerġija” tfisser, fis-sistema tal-elettriku, il-posponiment tal-użu finali tal-elettriku għal mument aktar tard minn meta kien iġġenerat, jew il-konverżjoni tal-enerġija elettrika f'forma ta' enerġija li tista' tiġi maħżuna, il-ħżin ta' tali enerġija u l-użu sussegwenti ta' tali enerġija jew ir-rikonverżjoni sussegwenti ta' tali enerġija f'enerġija elettrika jew f'użu bħala trasportatur ieħor tal-enerġija. |
(60) |
“faċilità tal-ħżin tal-enerġija” tfisser, fis-sistema tal-elettriku, faċilità fejn iseħħ il-ħżin tal-enerġija. |
KAPITOLU II
REGOLI ĠENERALI GĦALL-ORGANIZZAZZJONI TAS-SETTUR TAL-ELETTRIKU
Artikolu 3
Swieq tal-elettriku kompetittivi, iffokati fuq il-konsumatur, flessibbli u mhux diskriminatorji
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġi nazzjonali tagħhom ma tfixkilx bla bżonn il-kummerċ transkonfinali fl-elettriku, il-parteċipazzjoni tal-konsumaturi, inkluża dik permezz tar-rispons tad-domanda, investimenti b'mod partikolari fil-ġenerazzjoni varjabbli u flessibbli tal-enerġija, il-ħżin tal-enerġija, jew l-introduzzjoni tal-elettromobbiltà jew interkonnetturi ġodda bejn l-Istati Membri, u għandhom jiżguraw li l-prezzijiet tal-elettriku jirriflettu d-domanda u l-provvista attwali.
2. Meta jiġu żviluppati interkonnetturi ġodda, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-miri tal-interkonnessjoni tal-elettriku stabbiliti fil-punt (1) tal-Artikolu 4(d) tar-Regolament (UE) 2018/1999.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jeżisti l-ebda ostaklu bla bżonn fis-suq intern għall-elettriku fir-rigward tad-dħul fis-suq, it-tħaddim u l-ħruġ, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi li l-Istati Membri jżommu relattivament għal pajjiżi terzi.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw kondizzjonijiet ekwi fejn l-impriżi tal-elettriku huma soġġetti għal regoli, imposti u trattament trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji, b'mod partikolari fir-rigward tal-ibbilanċjar tar-responsabbiltà, l-aċċess għal swieq bl-ingrossa, l-aċċess għad-data, il-proċessi tal-bdil u l-iskemi tal-kontijiet u, fejn applikabbli, l-għoti ta' liċenzji.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parteċipanti tas-suq minn pajjiżi terzi, meta joperaw fis-suq intern għall-elettriku, jikkonformaw mal-liġi applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali, inkluża dik dwar il-politika ambjentali u ta' sikurezza.
Artikolu 4
Għażla ħielsa tal-fornitur
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti kollha jkunu ħielsa li jixtru l-elettriku mill-fornitur li jagħżlu huma u għandhom jiżguraw li l-klijenti kollha jkunu ħielsa li jkollhom aktar minn kuntratt wieħed tal-provvista tal-elettriku fl-istess ħin, dment li l-konnessjoni meħtieġa u l-punti ta' kejl meħtieġa jkunu stabbiliti.
Artikolu 5
Prezzijiet tal-provvista bbażati fis-suq
1. Il-fornituri għandhom ikunu ħielsa li jiddeterminaw il-prezz li bih jipprovdu l-elettriku lill-klijenti. L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjonijiet xierqa biex jiżguraw il-kompetizzjoni effettiva bejn il-fornituri.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-klijenti domestiċi foqra u vulnerabbli f'termini ta' enerġija f'konformità mal-Artikoli 28 u 29 permezz tal-politika soċjali jew b'mezzi oħra li ma jkunux interventi pubbliċi fl-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku.
3. B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu japplikaw interventi pubbliċi fl-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku lil klijenti domestiċi foqra jew vulnerabbli f'termini ta' enerġija. Tali interventi pubbliċi għandhom ikunu soġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5.
4. Interventi pubbliċi fl-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku għandhom:
(a) |
ikunu mmirati lejn interess ekonomiku ġenerali u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jiksbu dak l-interess ekonomiku ġenerali; |
(b) |
ikunu definiti b'mod ċar, trasparenti, nondiskriminatorji u verifikabbli; |
(c) |
jiggarantixxu aċċess ugwali lill-impriżi tal-elettriku tal-Unjoni għall-klijenti; |
(d) |
għandhom ikunu limitati fiż-żmien u jkunu proporzjonati fir-rigward tal-benefiċjarji tagħhom; |
(e) |
m'għandhomx jirriżultaw fi spejjeż addizzjonali għall-parteċipanti fis-suq b'mod diskriminatorju. |
5. Kwalunkwe Stat Membru li japplika interventi pubbliċi fl-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandu jikkonforma wkoll mal-punt (d) tal-Artikolu 3(3) u mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2018/1999, irrispettivament minn jekk l-Istat Membru kkonċernat għandux għadd sinifikanti ta' unitajiet domestiċi f'faqar enerġetiku.
6. Għall-fini ta' perjodu ta' tranżizzjoni biex tiġi stabbilita kompetizzjoni effettiva għal kuntratti ta' provvista tal-elettriku bejn fornituri, u biex jinkiseb ipprezzar li huwa totalment effettiv abbażi tas-suq tal-elettriku bbażat fuq is-suq tal-elettriku skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu japplikaw interventi pubbliċi fl-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku lill-klijenti domestiċiu għal mikrointrapriżi li ma jibbenefikawx minn interventi pubbliċi skont il-paragrafu 3.
7. L-interventi pubbliċi skont il-paragrafu 6 għandhom jikkonformaw mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 4 u għandhom:
(a) |
ikunu akkumpanjati minn sett ta' miżuri biex tinkiseb kompetizzjoni effettiva u metodoloġija għall-valutazzjoni tal-progress fir-rigward ta' dawk il-miżuri; |
(b) |
jiġu stabbiliti bl-użu ta' metodoloġija li tiżgura trattament mhux diskriminatorju tal-fornituri; |
(c) |
jiġu stabbiliti għal prezz li jkun aktar mill-ispiża, f'livell fejn tista' sseħħ kompetizzjoni effettiva tal-prezzijiet; |
(d) |
ikunu mfassla b'tali mod li jimminimizzaw kull impatt negattiv fuq is-suq bl-ingrossa tal-elettriku; |
(e) |
għandhom jiżguraw li l-benefiċjarji kollha ta' dawn l-interventi pubbliċi jkollhom il-possibilità li jagħżlu l-offerti kompetittivi tas-suq u huma direttament infurmati minn tal-inqas kull tliet xhur dwar id-disponibbiltà ta' offerti u l-iffrankar fis-suq kompetittiv, b'mod partikolari il-kuntratti dinamiċi tal-prezz tal-elettriku, u għandhom jiżguraw li dawn jiġu pprovduti b'assistenza biex jaqilbu għal offerta abbażi tas-suq; |
(f) |
għandhom jiżguraw li, skont l-Artikoli 19 u 21, il-benefiċċjarji kollha ta' dawn l-interventi pubbliċi jkunu intitolati għal kejl intelliġenti u li jiġu offruti li jkollhom dawn u li l-kejl intelliġenti jiġu installati mingħajr spejjeż inizjali miżjuda għal klijent, huma direttament infurmati dwar il-possibbiltà li jinstallaw kejl intelliġenti u jingħataw l-assistenza meħtieġa. |
(g) |
m'għandhomx iwasslu għal inter-sussidjarjetà diretta bejn klijenti fornuti bi prezzijiet tas-suq ħieles u dawk fornuti bi prezzijiet ta' provvista regolata. |
8. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda skont il-paragrafi 3 u 6 fi żmien xahar wara l-adozzjoni tagħhom, u jistgħu japplikawhom immedjatament. In-notifika għandha tkun akkumpanjata minn spjegazzjoni dwar għaliex strumenti oħra ma kinux suffiċjenti sabiex jiksbu l-objettiv mixtieq, dwar kif jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 4 u 7, u dwar x'inhuma l-effetti tal-miżuri notifikati fuq il-kompetizzjoni. In-notifika għandha tiddeskrivi l-kamp ta' applikazzjoni tal-benefiċjarji, it-tul ta' żmien tal-miżuri u n-numru ta' klijenti domestiċi affettwati mill-miżuri, u għandha tispjega kif ġew iddeterminati l-prezzijiet regolati.
9. Sal-1 ta' Jannar 2022 u l-1 ta' Jannar 2025, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapporti lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, in-neċessità u l-proporzjonalità tal-interventi pubbliċi taħt dan l-Artikolu u valutazzjoni tal-progress lejn il-kisba ta' kompetizzjoni effettiva bejn il-fornituri u t-tranżizzjoni għal prezzijiet ibbażati fuq is-suq. L-Istati Membri li japplikaw prezzijiet regolati skont il-paragrafu 6 għandhom jirrapportaw dwar il-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 7, inkluża dwar il-konformità mill-fornituri li huma meħtieġa biex japplikaw tali interventi, kif ukoll dwar l-impatt tal-prezzijiet regolati fuq il-finanzi ta' dawk il-fornituri.
10. Sal-31 ta' Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tirrevedi u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu bil-għan li jinkiseb ipprezzar bl-imnut ibbażat fuq is-suq tal-elettriku, flimkien ma' proposta leġiżlattiva jew segwita minnha, jekk ikun xieraq. Dik il-proposta leġiżlattiva tista' tinkludi data ta' tmiem għall-prezzijiet regolati.
Artikolu 6
Aċċess għal parti terza
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni ta' sistema ta' aċċess għal partijiet terzi għas-sistemi ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni bbażata fuq tariffi ppubblikati, applikabbli għall-klijenti kollha u applikati b'mod oġġettiv u mingħajr diskriminazzjoni bejn l-utenti tas-sistema. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk it-tariffi, jew il-metodoloġiji li jkunu sottostanti l-kalkoli tagħhom, ikunu approvati konformement mal-Artikolu 59 qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom u li dawk it-tariffi, u l-metodoloġiji – meta l-metodoloġiji jkunu approvati – jiġu ppubblikati qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom.
2. L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jew ta' distribuzzjoni jista' jirrifjuta l-aċċess fil-każ li ma jkollux il-kapaċità neċessarja. Għal rifjut bħal dan għandhom jingħataw raġunijiet sostanzjati, partikolarment meta jitqies l-Artikolu 9, u bbażati fuq kriterji oġġettivi u ġustifikabbli teknikament u ekonomikament. L-Istati Membri, jew meta l-Istati Membri jkunu għamlu dispożizzjonijiet għal din, l-awtoritajiet regolatorji ta' dawk l-Istati Membri, għandhom jiżguraw li dawk il-kriterji jkunu konsistentement applikati u li l-utent tas-sistema li jkun ġie rifjutat l-aċċess tiegħu jkun jista' jagħmel użu minn proċedura ta' riżoluzzjoni ta' tilwim. L-awtoritajiet regolatorji għandhom ukoll jiżguraw, meta jkun xieraq u meta jseħħ rifjut ta' aċċess, li l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jew l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni jipprovdi l-informazzjoni rilevanti dwar miżuri li jkunu meħtieġa għall-infurzar tan-netwerk. Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta fil-każijiet kollha meta l-aċċess għall-punti ta' ċċarġjar tkun ġiet miċħuda. Il-parti li tagħmel talba għal tali informazzjoni jista' jkollha tħallas miżata raġonevoli li tkun tirrifletti n-nefqa biex tkun provduta tali informazzjoni.
3. Dan l-Artikolu għandu japplika ukoll għal komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin li jiġġestixxu netwerks ta' distribuzzjoni.
Artikolu 7
Linji diretti
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex:
(a) |
il-produtturi u l-impriżi fornituri tal-elettriku kollha stabbiliti fit-territorju tagħhom ikunu jistgħu jipprovdu l-elettriku lill-bini tagħhom stess, lis-sussidjarji tagħhom u lil klijenti permezz ta' linja diretta mingħajr ma jkunu soġġetti għal proċeduri jew spejjeż amministrattivi sproporzjonati; |
(b) |
il-klijenti kollha fit-territorju tagħhom, b'mod individwali jew konġunt, ikunu jistgħu jiġu fornuti permezz ta' linja diretta minn produtturi u impriżi fornituri tal-elettriku. |
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kriterji għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għall-bini ta' linji diretti fit-territorju tagħhom. Dawk il-kriterji għandhom ikunu oġġettivi u mhux diskriminatorji.
3. Il-possibbiltà li l-elettriku jkun provdut permezz ta' linja diretta kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhiex taffettwa l-possibbiltà li l-elettriku jkun mogħti b'kuntratt f'konformità mal-Artikolu 6.
4. L-Istati Membri jistgħu jagħtu awtorizzazzjoni għall-bini ta' linja diretta soġġett għar-rifjut tal-aċċess għas-sistema fuq il-bażi, fejn ikun il-każ, tal-Artikolu 6 jew għall-bidu ta' riżoluzzjoni ta' tilwima taħt l-Artikolu 60.
5. L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jawtorizzaw linja diretta jekk l-għoti ta' tali awtorizzazzjoni ixekkel l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-obbligi tas-servizz pubbliku fl-Artikolu 9. Għal rifjut bħal dan għandhom jingħataw raġunijiet sostanzjati.
Artikolu 8
Proċedura ta' awtorizzazzjoni għal kapaċità ġdida
1. Għall-bini ta' kapaċità ġdida ta' ġenerazzjoni, l-Istati Membri għandhom jadottaw proċedura ta' awtorizzazzjoni, li għandha titwettaq konformement ma' kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji.
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kriterji għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għall-bini ta' kapaċità ta' ġenerazzjoni fit-territorju tagħhom. Sabiex jiddeterminaw kriterji xierqa, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw:
(a) |
is-sigurtà u s-sikurezza tas-sistema tal-elettriku, installazzjonijiet u tagħmir assoċjat; |
(b) |
il-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza pubblika; |
(c) |
il-protezzjoni tal-ambjent; |
(d) |
l-użu tal-art u l-għażla tal-post; |
(e) |
l-użu tal-art pubblika; |
(f) |
l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija; |
(g) |
in-natura tas-sorsi primarji; |
(h) |
karatteristiċi partikolari għall-applikant, bħal kapaċitajiet tekniċi, ekonomiċi u finanzjarji; |
(i) |
konformità mal-miżuri adottati skont l-Artikolu 9; |
(j) |
il-kontribuzzjoni tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni biex tintlaħaq il-mira ġenerali tal-Unjoni ta' sehem ta' mill-anqas 32 % tal-enerġija tal-Unjoni minn sorsi rinnovabbli fil-konsum gross finali tal-enerġija fl-2030 imsemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19); |
(k) |
il-kontribuzzjoni tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet; u |
(l) |
l-alternattivi għall-bini ta' kapaċità ta' ġenerazzjoni ġdida, bħalma huma s-soluzzjonijiet ta' rispons tad-domanda u l-ħżin tal-enerġija. |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu proċeduri ta' awtorizzazzjoni speċifiċi, simplifikati u razzjonalizzati għal ġenerazzjoni żgħira deċentralizzata u/jew distribwita, li jieħdu kont tad-daqs limitat u l-impatt potenzjali tagħhom.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu linji gwida għal dik il-proċedura speċifika ta' awtorizzazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji jew awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra inklużi l-awtoritajiet ta' ppjanar għandhom jirrevedu dawk il-linji gwida u jistgħu jirrakkomandaw emendi għalihom.
Fejn Stati Membri stabbilixxew proċeduri partikolari ta' permess ta' użu ta' art li japplikaw għal proġetti ġodda maġġuri ta' infrastruttura fil-kapaċità tal-ġenerazzjoni, l-Istati Membri għandhom, fejn hu xieraq, jinkludu l-kostruzzjoni ta' kapaċità ta' ġenerazzjoni ġdida fil-firxa ta' applikabbiltà ta' dawk il-proċeduri u għandhom jimplimentawhom f'mod nondiskriminatorju u f'qafas ta' żmien xieraq.
4. Il-proċeduri u l-kriterji tal-awtorizzazzjoni għandhom jiġu ppubblikati. L-applikanti għandhom ikunu informati dwar ir-raġunijiet għal kwalunkwe rifjut li tingħata awtorizzazzjoni. Ir-raġunijiet għandhom ikunu oġġettivi, non-diskriminatorji, raġunati u sostanzjati kif suppost. Proċeduri ta' appell għandhom ikunu disponibbli għall-applikanti.
Artikolu 9
Obbligi tas-servizz pubbliku
1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, abbażi tal-organizzazzjoni istituzzjonali tagħhom u b'kont dovut għall-prinċipju ta' sussidjarjetà, li l-impriżi tal-elettriku jaħdmu konformement mal-prinċipji ta' din id-Direttiva bil-ħsieb li jintlaħaq suq kompetittiv, sigur, u ambjentalment sostenibbli għall-elettriku, u dawn ma għandhomx jiddiskriminaw bejn dawk l-impriżi fejn jikkonċerna d-drittijiet jew l-obbligi tagħhom.
2. B'konsiderazzjoni sħiħa għad-dispożizzjonijiet relevanti tat-TFUE, b'mod partikolari l-Artikolu 106 tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jimponu fuq impriżi li jkunu qed jaħdmu fis-settur tal-elettriku, u fl-interess ekonomiku ġenerali, l-obbligi tas-servizz pubbliku li jistgħu jkunu marbuta mas-sigurtà, inkluża s-sigurtà tal-provvista, ir-regolarità, il-kwalità u l-prezz tal-provvisti u l-protezzjoni ambjentali, inklużi l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, l-enerġija minn sorsi rinnovabbli u l-protezzjoni tal-klima. Tali obbligi għandhom ikunu definiti b'mod ċar, trasparenti, mhux diskriminatorji u verifikabbli, u għandhom jiggarantixxu l-ugwaljanza tal-aċċess lill-impriżi tal-elettriku tal-Unjoni għall-konsumaturi nazzjonali. Obbligi tas-servizz pubbliku li jikkonċernaw l-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva.
3. Fejn hemm ipprovdut kumpens finanzjarju, jew forom oħra ta' kumpens u drittijiet esklużivi li Stat Membru jagħti għat-twettiq tal-obbligi previsti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jew għall-forniment ta' servizz universali kif stipulat fl-Artikolu 27, dan għandu jsir b'mod nondiskriminatorju u trasparenti.
4. L-Istati Membri għandhom, meta tiġi trasposta din id-Direttiva, jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri kollha adottati biex ikunu sodisfatti l-obbligi tas-servizz universali u tas-servizz pubbliku, inkluż il-protezzjoni tal-konsumatur u dik ambjentali, u l-effett possibbli tagħhom fuq il-kompetizzjoni nazzjonali u internazzjonali, kemm jekk miżuri bħal dawn ikunu jeħtieġu deroga minn din id-Direttiva kif ukoll jekk le. Huma għandhom sussegwentement jinfurmaw lill-Kummissjoni kull sentejn dwar kwalunkwe bdil għal dawk il- miżuri, kemm jekk dawn ikunu jeħtieġu xi deroga minn din id-Direttiva kif ukoll jekk le.
5. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Artikoli 6, 7 u 8 ta' din id-Direttiva, kemm-il darba l-applikazzjoni tagħhom tkun tista' xxekkel, fil-liġi jew fil-verità, il-prestazzjoni tal-obbligi imposti fuq l-impriżi tal-elettriku fl-interess ekonomiku ġenerali, u kemm-il darba l-iżvilupp tal-kummerċ ma jkunx affettwat b'tali mod li jkun imur kontra l-interessi tal-Unjoni. L-interessi tal- Unjoni jinkludu, inter alia, il-kompetizzjoni fir-rigward tal-klijenti konformement mal-Artikolu 106 tat-TFUE u ma' din id-Direttiva.
KAPITOLU III
EMANĊIPAZZJONI U PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR
Artikolu 10
Drittijiet kuntrattwali bażiċi
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali kollha jkunu intitolati li jkollhom l-elettriku tagħhom ipprovdut minn fornitur, suġġett għal qbil tal-fornitur, irrispettivament f'liema Stat Membru jkun reġistrat il-fornitur, sakemm li l-fornitur jimxi mar-regoli dwar il-kummerċ u l-ibbilanċjar applikabbli. F'dak ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li proċeduri amministrattivi ma jiddiskriminawx kontra fornituri li diġà huma reġistrati fi Stat Membru ieħor.
2. Mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, b'mod partikolari d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) u d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (21), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali għandhom id-drittijiet ipprovduti fil-paragrafi 3 sa 12 ta' dan l-Artikolu.
3. Il-klijenti finali għandhom id-dritt ta' kuntratt mal-fornitur tagħhom li jispeċifika:
(a) |
l-identità u l-indirizz tal-fornitur; |
(b) |
is-servizzi provduti, il-livell tal-kwalità tas-servizzi offruti kif ukoll iż-żmien għall-ewwel konnessjoni; |
(c) |
it-tipi ta' servizzi ta' manutenzjoni offruti; |
(d) |
il-mezzi kif tista' tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi, il-ħlasijiet għall-manutenzjoni applikabbli u l-prodotti jew is-servizzi magħquda kollha; |
(e) |
it-tul tal-kuntratt, il-kondizzjonijiet għat-tiġdid u t-terminazzjoni tal-kuntratt u tas-servizzi, inklużi l-prodotti jew is-servizzi li huma magħquda ma' dawk is-servizzi, u jekk hijiex permessa t-terminazzjoni mingħajr ħlas tal-kuntratt; |
(f) |
kwalunkwe kumpens u arranġamenti ta' rifużjoni li japplikaw jekk il-livelli tal-kwalità tas-servizz kuntrattat ma jintlaħqux, inklużi kontijiet mhux korretti jew li jdumu ma jinħarġu; |
(g) |
il-metodu biex tinbeda proċedura għar-riżoluzzjoni ta' tilwima f'konformità mal-Artikolu 26; |
(h) |
informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur, inkluż informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-ilmenti u l-informazzjoni kollha msemmija f'dan il-paragrafu, li hija kkomunikata b'mod ċar fuq il-kont jew fuq is-sit web tal-impriża tal-elettriku, |
Il-kondizzjonijiet għandhom ikunu imparzjali u magħrufa sew minn qabel. Fi kwalunkwe każ, din l-informazzjoni għandha tingħata qabel il-konklużjoni jew il-konferma tal-kuntratt. Fejn xi kuntratti jkunu konklużi permezz ta' intermedjarji, l-informazzjoni relatata mal-kwistjonijiet msemmija f'dan il-paragrafu għandha wkoll tkun provduta qabel il-konklużjoni tal-kuntratt.
Klijenti finali għandhom jiġu pprovduti b'sommarju tal-kondizzjonijiet kuntrattwali prinċipali b'mod prominenti u b'lingwaġġ konċiż u sempliċi.
4 Il-klijenti finali għandhom jingħataw avviż xieraq ta' kull intenzjoni li jiġu modifikati l-kondizzjonijiet kuntrattwali u għandhom ikunu infurmati bid-dritt tagħhom li jitterminaw il-kuntratt meta jingħata l-avviż. Il-fornituri għandhom jinnotifikaw lill-klijenti finali tagħhom, b'mod trasparenti u li jinftiehem, direttament dwar kwalunkwe aġġustament fil-prezz tal-provvista u r-raġunijiet u l-kondizzjonijiet minn qabel għall-aġġustament, kif ukoll l-ambitu tiegħu, fi żmien xieraq mhux aktar tard minn ġimagħtejn, jew mhux aktar tard minn xahar fil-każ ta' klijenti domestiċi, qabel l-aġġustament jidħol fis-seħħ. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali jkunu ħielsa li jitterminaw kuntratti jekk ma jaċċettawx il-kondizzjonijiet kuntrattwali ġodda jew l-aġġustament tal-prezz tal-provvista nnotifikat lilhom mill-fornitur tagħhom.
5. Il-fornituri għandhom jipprovdu lill-klijenti finali b'informazzjoni trasparenti dwar il-prezzijiet u t-tariffi applikabbli u dwar it-termini u l-kondizzjonijiet standards, fir-rigward tal-aċċess għal u l-użu tas-servizzi tal-elettriku.
6. Il-fornituri għandhom joffru lill-klijenti finali b'għażla wiesgħa tal-metodi tal-ħlas. Tali metodi ta' ħlas ma għandhomx jiddiskriminaw b'mod mhux dovut bejn il-klijenti. Kwalunkwe differenza fit-tariffi marbuta mal-metodi tal-ħlas jew ma' sistemi ta' ħlas minn qabel għandha tkun oġġettiva, nondiskriminatorja u proporzjonata u m'għandhiex taqbeż l-ispejjeż diretti mġarrba mill-benefiċjarju għall-użu ta' metodu ta' ħlas speċifiku jew ta' sistema ta' ħlas minn qabel, f'konformità mal-Artikolu 62 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22).
7. Skont il-paragrafu 6, il-klijenti domestiċi li għandhom aċċess għas-sistemi ta' ħlas minn qabel ma għandhomx jitqegħdu fi żvantaġġ mis-sistemi ta' ħlas minn qabel.
8. Il-fornituri għandhom joffru lill-klijenti finali termini ġenerali u kondizzjonijiet ġusti u trasparenti li għandhom jiġu pprovduti b'lingwaġġ sempliċi u mhux ambigwu u m'għandhomx jinkludu ostakli mhux kuntrattwali għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-konsumaturi, bħaldokumentazzjoni kuntrattwali eċċessiva. Il-klijenti għandhom jiġu protetti kontra l-metodi mhux imparzjali u qarrieqa ta' bejgħ.
9. Il-klijenti finali għandhom id-dritt għal standard tajjeb ta' servizz u indirizzar tal-ilmenti mill-fornituri tagħhom. Il-fornituri għandhom jindirizzaw l-ilmenti b'mod sempliċi, ġust u malajr.
10. Meta jaċċedu għal servizz universali taħt id-dispożizzjonijiet adottati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 27, il-klijenti finali għandhom jiġi informati dwar id-drittijiet tagħhom fir-rigward tas-servizz universali.
11. Il-fornituri għandhom jipprovdu lill-klijenti domestiċi b'informazzjoni adegwata dwar miżuri alternattivi għall-iskonnessjoni, biżżejjed minn qabel kwalunkwe skonnessjoni ppjanata. Tali miżuri alternattivi jistgħu jirreferi għas-sorsi tal-appoġġ biex tiġi evitata l-iskonnessjoni, pjanijiet ta' ħlas minn qabel, awditjar tal-enerġija, servizzi ta' konsulenza dwar l-enerġija, pjanijiet ta' ħlas alternattivi, konsulenza dwar il-ġestjoni tad-dejn jew moratorji għall-iskonnessjoni u ma jikkostitwixxux spiża ulterjuri għall-klijenti li jkunu qed jaffaċċjaw l-iskonnessjoni.
12. Il-fornituri għandhom jipprovdu lill-klijenti finali b'kont finali ta' għeluq wara kwalunkwe bidla fil-fornitur mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara tali bidla tkun seħħet.
Artikolu 11
Intitolament għal kuntratt tal-elettriku bi prezz dinamiku
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas regolatorju nazzjonali jippermetti lill-fornituri joffru kuntratti tal-elettriku bi prezz dinamiku. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali li għandhom miter intelliġenti installat jistgħu jitolbu li jikkonkludu kuntratt tal-elettriku bi prezz dinamiku ma' tal-inqas fornitur wieħed u ma' kull fornitur li għandu aktar minn 200 000 klijent finali.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali jkunu infurmati kompletament mill-fornituri dwar l-opportunitajiet, l-ispejjeż u r-riskji ta' kuntratti tal-elettriku bi prezz dinamiku bħal dawn u għandhom jiżguraw li l-fornituri huma mitluba jipprovdu informazzjoni lill-klijenti finali kif xieraq, inkluża dwar il-ħtieġa li jiġi installat kejl tal-elettriku adegwat. L-awtoritajiet regolatorji għandhom jissorveljaw l-iżviluppi tas-suq u jivvalutaw ir-riskji li prodotti u servizzi ġodda jistgħu jimplikaw u jindirizzaw il-prattiki abbużivi.
3. Il-fornituri għandhom jiksbu l-kunsens ta' kull klijent finali qabel dak il-klijent jibdel għal kuntratt dwar prezz dinamiku tal-elettriku.
4. Għall-inqas għal perjodu ta' għaxar snin wara li l-kuntratti tal-elettriku bi prezz dinamiku jsiru disponibbli, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet regolatorji tagħhom għandhom jissorveljaw, u għandhom jippubblikaw rapport annwalidwar l-iżviluppi ewlenin ta' tali kuntratti, inklużi l-offerti tas-suq, u l-impatt fuq il-kontijiet tal-konsumaturi, u speċifikament il-livell ta' volatilità tal-prezz.
Artikolu 12
Dritt għall-bdilu regoli dwar tariffi marbuta mal-bdil
1. Il-bdil ta' fornitur jew ta' parteċipant tas-suq involut f'aggregazzjoni għandu jsir fl-iqsar żmien possibbli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li klijent li jixtieq jibdel il-fornituri jew il-parteċipanti tas-suq impenjati fl-aggregazzjoni, filwaqt li jirrispetta l-kondizzjonijiet kuntrattwali, jkun intitolat għal tali bidla fi żmien massimu ta' tliet ġimgħat mid-data tat-talba. Sa mhux aktar tard mill-2026, il-proċess tekniku tal-bdil tal-fornitur m'għandux jieħu aktar minn 24 siegħa u għandu jkun possibbli fi kwalunkwe jum ta' xogħol.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-inqas il-klijenti domestiċi u l-intrapriżi ż-żgħar ma jeħlu l-ebda tariffi marbuta mal-bdil.
3. B'deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-fornituri jew lill-parteċipanti tas-suq impenjati fl-aggregazzjoni jimponu fuq il-klijenti tariffi għat-terminazzjoni tal-kuntratt fejn dawk il-klijenti volontarjament itemmu kuntratti għal terminu fiss, bi prezz fiss ta' provvista tal-elettriku qabel dawn ma jkunu mmaturaw, dment li tali tariffi jkunu parti minn kuntratt li l-klijent ikun daħal għalih volontarjament u li tali tariffi jiġu kkomunikati b'mod ċar lill-klijent qabel ma jidħol għall-kuntratt. Tariffi bħal dawn għandhom ikunu proporzjonati u m'għandhomx jeċċedu t-telf ekonomiku dirett għall-fornitur jew il-parteċipanti tas-suq impenjat fl-aggregazzjoni li jirriżultaw mit-terminazzjoni mill-klijent tal-kuntratt, inkluż l-ispejjeż ta' kwalunkwe investimenti magħquda jew servizzi li diġà jkunu ġew provduti lill-klijent bħala parti mill-kuntratt. L-oneru li jiġi pprovat it-telf ekonomiku dirett għandu jkun fuq il-fornitur jew fuq il-parteċipanti tas-suq impenjati fl-aggregazzjoni, u l-permissibbilà tat-tariffi għat-terminazzjoni tal-kuntratt għandha tiġi mmonitorjata mill-awtorità regolatorja, jew minn awtorità kompetenti nazzjonali oħra.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dritt tal-bdil tal-fornitur jew il-parteċipanti tas-suq impenjati fl-aggregazzjoni jingħata lill-klijenti b'mod mhux diskriminatorju fir-rigward tal-ispiża, l-isforz u l-ħin.
5. Il-klijenti domestiċi għandhom ikunu intitolati jipparteċipaw fi skemi ta' bdil kollettiv. L-Istati Membri għandhom ineħħu l-ostakli regolatorji jew amministrattivi kollha għall-bdil kollettiv, filwaqt li jipprovdu qafas li jiżgura l-ogħla livell ta' protezzjoni għall-konsumaturi biex jevitaw kwalunkwe prattika abbużiva.
Artikolu 13
Kuntratt ta' aggregazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti kollha jkunu ħielsa li jixtru u jbiegħu s-servizzi tal-elettriku, inkluż aggregazzjoni, minbarra l-provvista, irrispettivament mill-kuntratt tagħhom ta' provvista tal-elettriku u mill-impriża tal-elettriku li jagħżlu huma.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta klijent finali jkun jixtieq jikkonkludi kuntratt ta' aggregazzjoni, il-klijent finali jkun intitolat jagħmel dan mingħajr il-kunsens tal-impriżi tal-elettriku tal-klijent finali.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parteċipanti fis-suq involuti fl-aggregazzjoni jinfurmaw kompletament lill-klijenti dwar it-termini u l-kondizzjonijiet tal-kuntratti li huma joffrulhom.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali jkunu intitolati jirċievu d-data kollha rilevanti tar-rispons tad-domanda jew id-data dwar l-elettriku pprovdut jew mibjugħ mingħajr ħlas għall-inqas kull perijodu li għalih jinħareġ il-kont jekk dan jintalab mill-klijent.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 2u 3 jingħataw lill-klijenti finali kollha b'mod mhux diskriminatorju fir-rigward ta' spiża, sforz jew żmien. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti ma jkunux soġġetti għal rekwiżiti tekniċi u amministrattivi, proċeduri jew imposti diskriminatorji min-naħa tal-fornitur tagħhom abbażi ta' jekk għandhomx kuntratt ma' parteċipant fis-suq involut f'aggregazzjoni.
Artikolu 14
Għodod għat-tqabbil
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-anqas il-klijenti domestiċi u l-mikrointrapriżi b'konsum annwali previst inferjuri għal 100 000 kWh ikollhom aċċess b'xejn, għal tal-anqas għodda waħda għat-tqabbil tal-offerti tal-fornituri, inklużi offerti għall-kuntratti dwar prezz dinamiku tal-elettriku. Il-klijenti għandhom jiġu infurmati dwar id-disponibbiltà ta' tali għodod fil-kontijiet tagħhom jew flimkien magħhom jew b'modi oħra. L-għodda għandhom jissodisfaw tal-inqas ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
ikunu indipendenti mill-parteċipanti kollha fis-suq u jiżguraw li l-impriżi tal-elettriku jingħataw trattament ugwali fir-riżultati tat-tiftix; |
(b) |
jiddivulgaw biċ-ċar lis-sidien tagħhom kif ukoll il-persuna naturali jew ġuridika li topera u tikkontrolla l-għodda, u anke informazzjoni dwar kif inhuma ffinanzjati l-għodod; |
(c) |
jistabbilixxu kriterji ċari u oġġettivi li fuqhom għandu jkun ibbażat it-tqabbil, inklużi s-servizzi, u jiddivulgawhom; |
(d) |
jużaw lingwaġġ ċar u mhux ambigwu; |
(e) |
jipprovdu informazzjoni preċiża u aġġornata u jiddikjaraw il-ħin tal-aħħar aġġornament; |
(f) |
ikunu aċċessibbli għal persuni b'diżabbiltà, billi jkunu perċepibbli, operattivi, komprensibbli, u robusti; |
(g) |
jipprovdu proċedura effettiva għar-rapportar ta' informazzjoni żbaljata dwar offerti ppublikati; u |
(h) |
iqabblu filwaqt li jillimitaw id-data personali mitluba għal dik strettament neċessarja għat-tqabbil. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-inqas għodda waħda tkopri s-suq kollu kemm hu. Meta diversi għodod ikopru s-suq, dawk l-għodod għandhom jinkludu, b'mod komplut kemm jista' jkun, firxa ta' offerti għall-elettriku li tkopri parti sinifikanti tas-suq u, meta dawk l-għodod ma jkoprux is-suq għalkollox, dikjarazzjoni ċara li tgħid hekk, qabel ma jintwerew ir-riżultati.
2. L-għodod imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jitħaddmu minn kwalunkwe entità, inklużi l-kumpaniji privati u awtoritajiet jew korpi pubbliċi.
3. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti waħda li tkun responsabbli għall-ħruġ ta' marki ta' fiduċja għall-għodod ta' tqabbil li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, u sabiex tiżgura li l-għodod għat-tqabbil li għandhom marka ta' fiduċja jibqgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1. Dik l-awtorità għandha tkun indipendenti minn kull parteċipant tas-suq u operatur ta' għodod tat-tqabbil.
4. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-għodod għat-tqabbil imsemmija fil-paragrafu 1 jinkludu kriterji komparattivi marbuta man-natura tas-servizzi offruti mill-fornituri.
5. Kwalunkwe għodda li tqabbel l-offerti tal-parteċipanti fis-suq għandha tkun eliġibbli għal applikazzjoni għal marka ta' fiduċja skont dan l-Artikolu fuq bażi volontarja u mhux diskriminatorja.
6. Permezz ta' deroga mill-paragrafi 3 u 5, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jipprovdux għall-ħruġ ta' marki ta' fiduċja għall-għodod ta' tqabbil jekk awtorità jew korp pubbliku jipprovdi għodda ta' tqabbil li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1.
Artikolu 15
Klijenti attivi
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali ikunu intitolati jaġixxu bħala klijenti attivi, mingħajr ma jkunu soġġetti għal rekwiżiti tekniċi u rekwiżiti, proċeduri u tariffi amministrattivi li jkunu sproporzjonati jew diskriminatorji, u għal imposti tan-netwerk li ma jirriflettux l-ispiża reali.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti attivi jkunu:
(a) |
intitolati li joperaw direttament jew permezz ta' aggregazzjoni; |
(b) |
intitolati li jbiegħu elettriku li jiġġeneraw huma stess, inkluż permezz ta' ftehimiet ta' xiri tal-elettriku; |
(c) |
intitolati li jipparteċipaw fi skemi ta' flessibbiltà u ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija; |
(d) |
intitolati li jiddelegaw lil parti terza l-ġestjoni tal-installazzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tagħhom, inkluż l-installazzjoni, l-operazzjoni, it-trattament u l-manutenzjoni tad-data mingħajr ma dik il-parti terza titqies bħala klijent attiv; |
(e) |
soġġetti għal imposti tan-netwerk li jirriflettu l-ispiża, li jkunu trasparenti u mhux diskriminatorji u li jirriflettu, b'mod separat, l-elettriku trażmess lejn il-grilja, kif ukoll l-elettriku kkunsmat, skont l-Artikolu 59(9) ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2019/943, jiżguraw li jikkontribwixxu b'mod adegwat u bilanċjat għall-qsim tal-ispejjeż ġenerali tas-sistema; |
(f) |
finanzjarjament responsabbli għall-iżbilanċi li joħolqu fis-sistema tal-elettriku; saa dan il-punt huma għandhom ikunu partijiet responsabbli għall-bilanċ jew għandhom jiddelegaw ir-responsabbiltà għall-ibbilanċjar tagħhom skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2019/943. |
3. L-Istati Membri jista' jkollhom dispożizzjonijiet differenti applikabbli għal klijenti attivi li jaġixxu individwalment jew flimkien fil-liġi nazzjonali tagħhom, bil-kondizzjoni li d-drittijiet u l-obbligi kollha skont dan l-Artikolu japplikaw għall-klijenti attivi kollha. Kwalunkwe differenza fit-trattament tal-klijenti attivi li jaġixxu flimkien għandha tkun proporzjonata u ġustifikata kif xieraq.
4. L-Istati Membri li għandhom skemi eżistenti li ma jagħmlux il-kontijiet b'mod separat għall-elettriku trażmess fil-grilja kif ukoll l-elettriku kkunsmat mill-grilja, ma għandhomx jagħtu drittijiet ġodda taħt tali skemi wara l-31 ta' Diċembru 2023. Fi kwalunkwe każ, il-klijenti soġġetti għal skemi eżistenti għandhom il-possibbiltà fi kwalunkwe ħin li jagħżlu skema ġdida li tkopri separatament l-elettriku trażmess fil-grilja u l-elettriku kkunsmat mill-grilja bħala l-bażi għall-kalkolu tat-tariffi tan-netwerk.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti attivi li jkunu sidien ta' faċilità tal-ħżin tal-enerġija:
(a) |
ikollhom id-dritt għal konnessjoni mal-grilja fi żmien raġonevoli wara t-talba, sakemm jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha meħtieġa, bħall-ibbilanċjar tar-responsabbiltà u l-metraġġ adegwat; |
(b) |
ma jkunu soġġetti għall-ebda tariffa doppja, inklużi tariffi tan-netwerk, għal elettriku maħżun li jibqa' fil-bini tagħhom jew meta jagħtu servizzi ta' flessibbiltà lill-operaturi tas-sistema; |
(c) |
ma jkunux soġġetti għal rekwiżiti ta' liċenzjar jew tariffi sproporzjonati; |
(d) |
ikunu jistgħu jipprovdu diversi servizzi fl-istess ħin, jekk dan ikun teknikament fattibbli. |
Artikolu 16
Komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu qafas regolatorju abilitanti għall-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin, biex b'hekk jiżguraw li:
(a) |
il-parteċipazzjoni f'komunità tal-enerġija taċ-ċittadin tkun miftuħa u volontarja; |
(b) |
il-membri jew l-azzjonisti ta' komunità tal-enerġija taċ-ċittadin jitħallew jitilqu mill-komunità, f'liema każ japplika l-Artikolu 12; |
(c) |
il-membri jew l-azzjonisti ta' komunità tal-enerġija taċ-ċittadin ma jitilfux id-drittijiet u l-obbligi tagħhom bħala klijenti domestiċi jew klijenti attivi; |
(d) |
soġġett għal kumpens ġust kif ivvalutat mill-awtorità regolatorja, l-operaturi rilevanti tas-sistema tad-distribuzzjoni jikkooperaw mal-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin biex jiġu ffaċilitati t-trasferimenti tal-elettriku fil-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin; |
(e) |
il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin huma soġġetti għal proċeduri u tariffi nondiskriminatorji, proporzjonati, ġusti u trasparenti, inkluż firrigward tar-reġistrazzjoni u l-liċenzjar, kif ukoll tariffi tan-netwerk trasparenti, nondiskriminatorji u li jirriflettu l-ispiża f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2019/943 u b'hekk jiżguraw li jikkontribwixxu b'mod adegwat u bbilanċjat għall-qsim tal-ispejjeż globali tas-sistema. |
2. L-Istati Membri jistgħu, fil-qafas regolatorju abilitanti, jipprevedu li l-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin:
(a) |
ikunu miftuħa għal parteċipazzjoni transkonfinali; |
(b) |
ikunu intitolati jkunu s-sidien ta', jistabbilixxu jew jikru, netwerks ta' distribuzzjoni u li jamministrawhom b'mod awtonomu, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu; |
(c) |
ikunu soġġetti għall-eżenzjonijiet previsti mill-Artikolu 38(2). |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin:
(a) |
ikunu jistgħu jaċċessaw is-swieq tal-elettriku kollha, direttament jew permezz tal-aggregazzjoni b'mod mhux diskriminatorju; |
(b) |
ikunu trattati b'mod proporzjonat u mhux diskriminatorju fir-rigward tal-attivitajiet, id-drittijiet u l-obbligi tagħhom bħala klijenti finali, produtturi, fornituri, operaturi ta' sistema ta' distribuzzjoni jew parteċipanti fis-suq involuti f'aggregazzjoni; |
(c) |
ikunu finanzjarjament responsabbli għall-iżbilanċi li joħolqu fis-sistema tal-elettriku; sa dan il-punt huma għandhom ikunu partijiet responsabbli għall-bilanċ jew għandhom jiddelegaw ir-responsabbiltà għall-ibbilanċjar tagħhom skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2019/943; |
(d) |
fir-rigward tal-konsum tal-elettriku li jiġġeneraw huma stess, il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin jitqiesu bħala klijenti attivi skont il-punt (e) tal-Artikolu 15(2); |
(e) |
ikunu intitolati jagħmlu arranġamenti fi ħdan il-komunità tal-enerġija taċ-ċittadin għall-qsim tal-elettriku li jiġi prodott permezz tal-unitajiet ta' produzzjoni li jkunu l-proprjetà tal-komunità, soġġett għal rekwiżiti oħrajn stabbiliti f'dan l-Artikolu u soġġett għall-membri tal-komunità li jżommu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom bħala klijenti finali. |
Għall-finijiet tal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu, meta l-elettriku jinqasam, dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-imposti u t-tariffi tan-netwerk applikabbli, skont analiżi trasparenti tal-ispejjeż u l-benefiċċji tar-riżorsi tal-enerġija distribwita żviluppata mill-awtorità kompetenti nazzjonali.
4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħtu lill-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin id-dritt li jmexxu netwerks tad-distribuzzjoni fiż-żona tagħhom ta' operazzjoni u jistabbilixxu l-proċeduri rilevanti, mingħajr ħsara għall-Kapitolu IV jew għal regoli u regolamenti oħrajn li japplikaw għall-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni. Jekk jingħata tali dritt, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin:
(a) |
ikunu intitolati jikkonkludu ftehim dwar l-operazzjoni tan-netwerk tagħhom mal-operatur rilevanti tas-sistema ta' distribuzzjoni jew tas-sistema ta' trażmissjoni li magħhom ikun imqabbad in-netwerk tagħhom; |
(b) |
huma soġġetti għall-imposti xierqa tan-netwerk fil-punti tal-konnessjoni bejn in-netwerk tagħhom u n-netwerk tad-distribuzzjoni barra l-komunità tal-enerġija taċ-ċittadin u li tali imposti tan-netwerk jieħdu kont b'mod separat għall-elettriku trażmess lejn in-netwerk tad-distribuzzjoni kif ukoll l-elettriku kkunsmat min-netwerk tad-distribuzzjoni barra l-komunità tal-enerġija taċ-ċittadin f'konformità mal-Artikolu 59(7); |
(c) |
ma jiddiskriminawx jew jagħmlu ħsara lill-klijenti li jibqgħu konnessi mas-sistema tad-distribuzzjoni. |
Artikolu 17
Rispons għad-domanda permezz tal-aggregazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jippermettu u jrawmu l-parteċipazzjoni tar-rispons għad-domanda permezz tal-aggregazzjoni. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-klijenti finali, fosthom dawk li joffru r-rispons tad-domanda permezz tal-aggregazzjoni, li jieħdu sehem flimkien mal-produtturi b'mod mhux diskriminatorju fis-swieq tal-elettrikukollha.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni, huma u jiksbu servizzi anċillari, jittrattaw lill-parteċipanti tas-suq involuti fl-aggregazzjoni tar-rispons għad-domanda, b'mod mhux diskriminatorju flimkien mal-produtturi abbażi tal-kapaċitajiet tekniċi tagħhom.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas regolatorju rilevanti tagħhomikun fih tal-anqas l-elementi li ġejjin:
(a) |
id-dritt għal kull parteċipant tas-suq involut fl-aggregazzjoni, inkluż l-aggregaturi indipendenti, biex jidħol fis-swieq tal-elettriku mingħajr il-kunsens tal-parteċipanti l-oħra tas-suq; |
(b) |
regoli trasparenti u mhux diskriminatorji li jassenjaw b'mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet lill-intrapriżi u lill-klijenti tal-elettriku kollha; |
(c) |
regoli u proċeduri nondiskriminatorji u trasparenti għall-iskambju tad-data bejn il-parteċipanti tas-suq involuti fl-aggregazzjoni u intrapriżi tal-elettriku oħrajn li jiżguraw aċċess faċli għad-data f'termini ugwali u mhux diskriminatorji filwaqt li jipproteġu kompletament informazzjoni sensittiva kummerċjali u d-data personali tal-klijenti; |
(d) |
obbligu fuq il-parteċipanti tas-suq impenjati fl-aggregazzjoni li jkunu finanzjarjament responsabbli għall-iżbilanċi li joħolqu fis-sistema tal-elettriku; sa dan il-punt huma għandhom ikunu partijiet responsabbli għall-bilanċ jew għandhom jiddelegaw ir-responsabbiltà għall-ibbilanċjar tagħhom skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2019/943; |
(e) |
dispożizzjoni għall-klijenti finali li għandhom kuntratt ma' aggregaturi indipendenti li ma għandhomx ikunu soġġetti għal ħlasijiet, penali indebiti, jew xi restrizzjonijiet kuntrattwali indebita oħra mill-fornituri tagħhom; |
(f) |
mekkaniżmu għar-riżoluzzjoni ta' tilwim bejn il-parteċipanti tas-suq involuti fl-aggregazzjoni u parteċipanti tas-suq oħrajn, inkluża r-responsabbiltà għal żbilanċi. |
4. L-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-impriżi tal-elettriku jew il-klijenti finali parteċipanti jħallsu kumpens finanzjarju lil parteċipanti oħra fis-suq jew lill-partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar tal-parteċipanti fis-suq, jekk dawk il-parteċipanti fis-suq jew partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar huma direttament affettwati mill-attivazzjoni tar-rispons tad-domanda. Tali kumpens finanzjarju ma għandux joħolq ostakolu għad-dħul fis-suq għall-parteċipanti tas-suq involuti fl-aggregazzjoni jew ostaklu għall-flessibbiltà. F'tali każijiet, il-kumpens finanzjarju għandu jkun strettament limitat biex ikopri l-ispejjeż li jirriżultaw, imġarrba mill-fornituri tal-klijenti parteċipanti jew mill-partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar tal-fornituri matul l-attivazzjoni tar-rispons għad-domanda. Il-metodu ta' kalkolu għall-kumpens jista' jqis il-benefiċċji indotti mill-aggregaturi indipendenti lil parteċipanti oħra fis-suq u, fejn jagħmel dan, l-aggregaturi jew il-klijenti parteċipanti jistgħu jiġu mitluba jikkontribwixxu għal tali kumpens iżda biss jekk u sa fejn il-benefiċċji għall-fornituri kollha, għall-klijenti u għall-partijiet tagħhom responsabbli mill-bilanċ tagħhom ma jeċċedux l-ispejjeż diretti mġarrba. Il-metodu tal-kalkolu għandu jkun suġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali jew ta' awtorità kompetenti nazzjonali oħra.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji jew, fejn is-sistema legali nazzjonali tagħhom teżiġi hekk, l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni, li jaġixxu f'kooperazzjoni mill-qrib mal-parteċipanti tas-suq u l-klijenti finali, jistabbilixxu ir-rekwiżiti tekniċi tal-parteċipazzjoni fir-rispons tad-domanda fis-swieq tal-elettriku kollha abbażi tal-karatteristiċi tekniċi ta' dawk is-swieq u l-kapaċitajiet tar-rispons tad-domanda. Tali rekwiżiti għandhom ikopru parteċipazzjoni li tinvolvi tagħbijiet aggregati.
Artikolu 18
Kontijiet u informazzjoni dwar il-kontijiet
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontijiet u l-informazzjoni dwar il-kontijiet ikunu preċiżi, jinftiehmu faċilment, ċari, konċiżi, faċli għall-utent u ppreżentati b'mod li jiffaċilitaw it-tqabbil mill-klijenti finali. Fuq talba, il-klijenti finali għandhom jirċievu spjegazzjoni ċara u li tiftiehem ta' kif il-kont tagħhom ġie dderivat, speċjalment meta l-kontijiet ma jkunux ibbażati fuq il-konsum attwali.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali jirċievu l-kontijiet tagħhom u l-informazzjoni dwar il-kontijietmingħajr ħlas.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali jkunu offruti l-għażla ta' kontijiet elettroniċi u informazzjoni dwar il-kontijiet u jkunu offruti arranġamenti flessibbli għall-ħlas attwali tal-kontijiet.
4. Jekk il-kuntratt jipprovdi għal tibdil futur tal-prodott jew il-prezz jew roħs, dan għandu jkun indikat fuq il-kont flimkien mad-data meta t-tibdil iseħħ.
5. L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur meta jikkunsidraw tibdiliet fir-rekwiżiti għall-kontenut tal-kontijiet.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontijiet u l-informazzjoni dwar il-kontijiet jilħqu r-rekwiżiti minimi stipulati fl-Anness I.
Artikolu 19
Sistemi ta' kejl intelliġenti
1. Sabiex titħeġġeġ l-effiċjenza fl-enerġija u tingħata ċerta setgħa tal-klijenti finali, l-Istati Membri, jew meta l-Istat Membru jkollu dispożizzjonijiet għal dawn, l-awtorità regolatorja għandhom jirrakkomandaw b'mod qawwi li l-impriżi tal-elettriku u parteċipanti oħra fis-suq jottimizzaw l-użu tal-elettriku, inter alia billi jipprovdu servizzi ta' ġestjoni tal-enerġija, l-iżvilupp ta' formuli innovattivi ta' tariffi u jintroduċu sistemi ta' kejl intelliġenti li huma interoperabbli b'mod partikolari b'sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija tal-konsumaturi u bi grilji intelliġenti, skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-introduzzjoni fit-territorji tagħhom ta' sistemi ta' kejl intelliġenti li għandhom jappoġġjaw il-parteċipazzjoni attiva tal-klijenti fis-suq tal-elettriku. Tali introduzzjoni tista' tkun soġġetta għal valutazzjoni tal-kost-benefiċċji li għandha ssir skont il-prinċipji stipulati fl-Anness II.
3. L-Istati Membri li jissoktaw bl-introduzzjoni ta' sistemi ta' kejl intelliġenti għandhom jadottaw u jippubblikaw ir-rekwiżiti funzjonali minimi u tekniċi għas-sistemi ta' kejl intelliġenti li jkunux se jiġu introdotti fit-territorji tagħhom, skont l-Artikolu 20 u l-Anness II. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk is-sistemi ta' kejl intelliġenti jkunu interoperabbli u li jkunu kapaċi jipprovdu output għas-sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija tal-konsumaturi. F'dak ir-rigward, l-Istati Membri għandhom iqisu l-użu tal-istandards disponibbli rilevanti, inklużi dawk tal-interoperabbiltà, l-aqwa prattiki u l-importanza tal-iżvilupp ta' grilji intelliġenti u l-iżvilupp tas-suq intern għall-elettriku.
4. L-Istati Membri li jissoktaw bl-introduzzjoni ta' sistemi ta' kejl intelliġenti għandhom jiżguraw li l-klijenti finali jikkontribwixxu għall-ispejjeż assoċjati tal-introduzzjoni b'mod trasparenti u mhux diskriminatorju filwaqt li jieħdu kont tal-benefiċċji fit-tul għall-katina tal-provvista kollha kemm hi. L-Istati Membri, jew meta jkun ippreveda hekk Stat Membru, l-awtoritajiet kompetenti maħtura, għandhom jimmonitorjaw tali introduzzjoni regolarment fit-territorji tagħhom sabiex isegwut-twassil tal-benefiċċjigħall-konsumaturi.
5. Fejn l-introduzzjoni ta' sistemi ta' kejl intelliġenti tkun ġiet ivvalutata b'mod negattiv b'riżultat tal-valutazzjoni tal-kost-benefiċċji msemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li din il-valutazzjoni tiġi riveduta minn tal-inqas kull erba' snin, jew aktar ta' spiss, b'rispons għall-bidliet sinifikanti fis-suppożizzjonijiet sottostanti u b'rispons għall-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-riżultat tal-valutazzjoni aġġornata tagħhom tal-kost-benefiċċji malli dan isir disponibbli.
6. Id-dispożizzjonijiet f'din id-Direttiva dwar is-sistemi ta' kejl intelliġenti għandhom japplikaw għall-installazzjonijiet futuri u għall-installazzjonijiet li jissostitwixxi kejl intelliġenti eqdem. Is-sistemi ta' kejl intelliġenti li diġà huma installati, jew għalihom “il-bidu tax-xogħol” beda qabel l-4 ta' Lulju 2019, jistgħu jibqgħu jaħdmu tul il-ħajja tagħhom iżda, fil-każ ta' sistemi ta' kejl intelliġenti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 20 u l-Anness II, ma jibgħux jaħdmu wara l-5 ta' Lulju 2031.
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, “il-bidu tax-xogħol” tfisser jew il-bidu tax-xogħol ta' kostruzzjoni fuq l-investiment jew l-ewwel impenn vinkolanti biex jiġi ordnat tagħmir jew impenn ieħor li jagħmel l-investiment irriversibbli, skont liema jseħħ l-ewwel. Ix-xiri tal-art u xogħlijiet ta' preparazzjoni bħall-kisba ta' permessi u t-twettiq ta' studji preliminarji ta' fattibbiltà ma jitqisux bħala l-bidu tax-xogħol. Fir-rigward ta' “take-overs”, “il-bidu tax-xogħol” tfisser il-mument li fih jiġu akkwistati l-assi li jkunu konnessi direttament mal-istabbiliment akkwistat.
Artikolu 20
Funzjonalitajiet ta' sistemi ta' kejl intelliġenti
Fejn l-introduzzjoni ta' sistemi ta' kejl intelliġenti tkun ġiet ivvalutata b'mod pożittiv b'riżultat tal-valutazzjoni tal-kost-benefiċċji msemmija fl-Artikolu 19(2), jew fejn sistemi ta' kejl intelliġenti ikunu ġew introdotti b'mod sistematiku wara l-4 ta' Lulju 2019, l-Istati Membri għandhom jintroduċu sistemi ta' kejl intelliġenti f'konformità mal-istandards Ewropew, Anness II, u r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
is-sistemi ta' kejl intelliġenti għandhom ikejlu b'mod preċiż il-konsum reali tal-elettriku u għandhom ikunu kapaċi jipprovdu informazzjoni dwar il-ħin reali tal-użu lill-klijenti finali. Id-data storika tal-konsum ivvalidata għandha tkun disponibbli faċilment u b'mod sigur u tidher lill-klijenti finali fuq talba u mingħajr ħlas ulterjuri. Id-data tal-konsum f'ħin kważi reali mhux ivvalidata għandha wkoll issir disponibbli faċilment u b'mod sigur għall-klijenti finali mingħajr ħlas ulterjuri, permezz ta' interfaċċja standardizzata jew permezz ta' aċċess remot, bil-għan li jiġu sostnuti l-programmi awtomatizzati tal-effiċjenza tal-enerġija, tar-rispons tad-domanda u servizzi oħra; |
(b) |
is-sigurtà tas-sistemi ta' kejl intelliġenti u tal-komunikazzjoni tad-data għandha tikkonforma mar-regoli rilevanti dwar is-sigurtà tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-aqwa tekniki disponibbli biex jiġi żgurat l-ogħla livell possibbli ta' ħarsien taċ-ċibersigurtà waqt li jitqiesu l-ispejjeż u l-prinċipju ta' proporzjonalità; |
(c) |
il-protezzjoni tal-privatezza tal-klijenti finali u tad-data tagħhom għandha tikkonforma mar-regoli rilevanti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza; |
(d) |
l-operaturi tal-kejl għandhom jiżguraw li l-kejl tal-klijenti attivi li jgħaddu l-elettriku fil-grilja jistgħu ikejlu l-elettriku mgħoddi fil-grilja mill-proprjetà tal-klijenti attivi; |
(e) |
jekk il-klijenti finali jitolbu hekk, id-data dwar l-elettriku li għaddew fil-grilja u d-data dwar il-konsum tal-elettriku tagħhom għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom, skont l-atti ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 24, permezz ta' interfaċċja ta' komunikazzjoni standardizzata jew aċċess remot, jew għal parti terza li taġixxi f'isimhom, f'format li jinftiehem faċilment, biex ikunu jistgħu jqabblu offerti li fil-fatt ikunu paragunabbli; |
(f) |
il-klijenti finali għandhom jingħataw pariri u informazzjoni xierqa qabel jew fil-mument tal-installazzjoni ta' kejl intelliġenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-potenzjal sħiħ tagħhom fir-rigward tal-ġestjoni tal-qari tal-miter u l-monitoraġġ tal-konsum tal-enerġija, u dwar il-ġbir u l-ipproċessar tad-data personali f'konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data; |
(g) |
is-sistemi tal-kejl intelliġenti għandhom jippermettu li l-klijenti finali jkunu soġġetti għal kejl u tpaċija fl-istess riżoluzzjoni ta' ħin bħal tal-perjodu ta' saldu tal-iżbilanċ fis-suq nazzjonali. |
Għall-finijiet tal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu, għandu jkun possibbli li l-klijenti finali jaċċessaw d-data dwar il-kejl tagħhom jew li jittrażmettuha lil parti oħra mingħajr ebda ħlas addizzjonali u b'konformità mad-dritt tagħhom ta' portabbiltà tad-data skont ir-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.
Artikolu 21
Intitolament għal miter intelliġenti
1. Fejn l-introduzzjoni ta' sistemi ta' kejl intelliġenti tingħata valutazzjoni negattiva b'riżultat tal-valutazzjoni tal-kost-benefiċċji msemmija fl-Artikolu 19(2) u fejn sistemi ta' kejl ma jiġux introdotti b'mod sistematiku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull klijent finali jkun intitolat fuq talba, filwaqt li jġarrab l-ispejjeż assoċjati, għall-installazzjoni jew, fejn ikun il-każ, għat-titjib, b'kondizzjonijiet ġusti, raġonevoli u kosteffikaċi, ta' miter intelliġenti:
(a) |
meta jkun teknikament fattibbli, jkun mgħammar bil-funzjonalitajiet imsemmija fl-Artikolu 20, jew b'sett minimu ta' funzjonalitajiet li għandhom jiġu ddefiniti u ppubblikata mill-Istati Membri fuq livell nazzjonali u skont l-Anness II, |
(b) |
jkun interoperabbli u kapaċi jwassal il-konnettività mixtieqa tal-infrastruttura tal-kejl mas-sistemi għall-ġestjoni tal-enerġija tal-konsumaturi f'ħin kważi reali. |
2. Fil-kuntest ta' talba tal-klijent għal miter intelliġenti skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri jew, fejn l-Istat Membru jkun stipula hekk, l-awtoritajiet kompetenti maħtura, għandhom:
(a) |
jiżguraw li l-offerta lill-klijent finali li titlob l-installazzjoni ta' miter intelliġenti tgħid b'mod espliċitu u tiddeskrivi b'mod ċar:
|
(b) |
jiżguraw li jkun installat f'perjodu raġonevoli ta' żmien u mhux aktar tard minn erba' xhur wara t-talba tal-klijent; |
(c) |
b'mod regolari, u tal-anqas kull sentejn, jirrevedu u jippubblikaw l-ispejjeż assoċjati, u jsegwu l-evoluzzjoni tal-ispejjeż b'riżultat tal-iżviluppi teknoloġiċi u aġġornamenti potenzjali tas-sistema ta' kejl. |
Artikolu 22
Kejl konvenzjonali
1. Meta l-klijenti finali ma jkollhomx miter intelliġenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali jiġu pprovduti b'miters konvenzjonali individwali li jkejlu b'mod preċiż il-konsum reali tagħhom.
2. L-Istati membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali jkunu jistgħu jaqraw faċilment il-kejl konvenzjonali tagħhom, direttament jew indirettament permezz ta' interfaċċja online jew permezz ta' interfaċċja xierqa oħra.
Artikolu 23
Ġestjoni tad-data
1. Huma u jistabbilixxu r-regoli dwar il-ġestjoni u l-iskambju tad-data, l-Istati Membri, jew meta l-Istat Membru jkun ippreveda hekk, l-awtoritajiet kompetenti maħtura għandhom jispeċifikaw ir-regoli dwar l-aċċess għad-data tal-klijent finali min-naħa ta' partijiet eleġibbli skont dan l-Artikolu u l-qafas ġuridiku applikabbli tal-Unjoni. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, id-data għandha tinftiehem li tinkludi data dwar il-kejl u l-konsum kif ukoll data meħtieġa biex il-klijenti jibdlu fornitur, rispons tad-domanda u servizzi oħra.
2. L-Istati Membri għandhom jorganizzaw il-ġestjoni tad-data sabiex jiżguraw aċċess u skambju effiċjenti u sigur tad-data, kif ukoll protezzjoni tad-data u sigurtà tad-data.
Indipendentement mid-data fil-mudell ta' ġestjoni tad-data applikata f'kull Stat Membru, il-partijiet responsabbli għall-ġestjoni tad-data għandhomjipprovdu aċċess għad-data tal-klijent finali lil kwalunkwe parti eliġibbli skont il-paragrafu 1. Il-partijiet eliġibbli għandu jkollhom id-data rikjesta għad-dispożizzjoni tagħhom b'mod mhux diskriminatorju u simultanjament. L-aċċess għad-data għandu jkun faċli u l-proċeduri rilevanti sabiex jinkiseb aċċess għad-data għandhom ikunu pubblikament disponibbli.
3. Ir-regoli dwar l-aċċess għad-data u l-ħżin tad-data għall-finijiet ta' din id-Direttiva għandhom jikkonformaw mal-liġi rilevanti tal-Unjoni.
L-ipproċessar tad-data personali fi ħdan il-qafas ta' din id-Direttiva għandu jsir skont ir-Regolament (UE) 2016/679.
4. L-Istati Membri, jew meta l-Istat Membru jkun stipula hekk, l-awtoritajiet kompetenti deżinjati, għandhom jawtorizzaw u jiċċertifikaw jew, fejn applikabbli, jissorveljaw il-partijiet responsabbli għall-ġestjoni tad-data, biex jiżguraw li dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.
Mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-uffiċjali tal-protezzjoni tad-data skont ir-Regolament (UE) 2016/679, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jesiġu li l-partijiet responsabbli għall-ġestjoni tad-data jaħtru uffiċjali ta' konformità li għandhom ikunu responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda minn dawk il-partijiet biex jiżguraw aċċess mhux diskriminatorju għad-data u l-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.
L-Istati Membri jistgħu jaħtru uffiċjali jew il-korpi tal-konformità msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 35(2) ta' din id-Direttiva sabiex jissodisfaw l-obbligi taħt dan il-paragrafu.
5. Il-klijenti finali m'għandhom jintalbu l-ebda ħlas addizzjonali għall-aċċess għad-data tagħhom jew għal talba biex id-data tagħhom issir disponibbli.
L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-istabbiliment tal-ispejjeż rilevanti għall-aċċess għad-data mill-partijiet eliġibbli.
L-Istati Membri, jew meta jkun ippreveda hekk Stat Membru, l-awtoritajiet kompetenti maħtura, għandhom jiżguraw li kwalunkwe spejjeż imposti minn entitajiet regolati li jipprovdu servizzi tad-data jkunu raġonevoli u debitament iġġustifikati.
Artikolu 24
Rekwiżiti ta' interoperabbiltà u proċeduri għall-aċċess għad-data
1. Bil-għan li tiġi promossa l-kompetizzjoni fis-suq tal-konsumaturi u biex jiġu evitati spejjeż amministrattivi eċċessivi, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-interoperabbiltà sħiħa tas-servizzi tal-enerġija fl-Unjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, rekwiżiti ta' interoperabbiltà u proċeduri nondiskriminatorji u trasparenti għall-aċċess għad-data msemmija fl-Artikolu 23(1). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 68(2).
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-elettriku japplikaw ir-rekwiżiti u l-proċeduri ta' interoperabbiltà għall-aċċess għad-data msemmija fil-paragrafi 2. Dawk ir-rekwiżiti u proċeduri għandhom ikunu bbażati fuq prattiki nazzjonali eżistenti.
Artikolu 25
Punti singoli ta' kuntatt
L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni ta' punti singoli ta' kuntatt, sabiex jipprovdu lill-klijenti bl-informazzjoni kollha meħtieġa dwar id-drittijiet tagħhom, il-liġi applikabbli u l-mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni ta' tilwim li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom f'każ ta' tilwima. Tali punti ta' kuntatt singoli jistgħu jkunu parti minn punti ta' informazzjoni ġenerali għall-konsumatur.
Artikolu 26
Dritt għar-riżoluzzjoni barra l-qorti ta' tilwim
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali jkollhom aċċess għal l-mekkaniżmi barra l-qorti li jkunu sempliċi, ġusti, trasparenti, indipendenti, effikaċi u effiċjenti għar-riżoluzzjoni ta' tilwim fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti skont din id-Direttiva, permezz ta' mekkaniżmu indipendenti bħall-ombudsman tal-enerġija jew korp tal-konsumaturi, jew permezz ta' awtorità regolatorja. Meta klijent finali huwa konsumatur skont it-tifsira tad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23), tali mekkaniżmi barra l-qorti għar-riżoluzzjoni ta' tilwim għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-kwalità tad-Direttiva 2013/11/UE u għandhom jipprovdu, fejn meħtieġ, għal sistemi ta' rifużjoni u kumpens.
2. Fejn meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tar-riżoluzzjoni alternattiva ta' tilwim jikkooperaw biex jipprovdu mekkaniżmi barra l-qorti li jkunu sempliċi, ġusti, trasparenti, indipendenti, effikaċi u effiċjenti għar-riżoluzzjoni ta' tilwim, għal kwalunkwe tilwima li tinqala' minn prodotti jew servizzi li huma magħquda ma' kwalunkwe prodott jew servizz li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
3. Il-parteċipazzjoni tal-impriżi tal-elettriku f'mekkaniżmi barra l-qorti għar-riżoluzzjoni ta' tilwim għal klijenti domestiċi għandha tkun obbligatorja sakemm l-Istat Membru ma jurix lill-Kummissjoni li mekkaniżmi oħra huma ugwalment effettivi.
Artikolu 27
Servizz universali
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti domestiċi kollha, u, fejn l-Istati Membri jqisu adatt, l-impriżi ż-żgħar, ikunu jgawdu servizzi universali, jiġifieri d-dritt li jkunu fornuti b'elettriku ta' kwalità speċifikata fit-territorju tagħhom bi prezzijiet kompetittivi, kumparabbli faċilment u b'mod ċar, trasparenti u nondiskriminatorji. Biex ikun żgurat il-forniment ta' servizz universali, l-Istati Membri jistgħu jaħtru fornitur bħala l-aħħar għażla tagħhom. L-Istati Membri għandhom jimponu fuq l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni l-obbligu li jgħaqqdu lill-klijenti man-netwerk tagħhom skont it-termini, kondizzjonijiet u tariffi li jkunu stabbiliti konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 59(7). Din id-Direttiva ma xxekkilx lill-Istati Membri milli jsaħħu l-pożizzjoni tas-suq tal-klijenti domestiċi u klijenti mhux domestiċi żgħar u ta' daqs medju billi jippromwovu l-possibilitajiet għall-aggregazzjoni volontarja tar-rappreżentanza għal dik il-klassi ta' klijenti.
2. Il-paragrafu 1 għandu jiġi implimentat b'mod trasparenti u non-diskriminatorju u ma għandux ifixkel l-għażla ħielsa tal-fornitur prevista fl-Artikolu 4.
Artikolu 28
Klijenti vulnerabbli
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jipproteġu lill-klijenti finali, u għandhom jiżguraw, b'mod partikolari, li jkun hemm salvagwardji adegwati biex jipproteġu lill-klijenti vulnerabbli. F'dan il-kuntest, kull Stat Membru għandu jiddefinixxi il-kunċett ta' klijenti vulnerabbli li jista' jirreferi għall-faqar enerġetiku u, fost l-oħrajn, għall-projbizzjoni tal-iskonnessjoni ta' dawn il-klijenti fi żminijiet kritiċi. Il-kunċett ta' klijenti vulnerabbli jista' jinkludi livelli ta' dħul, is-sehem ta' nfiq ta' enerġija tad-dħul disponibbli, l-effiċjenza fl-enerġija tad-djar, id-dipendenza kritika fuq tagħmir elettriku għal raġunijiet ta' saħħa, età jew kriterji oħra. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet u l-obbligi marbutin mal-klijenti vulnerabbli jiġu applikati. B'mod partikolari, għandhom jieħdu miżuri biex jipproteġu lill-klijenti f'żoni remoti. Dawn għandhom jiżguraw livelli għolja ta' protezzjoni tal-konsumatur, partikolarment fejn jikkonċerna t-trasparenza dwar termini u kondizzjonijiet kuntrattwali, informazzjoni ġenerali, u mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni ta' tilwim.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa, bħalma humali jingħataw benefiċċji permezz tas-sistemi ta' sigurtà soċjali tagħhom biex tiġi żgurata l-provvista neċessarja lill-klijenti vulnerabbli jew tal-appoġġ għat-titjib fuq l-effiċjenza fl-enerġija, biex tindirizza l-faqar enerġetiku meta jiġi identifikat skont il-punt (d) tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2018/1999, inkluż fil-kuntest iktar wiesgħa tal-faqar. Tali miżuri m'għandhomx ifixklu l-ftuħ effettiv tas-suq spjegat fl-Artikolu 4 u l-iffunzjonar tas-suq u għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni, fejn dan ikun rilevanti, skont l-Artikolu 9(4). Tali notifiki jistgħu jinkludu wkoll miżuri li ttieħdu fi ħdan is-sistema ġenerali ta' sigurtà soċjali.
Artikolu 29
Faqar enerġetiku
Meta jiġi vvalutat l-għadd ta' unitajiet domestiċi f'qagħda ta' faqar enerġetiku skont il-punt (d) tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2018/1999, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw sett ta' kriterji li jistgħu jinkludu dħul baxx, nefqa għolja tal-introjtu disponibbli fuq l-enerġija u effiċjenza enerġetika baxxa.
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida dwar id-definizzjoni ta' “għadd sinifikanti ta' unitajiet domestiċi f'faqar enerġetiku” f'dan il-kuntest u fil-kuntest tal-Artikolu 5(5), billi titlaq mill-premessa li kwalunkwe proporzjon tal-unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku jista' jitqies bħala wieħed sinifikanti.
KAPITOLU IV
IT-TĦADDIM TAS-SISTEMA TAD-DISTRIBUZZJONI
Artikolu 30
Il-ħatra tal-operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni
L-Istati Membri għandhom jaħtru jew għandhom jesiġu minn impriżi li jkunu proprjetarji jew responsabbli ta' sistemi ta' distribuzzjoni li jaħtru, wieħed jew iktar operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għal perjodu ta' żmien li għandu jiġi determinat mill-Istati Membri, wara li dawn ikunu kkunsidraw l-effiċjenza u l-bilanċ ekonomiku.
Artikolu 31
Il-kompiti ta' operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni
1. L-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni għandu jkun responsabbli li jiżgura l-kapaċità fuq perjodu ta' żmien twil tas-sistema biex tlaħħaq ma' domanda raġjonevoli għad-distribuzzjoni tal-elettriku, għall-operazzjoni, il-manutenzjoni u l-iżvilupp taħt kondizzjonijiet ekonomiċi ta' sistema ta' distribuzzjoni tal-elettriku li tkun tajba, ta' min jafdaha u effiċjenti, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam l-ambjent u l-effiċjenza enerġetika.
2. Fi kwalunkwe każ, l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni ma għandux jiddiskrimina bejn utenti tas-sistema jew bejn klassijiet ta' utenti tas-sistema, partikolarment favur l-impriżi relatati tiegħu.
3. L-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni għandu jipprovdi lill-utenti tas-sistema bl-informazzjoni li dawn ikunu jeħtieġu għall-aċċess effiċjenti għal, inkluż l-użu, tas-sistema.
4. Stat Membru jista' jeżiġi li l-operatur ta' sistema ta' distribuzzjoni, fid-dispaċċ ta' installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni, jagħti prijorità lil installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw sorsi rinnovabbli jew li jużaw il-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2019/943.
5. Kull operatur ta' sistema ta' distribuzzjoni għandu jaġixxi bħala faċilitatur tas-suq newtrali fl-akkwist tal-enerġija li juża biex ikopri t-telf fl-enerġijafis-sistema tiegħu skont proċeduri trasparenti, mhux diskriminatorji u bbażati fuq is-suq, fejn dan ikollu tali funzjoni.
6. Fejn operatur ta' sistema ta' distribuzzjoni jkun responsabbli għall-akkwist ta' prodotti u servizzi meħtieġa għat-tħaddim effiċjenti, affidabbli u sigur tas-sistema ta' distribuzzjoni, ir-regoli adottati mill-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni għal dak l-għan għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti, nondiskriminatorji, u għandhom jiġu żviluppati b'koordinazzjoni mal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u parteċipanti oħra rilevanti tas-suq. It-termini u l-kondizzjonijiet, inklużi regoli u tariffi fejn dawn ikunu applikabbli, għall-forniment ta' tali prodotti u servizzi lill-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni għandhom jiġu stabbiliti konformement mal-Artikolu 59(7) b'mod nondiskriminatorju u li jirrifletti l-ispejjeż u għandhom jiġu ppubblikati.
7. Fit-twettiq tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 6, l-operatur ta' sistema ta' distribuzzjoni għandu jakkwista s-servizzi anċillari mhux tal-frekwenza meħtieġa għas-sistema tiegħu skont proċeduri trasparenti, nondiskriminatorji u bbażati fuq is-suq, sakemm l-awtorità regolatorja ma tkunx qieset li l-forniment ibbażat fuq is-suq ta' servizzi anċillari mhux tal-frekwenza huwa ekonomikament mhux effiċjenti u tkun tat deroga. L-obbligu li jiġu akkwistati servizzi anċillari mhux tal-frekwenza ma japplikax għal komponenti integrati għalkollox tan-netwerk.
8. L-akkwist tal-prodotti u servizzi msemmija fil-paragrafu 6 għandu jiżgura l-parteċipazzjoni effettiva tal-parteċipanti kollha tas-suq, inkluż parteċipanti tas-suq li joffru enerġija minn sorsi rinnovabbli, parteċipanti tas-suq impenjati fir-rispons tad-domanda, operaturi tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija u parteċipanti fis-suq involuti fl-aggregazzjoni, b'mod partikolari billi l-awtoritajiet regolatorji u l-operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-parteċipanti kollha fis-suq, kif ukoll operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni, ikunu meħtieġa jistabbilixxu rekwiżiti tekniċi għall-parteċipazzjoni f'dawk is-swieq abbażi tal-karatteristiċi tekniċi ta' dawk is-swieq u l-kapaċitajiet tal-parteċipanti kollha fis-suq.
9. L-operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni għandhom jikkooperaw mal-operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni għall-parteċipazzjoni effettiva tal-parteċipanti fis-suq konnessi mal-grilja tagħhom fis-swieq bl-imnut, bl-ingrossa u ta' bbilanċjar. Il-forniment ta' servizzi ta' bbilanċjar li jirriżultaw minn riżorsi li jinsabu fis-sistema ta' distribuzzjoni għandu jiġi maqbul mal-operatur rilevanti tas-sistema ta' trażmissjoni f'konformità mal-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2019/943 u l-Artikolu 182 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1485 (24).
10. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti maħtura tagħhom jistgħu jippermettu lill-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni jwettqu attivitajiet għajr dawk previsti f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) 2019/943, fejn dawn l-attivitajiet huma meħtieġa biex l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) 2019/943 dment li l-awtorità regolatorja tkun ivvalutat il-ħtieġa ta' tali deroga. Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni li jkunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, netwerks li mhumiex netwerks tal-elettriku fejn l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti maħtura jkunu taw tali dritt.
Artikolu 32
Inċentivi għall-użu ta' flessibbiltà fin-netwerks ta' distribuzzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-qafas regolatorju meħtieġ biex jippermettu u jipprovdu inċentivi lill-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni sabiex jakkwistaw servizzi ta' flessibbiltà, inkluż ġestjoni ta' konġestjoni fl-oqsma tagħhom, biex itejbu l-effiċjenzi tagħhom fit-tħaddim u l-iżvilupp tas-sistema ta' distribuzzjoni. B'mod partikolari, il-qafas regolatorju għandu jiżgura li l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni jistgħu jakkwistaw tali servizzi mill-fornituri tal-ġenerazzjoni distribwita, ir-rispons tad-domanda jew il-ħżin tal-enerġija u għandu jippromwovi l-adozzjoni ta' miżuri tal-effiċjenza tal-enerġija, meta tali servizzi jtaffu b'mod kost-effiċjenti l-ħtieġa li l-kapaċità tal-elettriku tiġi aġġornata jew sostitwita u jappoġġaw it-tħaddim effiċjenti u sikur tas-sistema ta' distribuzzjoni. L-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom jakkwistaw tali servizzi skont proċeduri trasparenti, mhux diskriminatorji u bbażati fuq is-suq sakemm l-awtoritajiet regolatorji ma jkunux stabbilixxew li l-akkwist ta' tali servizzi mhuwiex ekonomikament effiċjenti jew li tali akkwist iwassal għal distorsjonijiet serji fis-suq jew għal konġestjoni ogħla.
2. L-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, soġġetti għal approvazzjoni mill-awtorità regolatorja, jew mill-awtorità regolatorja nnifisha, għandhom, fi proċess trasparenti u parteċipatorju li jinkludi l-utenti kollha tas-sistema rilevanti u l-operaturi kollha tas-sistema ta' trażmissjoni, jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet għas-servizzi ta' flessibbiltà akkwistati u, fejn xieraq, il-prodotti tas-suq standardizzati għal tali servizzi tal-anqas fil-livell nazzjonali. L-ispeċifikazzjonijiet għandhom jiżguraw il-parteċipazzjoni effettiva u nondiskriminatorja għall-parteċipanti kollha fis-suq, inkluż parteċipanti tas-suq li joffru enerġija minn sorsi rinnovabbli, parteċipanti tas-suq impenjati fir-rispons għad-domanda, operaturi tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija u l-parteċipanti fis-suq involuti fl-aggregazzjoni. L-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa u għandhom jikkoordinaw mal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni sabiex jiżguraw l-aqwa utilizzazzjoni tar-riżorsi, sabiex jiżguraw it-tħaddim sikur u effiċjenti tas-sistema u sabiex jiffaċilitaw l-iżvilupp tas-suq. L-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni għandhom jitħallsu kif xieraq għall-akkwist ta' servizzi bħal dawn biex tippermettilhom jirkupraw tal-anqas l-ispejjeż korrispondenti raġonevoli tagħhom, inkluż l-ispejjeż meħtieġa għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u l-ispejjeż tal-infrastruttura.
3. L-iżvilupp ta' sistemi ta' distribuzzjoni għandu jkun ibbażat fuq pjan ta' żvilupp tan-netwerk trasparenti, li għandu jiġi ppubblikat mill-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni kull sentejn u għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità regolatorja. Il-pjan ta' żvilupp tan-netwerk għandu jipprovdi trasparenza fuq is-servizzi meħtieġa ta' flessibbiltà fuq terminu ta' żmien medju u fit-tul, u għandu jistabbilixxi l-investimenti ppjanati għall-ħames sa għaxar snin sussegwenti, b'enfasi partikolari fuq l-infrastruttura tad-distribuzzjoni ewlenija li tkun meħtieġa għall-konnessjoni tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni ġdida kif ukoll it-tagħbijiet ġodda, inkluż il-punti ta' ċċarġjar ġodda għall-vetturi elettriċi. Il-pjan ta' żvilupp tan-netwerk għandu jinkludi wkoll l-użu tar-rispons tad-domanda, l-effiċjenza tal-enerġija, il-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija jew riżorsi oħra li l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni għandu juża bħala alternattiva għall-espansjoni tas-sistema.
4. L-operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni għandhom jikkonsultaw l-utenti rilevanti kollha tas-sistemi u lill-operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni rilevanti dwar il-pjan ta' żvilupp tan-netwerk. L-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni għandhom jippubblikaw ir-riżultati tal-proċess ta' konsultazzjoni flimkien mal-pjan ta' żvilupp tan-netwerk, u jippreżentaw ir-riżultati tal-konsultazzjoni u l-pjan tal-iżvilupp tan-netwerk lill-awtorità regolatorja. L-awtorità regolatorja tista' titlob emendi għall-pjan.
5. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-obbligu msemmi fil-paragrafu 3 għall-impriżi integrati tal-elettriku li jaqdu inqas minn 100 000 klijent konness jew li jaqdu sistemi iżolati żgħar.
Artikolu 33
Integrazzjoni tal-elettromobbiltà fin-netwerk tal-elettriku
1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (25), l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-qafas regolatorju meħtieġ biex jiffaċilitaw il-konnessjoni ta' punti ta' ċċarġjar pubblikament aċċessibbli u privati man-netwerks ta' distribuzzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni jikkooperaw fuq bażi mhux diskriminatorja ma' kwalunkwe impriża li tkun is-sid ta', tiżviluppa, topera jew tamministra, punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi, inkluż fir-rigward ta' konnessjoni mal-grilja.
2. L-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni ma għandhomx ikunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi, bl-eċċezzjoni ta' operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni li jkunu s-sidien ta' punti ta' ċċarġjar privati unikament għall-użu tagħhom stess.
3. B'deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni jkunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi, dment li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfatti:
(a) |
partijiet oħra, wara proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja, li hija soġġetta għal rieżami u approvazzjoni mill-awtorità regolatorja, ma jkunux ingħataw id-dritt li jkunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi, jew ma jkunux jistgħu joffru dawk is-servizzi bi spejjeż raġonevoli u fil-ħin. |
(b) |
l-awtorità regolatorja wettqet reviżjoni ex-ante tal-kondizzjonijiet tal-proċedura ta' sejħa għall-offerti skont il-punt (a) u tat l-approvazzjoni tagħha; |
(c) |
l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni jopera l-punti tal-iċċarġjar abbażi tal-aċċess għal partijiet terzi skont l-Artikolu 6 u ma jiddiskriminax bejn utenti tas-sistema jew bejn klassijiet ta' utenti tas-sistema, u b'mod partikolari favur l-impriżi relatati tiegħu. |
L-awtorità regolatora tista' tfassal linji gwida jew klawżoli ta' akkwist biex tgħin lill-operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni jiżguraw proċedura ta' sejħa għall-offerti ġusta.
4. Fejn l-Istati Membri jkunu implimentaw il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti maħtura tagħhom, għandhom minn żmien għal żmien, fuq bażi regolari, jew tal-anqas kull ħames snin, iwettqu konsultazzjoni pubblika biex jerġgħu jivvalutaw l-interess potenzjali ta' partijiet oħra sabiex ikunu s-sidien ta', jiżviluppaw, joperaw jew jamministraw, punti ta' ċċarġjar għall-vetturi elettriċi. Fejn il-konsultazzjoni pubblika tindika li partijiet oħrajn huma kapaċi ikunu s-sidien ta', jiżviluppaw, joperaw jew jamministraw, tali punti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tal-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni f'dan ir-rigward jitwaqqfu gradwalment, soġġett għall-ikkompletar b'suċċess tal-proċedura ta' sejħa għall-offerti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3. Bħala parti mill-kondizzjonijiet ta' dik il-proċedura, l-awtoritajiet regolatorji jistgħu jippermettu lill-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni li jirkupra l-valur residwu tal-investiment tiegħu fl-infrastruttura tal-iċċarġjar.
Artikolu 34
Il-kompiti tal-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni fil-ġestjoni tad-data
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet eliġibbli kollha jkollhom aċċess mhux diskriminatorju għad-data skont termini ċari u ugwali, f'konformità mar-regoli rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data. Fi Stati Membri fejn is-sistemi ta' kejl intelliġenti jkunu ġew introdotti skont l-Artikolu 19 u fejn l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni jkunu involuti fil-ġestjoni tad-data, il-programmi ta' konformità kif stabbilit fil-punt (d) tal-Artikolu 35(2) għandhom jinkludu miżuri speċifiċi sabiex l-aċċess diskriminatorju għad-data mill-partijiet eliġibbli jiġi eskluż skont l-Artikolu 23. Meta l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni ma jkunux soġġetti għall-Artikolu 35(1), (2) jew (3), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-impriżi integrati vertikalment ma jkollhomx aċċess privileġġjat għad-data għat-twettiq tal-attivitajiet ta' provvista tagħhom.
Artikolu 35
Is-separazzjoni tal-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni
1. Meta l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni jkun parti minn impriża integrata vertikalment, huwa għandu jkun indipendenti minn attivitajiet oħra mhux relatati mad-distribuzzjoni mill-anqas f'termini tal-forma legali tiegħu, l-organizzazzjoni tiegħu u t-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu. Dawn ir-regoli ma għandhomx joħolqu obbligu ta' separazzjoni tas-sjieda tal-assi tal-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni mill-impriża integrata vertikalment.
2. Addizzjonalment għar-rekwiżiti tal-paragrafu 1, meta l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni huwa parti minn impriża integrata vertikalment, huwa għandu jkun indipendenti minn attivitajiet oħra mhux relatati mad-distribuzzjoni f'termini tal-organizzazzjoni tiegħu u t-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu. Sabiex jintlaħaq dan, għandhom japplikaw l-kriterji minimi li ġejjin:
(a) |
il-persuni responsabbli mill-amministrazzjoni tal-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni ma jistgħux jieħdu sehem fi strutturi tal-kumpanija tal-impriża tal-elettriku integrata responsabbli, direttament jew indirettament, għall-operazzjoni ta' kuljum tal-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni u l-provvista tal-elettriku; |
(b) |
għandhom jittieħdu miżuri adatti biex ikun żgurat li jittieħed kont, b'mod li jkun żgurat li huma kapaċi jaġixxu indipendentement, tal-interessi professjonali tal-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni; |
(c) |
l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni għandu jkollu drittijiet deċiżjonali effettivi, li jkunu indipendenti mill-impriża tal-elettriku integrata, fir-rigward tal-assi meħtieġa biex iħaddem, iżomm jew jiżviluppa n-netwerk. Sabiex jitwettqu dawk il-kompiti, l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu r-riżorsi meħtieġa, inklużi dawk umani, tekniċi, fiżiċi u finanzjarji. Dan ma għandux jipprevjeni l-eżistenza ta' mekkaniżmi ta' koordinazzjoni adatti biex jiġi żgurat li d-drittijiet ta' superviżjoni ekonomika u amministrattiva tal-kumpanija ewlenija fir-rigward tal-qligħ mill-assi, regolati indirettament f'konformità mal-Artikolu 59(7), f'sussidjarja jiġu protetti. B'mod partikolari, dan għandu jippermetti lill-kumpanija ewlenija tapprova l-pjan finanzjarju annwali, jew kwalunkwe strument ekwivalenti, tal-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni u tistabbilixxi limiti globali fuq il-livelli ta' dejn tas-sussidjarja tagħha. Dan ma għandux jippermetti l-kumpanija ewlenija biex tagħti istruzzjonijiet dwar l-operazzjoni ta' kuljum, u lanqas dwar deċiżjonijiet individwali dwar il-bini jew l-immodernizzar tal-linji ta' distribuzzjoni, li ma jkunux jaqbżu t-termini tal-pjan finanzjarju approvat, jew kwalunkwe strument ekwivalenti; u |
(d) |
l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni għandu jistabbilixxi programm ta' konformità, li jistabbilixxi miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat li tkun eskluża mġiba diskriminatorja, u jiżgura li l-osservanza tiegħu tkun adegwatament sorveljata. Il-programm ta' konformità għandu jistabbilixxi l-obbligi speċifiċi tal-impjegati li jilħqu dawn l-għanijiet. Rapport annwali, li jistabbilixxi l-miżuri meħuda, għandu jiġi ppreżentat mill-persuna jew l-entità responsabbli għas-sorveljanza tal-programm ta' konformità, l-uffiċjal għall-konformità tal-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni, lill-awtorità regolatorja msemmija fl-Artikolu 57(1) u għandu jiġi ppubblikat. L-uffiċjal għall-konformità tal-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni għandu jkun kompletament indipendenti u għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha neċessarja dwar l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni u dwar kwalunkwe impriża affiljata sabiex iwettaq il-kompitu tiegħu. |
3. Meta l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni jifforma parti minn impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tal-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni jiġu ssorveljat minn awtoritajiet regolatorji jew minn korpi oħra kompetenti, sabiex ma jkunx jista' japprofitta ruħu mill-integrazzjoni vertikali tiegħu biex ixekkel il-kompetizzjoni. B'mod partikolari, operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni integrati vertikalment ma għandhomx, fil-komunikazzjonijiet u l-l-użu tal-marka (branding) tagħhom, joħolqu konfużjoni fir-rigward tal-identità separata tal-fergħa tal-forniment tal-impriża integrata vertikalment.
4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafi 1, 2 u 3 għal impriżi tal-elettriku integrati li jkunu jservu anqas minn 100 000 klijent konness, jew li jkunu jservu sistemi iżolati żgħar.
Artikolu 36
Sjieda tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija minn operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni
1. L-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni m'għandhomx ikunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija.
2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jħallu lill-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni jkunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija, fejn huma jkunu komponenti tan-netwerk integrati għalkollox, dment li l-awtorità regolatorja tkun tat l-approvazzjoni tagħha jew, jew fejn ikunu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
partijiet oħra, wara proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja li hija soġġetta għal rieżami u approvazzjoni mill-awtorità regolatorja ma jkunux ingħataw id-dritt li jkunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, tali faċilitajiet jew ma jkunux jistgħu joffru dawk is-servizzi bi spejjeż raġonevoli u fil-ħin; |
(b) |
tali faċilitajiet huma meħtieġa biex l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva għat-tħaddim effiċjenti, affidabbli u sikur tas-sistema ta' distribuzzjoni u l-faċilitajiet ma jintużawx biex jinxtara jew jinbiegħ l-elettriku fis-swieq tal-elettriku; u |
(c) |
l-awtorità regolatorja tkun ivvalutat in-neċessità ta' deroga bħal din, u tkun wettqet valutazzjoni tal-proċedura ta' sejħa għall-offerti, inkluż il-kondizzjonijiet ta' dik il-proċedura ta' sejħa għall-offerti, u tat l-approvazzjoni tagħha. |
L-awtorità regolatorja tista' tfassal linji gwida jew klawżoli ta' akkwist biex jgħinu lill-operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni jiżguraw proċedura ta' sejħa għall-offerti ġusta;
3. L-awtoritajiet regolatorji għandhom iwettqu, f'intervalli regolari jew għall-inqas kull ħames snin, konsultazzjoni pubblika dwar il-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija eżistenti sabiex jivvalutaw id-disponibbiltà u l-interess potenzjali fl-investiment ta' tali faċilitajiet. Meta l-konsultazzjoni pubblika, kif ivvalutata mill-awtorità regolatorja, tindika li partijiet terzi jistgħu ikunu s-sidien ta', jiżviluppaw, joperaw jew jamministraw, tali faċilitajiet b'mod kosteffikaċi, l-awtorità regolatorja għandha tiżgura li l-attivitajiet tal-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni f'dan ir-rigward jitwaqqfu gradwalment fi żmien 18-il xahar. Bħala parti mill-kondizzjonijiet ta' dik il-proċedura, l-awtoritajiet regolatorji jistgħu jippermettu lill-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni li jirċievu kumpens raġonevoli, b'mod partikolari biex jirkupraw il-valur residwu tal-investiment tagħhom fil-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija.
4. Il-paragrafu 3 ma għandux japplika la għal komponenti tan-netwerk li huma kompletament integrati u lanqas għall-perjodu tipiku ta' deprezzament tal-faċilitajiet ġodda għall-ħżin tal-batteriji b'deċiżjoni finali dwar l-investiment sal-4 ta' Lulju 2019, dment li tali faċilitajiet għall-ħżin tal-batteriji huma:
(a) |
konnessi mal-grilja l-aktar tard sa sentejn wara dan; |
(b) |
integrati fis-sistema ta' distribuzzjoni; |
(c) |
jintużaw biss għar-restawr reattiv immedjat tas-sigurtà tan-netwerk f'każ ta' fallimenti fin-netwerk fejn tali miżura ta' restawr tibda immedjatament u jintemm meta l-varar mill-ġdid regolari jkun jista' jsolvi l-kwistjoni; u |
(d) |
ma jintużawx biex jinxtara jew jinbiegħ l-elettriku fis-swieq tal-elettriku, inkluż l-ibbilanċjar. |
Artikolu 37
L-obbligu tal-kunfidenzjalità għall-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 55 jew rekwiżit legali ieħor biex tiġi żvelata informazzjoni, l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni għandu jżomm il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva miksuba waqt it-twettiq tan-negozju tiegħu, u għandu jipprevjeni informazzjoni dwar l-attivitajiet tiegħu stess li tista' tkun kummerċjalment vantaġġuża milli tiġi żvelata b'mod diskriminatorju.
Artikolu 38
Sistemi ta' distribuzzjoni magħluqa
1. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li awtoritajiet regolatorji jew awtoritajiet kompetenti oħra jikklassifikaw sistema li tqassam l-elettriku fi ħdan sit ġeografikament imwarrab, li jkun industrijali, kummerċjali jew maqsum, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, ma jipprovdix klijenti fi djar bħala sistema ta' distribuzzjoni magħluqa jekk:
(a) |
għal raġunijiet tekniċi jew ta' sigurtà speċifiċi, l-operazzjonijiet jew il-proċess ta' produzzjoni tal-utenti ta' dik is-sistema jkunu integrati; jew |
(b) |
dik is-sistema tqassam l-elettriku l-ewwelnett lill-proprjetarju jew lill-operatur tas-sistema jew lill-impriżi relatati tagħhom. |
2. Is-sistemi ta' distribuzzjoni magħluqa għandhom jitqiesu bħala sistemi ta' distribuzzjoni għall-finijiet ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li awtoritajiet regolatorji jeżentaw lill-operatur ta' sistema ta' distribuzzjoni magħluqa minn:
(a) |
l-obbligu tal-Artikolu 31(5) u (7) li jakkwista l-enerġija li huwa juża biex ikopri t-telf tal-enerġija u is-servizzi anċillari mhux tal-frekwenza fis-sistema tiegħu skont proċeduri trasparenti, mhux diskriminatorji u bbażati fuq is-suq; |
(b) |
l-obbligu fl-Artikolu 6(1) li tariffi jew metodoloġiji li fuqhom huwa bbażat il-kalkolu tagħhom jiġu approvati skont l-Artikolu 59(1) qabel id-dħul fis-seħħ; |
(c) |
ir-rekwiżiti taħt l-Artikolu 32(1) għall-akkwist ta' servizzi ta' flessibbiltà u taħt l-Artikolu 32(3) għall-iżvilupp tas-sistemi tal-operaturi abbażi ta' pjanijiet ta' żvilupp tan-netwerks; |
(d) |
ir-rekwiżit taħt l-Artikolu 33(2) li ma jkunx is-sid ta', lanqas jiżviluppa, jew jamministra jew jopera, punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi; u |
(e) |
ir-rekwiżit taħt l-Artikolu 36(1) li ma jkunx is-sid ta', lanqas jiżviluppa, jew jamministra jew jopera, faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija. |
3. Meta ssir eżenzjoni hekk kif imsemmi f'paragrafu 2, it-tariffi applikabbli, jew il-metodoloġiji li fuqhom huwa bbażat il-kalkolu tagħhom, għandhom jiġu riveduti u approvati f'konformità mal-Artikolu 59(1) meta ssir talba għal dan minn utent tas-sistema ta' distribuzzjoni magħluqa.
4. L-użu inċidentali minn numru żgħir ta' djar b'assoċjazzjonijiet ta' impjieg jew simili mal-proprjetarju tas-sistema ta' distribuzzjoni u li jinsabu fiż-żona servita mis-sistema ta' distribuzzjoni magħluqa m'għandux jipprekludi eżenzjoni fl-ambitu tal-paragrafu 2 l-għoti ta' dawn l-eżenzjonijiet.
Artikolu 39
Operatur ikkombinat
L-Artikolu 35(1) ma għandux jipprevjeni l-operazzjoni ta' operatur ta' sistema tat-trażmissjoni u sistema ta' distribuzzjoni kombinati, sakemm l-operatur jikkonforma mal-Artikolu 43(1), l-Artikoli 44 u 45, jew it-Taqsima 3 tal-Kapitolu VI, jew sakemm l-operatur jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 66(3).
KAPITOLU V
REGOLI ĠENERALI APPLIKABBLI GĦAL OPERATURI TA' SISTEMI TAT-TRAŻMISSJONI
Artikolu 40
Il-kompiti tal-operaturi ta' sistemi tat-trażmissjoni
1. Kull operatur ta' sistema tat-trażmissjoni għandu jkun responsabbli biex:
(a) |
jiżgura l-kapaċità fit-tul tas-sistema li tlaħħaq ma' domandi raġonevoli għat-trażmissjoni tal-elettriku, l-operazzjoni, il-manutenzjoni u l-iżvilupp taħt kondizzjonijiet ekonomiċi sistemi ta' trażmissjoni siguri, affidabbli u effiċjenti b'kont dovut għall-ambjent, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u operaturi ta' sistemi tad-distribuzzjoni ġirien; |
(b) |
jiżgura l-mezzi adegwati biex jissodisfa l-obbligi tiegħu; |
(c) |
jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista permezz ta' kapaċità ta' trażmissjoni adegwata u affidabbiltà tas-sistema; |
(d) |
jamministra l-flussi ta' enerġija fuq is-sistema, b'kont meħud ta' skambji ma' sistemi interkonnessi oħra. Għal dak il-għan, l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jkun responsabbli biex jiżgura sistema tal-elettriku sigura, affidabbli u effiċjenti u, f'dak il-kuntest, biex jiżgura d-disponibbiltà tas-servizzi anċillari kollha neċessarji, inklużi dawk provduti minn faċilitajiet ta' rispons tad-domanda u ħżin tal-enerġija, kemm-il darba din id-disponibbiltà tkun waħda indipendenti minn sistemi tat-trażmissjoni oħrajn li magħhom is-sistema tiegħu tkun interkonnessa; |
(e) |
jipprovdi lill-operatur ta' sistemi oħra li magħhom is-sistema tiegħu tkun interkonnessa, informazzjoni biżżejjed biex jiżgura l-operazzjoni sigura u effiċjenti, l-iżvilupp koordinat u l-interoperabilità tas-sistema interkonnessa; |
(f) |
jiżgura li ma jkunx hemm diskriminazzjoni bejn l-utenti tas-sistema jew bejn klassijiet ta' utenti tas-sistema, b'mod partikolari favur l-impriżi relatati tiegħu; |
(g) |
jipprovdi lill-utenti ta' sistema bl-informazzjoni li jeħtieġu għal aċċess effiċjenti għas-sistema; |
(h) |
il-ġbir ta' kirjiet u pagamenti ta' konġestjoni skont il-mekkaniżmu ta' kumpens tal-operatur tas-sistema ta' inter-trażmissjoni, skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2019/943, li jagħti u jimmaniġġja l-aċċess għall-partijiet terzi u l-għoti ta' spjegazzjonijiet raġunati meta dan l-aċċess ikun miċħud, li għandu jkun immonitorjat mill-awtoritajiet regolatorji; meta jwettqu d-dmirijiet tagħhom skont dan l-Artikolu, l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni għandhom jiffaċilitaw primarjament l-integrazzjoni tas-suq; |
(i) |
jakkwista servizzi anċillari biex tiġi żgurata s-sigurtà operazzjonali; |
(j) |
jadotta qafas għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali; |
(k) |
jipparteċipa fl-istabbiliment tal-valutazzjonijiet Ewropej u nazzjonali tal-adegwatezza tar-riżorsi skont il-Kapitolu IV tar-Regolament (EU) 2019/943; |
(l) |
id-diġitalizzazzjoni tas-sistemi ta' trażmissjoni; |
(m) |
il-ġestjoni tad-data, inkluż l-iżvilupp ta' sistemi ta' ġestjoni tad-data, is-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-data, soġġett għar-regoli applikabbli, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenza ta' awtoritajiet oħra. |
2. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li waħda jew diversi responsabbiltajiet elenkati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jiġu assenjati lil operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għajr dak li jkun is-sid tas-sistema tat-trażmissjoni li kieku għaliha jkunu applikabbli r-responsabbiltajiet ikkonċernati. L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni li l-kompiti huma assenjati lilu għandu jkun ċertifikat taħt is-separazzjoni tas-sjieda, l-operatur indipendenti tas-sistema jew il-mudell tal-operatur indipendenti tas-sistema ta' trażmissjoni, u jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 43, iżda m'għandux ikun meħtieġ ikun is-sid tas-sistema tat-trażmissjoni li għaliha huwa jkun responsabbli.
L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni li jkun is-sid tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu VI u għandu jkun ċertifikat f'konformità mal-Artikolu 43. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni li huma ċċertifikati bħala s-sjieda separata, l-operaturi indipendenti ta' sistema jew il-mudell tal-operatur indipendenti tas-sistema ta' trażmissjoni li jiddelegaw fuq inizjattiva tagħhom stess u taħt is-superviżjoni tagħhom ċerti kompiti lil operaturi oħra ta' sistemi ta' trażmissjoni li huma ċertifikati taħt is-separazzjoni tas-sjieda, l-operaturi indipendenti ta' sistema jew il-mudell tal-operatur indipendenti tas-sistema ta' trażmissjoni meta dik id-delega ta' kompiti ma tipperikolax id-drittijiet deċiżjonali effettivi u indipendenti tal-operatur ta' sistema ta' trażmissjoni li jkun qiegħed jiddelega.
3. Fit-twettiq tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 1, l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni għandom iqisu r-rakkomandazzjonijiet maħruġa miċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali.
4. Fit-twettiq tal-kompitu imsemmija fil-punt (i) tal-paragrafu 1, l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni għandhom jakkwistaw servizzi ta' bbilanċjar soġġett għal dan li ġej:
(a) |
proċeduri trasparenti, mhux diskriminatorju u bbażat fis-suq; |
(b) |
il-parteċipazzjoni tal-impriżi tal-elettriku kwalifikati u l-parteċipanti kollha fis-suq, inkluż il-parteċipanti tas-suq li joffru enerġija mis-sorsi rinnovabbli, parteċipanti tas-suq impenjati fir-rispons għad-domanda, operaturi tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija u l-parteċipanti fis-suq involuti fl-aggregazzjoni. |
Għall-iskop tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet regolatorji u operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-parteċipanti kollha fis-suq, jistabbilixxu rekwiżiti tekniċi għall-parteċipazzjoni f'dawk is-swieq abbażi tal-karatteristiċi tekniċi ta' dawk is-swieq.
5. Il-paragrafu 4 għandu japplika għad-dispożizzjoni tas-servizzi anċillari mhux tal-frekwenza minn operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni, sakemm l-awtorità regolatorja ma tkunx qieset li l-forniment ibbażat fuq is-suq ta' servizzi anċillari mhux tal-frekwenza huwa ekonomikament mhux effiċjenti u tkun tat deroga. B'mod partikolari, il-qafas regolatorju għandu jiżgura li l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni jistgħu jakkwistaw tali servizzi mill-fornituri tar-rispons tad-domanda jew mill-ħżin tal-enerġija u għandu jippromwovi t-teħid ta' miżuri tal-effiċjenza enerġetika, meta tali servizzi jnaqqsu b'mod kost-effiċjenti l-ħtieġa li l-kapaċità tal-elettriku tiġi aġġornata jew sostitwita u jappoġġaw it-tħaddim effiċjenti u sikur tas-sistema ta' trażmissjoni.
6. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, soġġetti għal approvazzjoni tal-awtorità regolatorja, jew mill-awtorità regolatorja nnifisha, għandhom, permezz ta' proċess trasparenti u parteċipatorju li jinkludi lill-utenti kollha rilevanti tas-sistema u l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet għas-servizzi anċillari mhux frekwenti miksuba u, fejn xieraq, il-prodotti tas-suq standardizzati għal dawn is-servizzi, tal-inqas fil-livell nazzjonali. L-ispeċifikazzjonijiet għandhom jiżguraw il-parteċipazzjoni effettiva u nondiskriminatorja għall-parteċipanti kollha fis-suq, inkluż parteċipanti fis-suq li joffru enerġija mis-sorsi rinnovabbli, parteċipanti tas-suq impenjati fir-rispons għad-domanda, operaturi tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija u l-parteċipanti fis-suq involuti fl-aggregazzjoni. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa u għandhom jikkoordinaw mal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni sabiex jiżguraw l-aqwa utilizzazzjoni tar-riżorsi, sabiex jiżguraw it-tħaddim sikur u effiċjenti tas-sistema u sabiex jiffaċilitaw l-iżvilupp tas-suq. L-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni għandhom jitħallsu kif xieraq għall-akkwist ta' servizzi bħal dawn biex ikunu jistgħu jirkupraw tal-anqas l-ispejjeż korrispondenti raġonevoli, inkluż l-ispejjeż meħtieġa għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u l-ispejjeż tal-infrastruttura.
7. L-obbligu li jiġu akkwistati servizzi anċillari mhux tal-frekwenza msemmi fil-paragrafu 5 ma japplikax għal komponenti integrati għalkollox tan-netwerk.
8. L-Istati Membri, jew l-awtoritajiet kompetenti maħtura tagħhom, jistgħu jippermettu lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jwettqu attivitajiet minbarra dawk stipulati f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) 2019/943 fejn dawn l-attivitajiet ikunu meħtieġa għall-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom fl-ambitu ta' din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) 2019/943, dment li l-awtorità regolatorja tkun ivvalutat il-ħtieġa ta' tali deroga. Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni li jkunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, netwerks oħra minbarra netwerks tal-elettriku fejn l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti maħtura tkun tat tali dritt.
Artikolu 41
Rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u t-trasparenza għall-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u sidien tas-sistemi ta' trażmissjoni
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 55 jew dmir legali ieħor biex tiġi żvelata informazzjoni, l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u kull proprjetarju ta' sistema tat-trażmissjoni għandhom iżommu l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva miksuba waqt it-twettiq tan-negozju tagħhom, u għandhom jipprevjenu li informazzjoni dwar l-attivitajiet tagħhom stess li tista' tkun kummerċjalment vantaġġuża tiġi żvelata b'mod diskriminatorju. B'mod partikolari, huma m'għandhomx jiżvelaw informazzjoni kummerċjalment sensittiva lill-partijiet l-oħra tal-impriża, sakemm tali żvelar ma jkunx neċessarju għat-twettiq ta' tranżazzjoni kummerċjali. Sabiex tkun żgurata l-osservanza sħiħa tar-regoli dwar is-separazzjoni tal-informazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni ma jużax servizzi konġunti, bħal servizz legali konġunt, apparti funzjonijiet purament amministrattivi jew tal-IT.
2. L-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni ma għandhomx, fil-kuntest ta' bejgħ jew ta' xiri tal-elettriku minn impriżi relatati, jużaw b'mod skorrett informazzjoni kummerċjalment sensittiva miksuba minn partijiet terzi fil-kuntest tal-għoti jew tan-negozjar tal-aċċess għas-sistema.
3. L-informazzjoni neċessarja għal kompetizzjoni effettiva u għal tħaddim effiċjenti tas-suq għandha tkun ippubblikata. Dak l-obbligu għandu jitwettaq mingħajr preġudizzju għall-preservazzjoni tal-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva.
Artikolu 42
Setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet rigward il-konnessjoni ta' installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni ġdida u faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija mas-sistema tat-trażmissjoni
1. L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jistabbilixxi u jippubblika proċeduri trasparenti u effiċjenti għall-konnessjoni nondiskriminatorja ta' installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni ġdida u faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija mas-sistema tat-trażmissjoni. Dawk il-proċeduri għandhom ikunu soġġetti għal approvazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji.
2. L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni ma għandux ikun intitolat li jirrifjuta l-konnessjoni ta' installazzjoni ta' ġenerazzjoni ġdida jew faċilità tal-ħżin tal-enerġija għal raġunijiet ta' limitazzjonijiet possibbli futuri fil-kapaċitajiet tan-netwerk disponibbli, bħal konġestjoni f'partijiet 'il bogħod tas-sistema tat-trażmissjoni. L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa.
L-ewwel subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni jillimitaw il-kapaċità ta' konnessjoni garantita jew li joffru konnessjonijiet soġġett għal-limitazzjonijiet operazzjonali, biex tiġi żgurata effiċjenza ekonomika fir-rigward ta' installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni ġodda jew faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija ġodda, dment li tali limitazzjonijiet ġew approvati mill-awtorità regolatorja. L-awtorità regolatorja għandha tiżgura li kwalunkwe limitazzjoni f'kapaċità ta' konnessjoni garantita jew limitazzjoni operazzjonali għandha tkun introdotta abbażi ta' proċeduri trasparenti u nondiskriminatorji u ma joħolqux ostakli bla bżonn għad-dħul fis-suq. Meta l-installazzjoni ta' ġenerazzjoni jew il-faċilità ta' ħżin tal-enerġija jġarrbu l-ispejjeż relatati mal-iżgurar ta' konnessjoni bla limitu, ma għandha tapplika l-ebda limitazzjoni.
3. L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni ma għandux ikun intitolat li jirrifjuta punt ġdid għal raġunijiet ta' aktar spejjeż bħala riżultat taż-żieda neċessarja ta' kapaċità tal-elementi tas-sistema fil-qrib tal-punt tal-konnessjoni.
KAPITOLU VI
SEPARAZZJONI TAL-OPERATURI TAS-SISTEMI TAT-TRAŻMISSJONI
Artikolu 43
Separazzjoni tas-sjieda tas-sistemi ta' trażmissjoni u tal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) |
kull impriża li tkun proprjetarja ta' sistema tat-trażmissjoni tagħha taġixxi bħala operatur tas-sistema tat-trażmissjoni; |
(b) |
l-istess persuna jew persuni mhumiex intitolati:
|
(c) |
l-istess persuna jew persuni mhumiex intitolati jaħtru membri tal-bord ta' sorveljanza, tal-bord amministrattiv jew ta' korpi li legalment jirrappreżentaw l-impriża, ta' operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jew tas-sistema tat-trażmissjoni, u li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll jew jeżerċitaw kwalunkwe dritt fuq impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew ta' provvista; u |
(d) |
l-istess persuna mhix intitolata tkun membru tal-bord ta' sorveljanza, tal-bord amministrattiv jew ta' korpi li legalment jirrappreżentaw l-impriża, kemm ta' impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew ta' provvista u operatur ta' sistema tat-trażmissjoni jew ta' sistema tat-trażmissjoni. |
2. Id-drittijiet imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 għandhom jinkludu, b'mod partikolari:
(a) |
is-setgħa tal-eżerċizzju tad-drittijiet ta' votazzjoni; |
(b) |
is-setgħa għall-ħatra tal-membri tal-bord superviżorju, tal-bord amministrattiv jew tal-entitajiet li jirrappreżentaw l-impriżi b'mod legali; jew |
(c) |
iż-żamma ta' sehem ta' maġġoranza. |
3. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, in-nozzjoni ta' “impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew provvista” għandha tinkludi “impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' produzzjoni u provvista” fis-sens tad-Direttiva 2009/73/KE, u t-termini “operatur ta' sistema tat-trażmissjoni” u “sistema tat-trażmissjoni” għandhom jinkludu “operatur ta' sistema tat-trażmissjoni” u “sistema tat-trażmissjoni” fis-sens ta' dik id-Direttiva.
4. L-obbligu stipulat fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jitqies sodisfatt f'sitwazzjoni fejn żewġ impriżi jew aktar li jkunu l-proprjetarji ta' sistemi ta' trażmissjoni joħolqu impriża konġunta li taġixxi ta' operatur tas-sistema tat-trażmissjoni f'żewġ Stati Membri jew aktar għas-sistemi ta' trażmissjoni kkonċernati. L-ebda impriża oħra ma tista' tkun parti minn din l-impriża konġunta, sakemm ma tkunx ġiet approvata taħt l-Artikolu 44 bħala operatur indipendenti tas-sistema jew bħala operatur indipendenti tat-trażmissjoni għall-finijiet tat-Taqsima 3.
5. Għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, fejn il-persuna msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1 hija l-Istat Membru jew entità pubblika oħra, żewġ entitajiet pubbliċi separati li jeżerċitaw kontroll, minn naħa waħda, fuq operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jew fuq sistema tat-trażmissjoni u, min-naħa l-oħra, fuq impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew provvista, għandhom jitqiesu bħala l-istess persuna jew l-istess persuni.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li la l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva msemmija fl-Artikolu 41 miżmuma minn operatur tas-sistema tat-trażmissjoni li kienet tagħmel parti minn impriża integrata vertikalment u lanqas il-persunal ta' tali operatur tas-sistema tat-trażmissjoni ma jiġu trasferiti lil impriżi li jwettqu kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni u ta' provvista.
7. Fejn, fit-3 ta' Settembru 2009, is-sistema tat-trażmissjoni tkun il-proprjetà ta' impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu 1.
F'tali każ, l-Istati Membri konċernati għandhom jew:
(a) |
jaħtru operatur tas-sistema indipendenti taħt l-Artikolu 44; jew |
(b) |
jikkonformaw mat-Taqsima 3. |
8. Fejn, fit-3 ta' Settembru 2009, is-sistema tat-trażmissjoni tkun il-proprjetà ta' impriża integrata vertikalment u hemm arranġamenti fil-post li jiggarantixxu aktar indipendenza effettiva tal-operatur ta' sistema tat-trażmissjoni mit-Taqsima 3, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu 1.
9. Qabel ma impriża tkun approvata u maħtura bħala operatur tas-sistema tat-trażmissjoni skont il-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu, hija għandha tkun ċertifikata konformement mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 52(4), (5) u (6) ta' din id-Direttiva u fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2019/943, skont liema l-Kummissjoni għandha tivverifika li l-arranġamenti fis-seħħ jiggarantixxu b'mod ċar iżjed l-indipendenza effettiva tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni milli t-Taqsima 3 ta' dan il-Kapitolu.
10. Impriżi integrati vertikalment li huma proprjetarji ta' sistema tat-trażmissjoni fl-ebda każ ma għandhom jiġu mċaħħda milli jieħdu passi biex jikkonformaw mal-paragrafu 1.
11. L-impriżi li jwettqu kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew provvista ma għandhom fl-ebda każ ikunu jistgħu jieħdu kontroll ta' jew jeżerċitaw direttament jew indirettament kwalunkwe dritt fuq operaturi ta' sistema tat-trażmissjoni li ġiet separata fl-Istati Membri li japplikaw il-paragrafu 1.
Artikolu 44
Operatur ta' sistema indipendenti
1. Fejn is-sistema tat-trażmissjoni tkun il-proprjetà ta' impriża integrata vertikalment fit-3 ta' Settembru 2009, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Artikolu 43(1) u jaħtru operatur ta' sistema indipendenti fuq proposta mill-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni. Din il-ħatra għandha tkun suġġetta għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni.
2. L-Istat Membru jista' japprova u jaħtar biss operatur ta' sistema indipendenti, dment li:
(a) |
l-operatur kandidat wera li jikkonforma mar-rekwiżiti msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 43(1); |
(b) |
l-operatur kandidat ikun wera li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu r-riżorsi finanzjarji, tekniċi, fiżiċi u umani meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu taħt l-Artikolu 40; |
(c) |
l-operatur kandidat ikun intrabat li jikkonforma ma' pjan, għall-operatur indipendenti tas-sistema, ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-network b'sorveljanza mill-awtorità regolatorja; |
(d) |
il-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni jkun wera l-abbiltà tiegħu li jikkonforma mal-obbligi tiegħu konformement mal-paragrafu 5. Għal dak l-għan, għandu jipprovdi abbozz tal-arranġamenti kuntrattwali kollha mal-operatur kandidat u ma' kwalunkwe entità oħra rilevanti; u |
(e) |
l-operatur kandidat wera l-abilità tiegħu li jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont ir-Regolament (UE) 2019/943, inklużi l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fil-livell Ewropew u reġjonali. |
3. L-impriżi li jkunu ġew ċertifikati mill-awtorità regolatorja bħala konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 53 u tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu approvati u maħtura bħala operaturi tas-sistema indipendenti mill-Istati Membri. Għandha tkun applikabbli l-proċedura ta' ċertifikazzjoni fl-Artikolu 52 ta' din id-Direttiva u fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2019/943 jew fl-Artikolu 53 ta' din id-Direttiva.
4. Kull operatur ta' sistema indipendenti għandu jkun responsabbli mill-għoti u mill-amministrazzjoni tal-aċċess minn terzi, inkluż il-ġbir ta' tariffi tal-aċċess, kirjiet għall-konġestjoni, u ħlasijiet konformement mal-mekkaniżmu ta' kumpens għal operatur tas-sistema ta' inter-trażmissjoni skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2019/943, kif ukoll għall-operat, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistema ta' trażmissjoni, u għall-iżgurar tal-kapaċità għaż-żmien fit-tul tas-sistema biex tiltaqa' ma' domanda raġonevoli permezz ta' ppjanar tal-investimenti. Fl-iżvilupp tas-sistema tat-trażmissjoni, l-operatur tas-sistema indipendenti għandu jkun responsabbli għall-ippjanar (inkluża l-proċedura tal-awtorizzazzjoni), il-bini, u l-kuntrattar tal-infrastruttura l-ġdida. Għal dan il-għan, l-operatur ta' sistema indipendenti għandu jaġixxi bħala operatur tas-sistema tat-trażmissjoni f'konformità ma' din it-Taqsima. Il-proprjetarji tas-sistema tat-trażmissjoni ma għandhomx ikunu responsabbli għall-approvazzjoni u l-ġestjoni ta' aċċess mill-partijiet terzi, u lanqas għall-ippjanar tal-investiment.
5. Meta jinħatar operatur ta' sistema indipendenti, il-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni għandu:
(a) |
jipprovdi l-kooperazzjoni u l-appoġġ kollha rilevanti lill-operatur tas-sistema indipendenti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, inkluż b'mod partikolari t-tagħrif kollu rilevanti; |
(b) |
jiffinanzja l-investimenti deċiżi mill-operatur tas-sistema indipendenti u approvati mill-awtorità regolatorja, jew jaċċetta li jiġu ffinanzjati minn kwalunkwe parti interessata, inkluż l-operatur tas-sistema indipendenti. L-arranġamenti finanzjarji rilevanti għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja. Qabel din l-approvazzjoni, l-Awtorità Regolatorja għandha tikkonsulta l-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni flimkien ma' partijiet interessati oħra; |
(c) |
tipprovdi għall-kopertura tar-responsabbiltà li tikkonċerna l-assi tan-netwerk, eskluża r-responsabbiltà marbuta mal-kompiti tal-operatur tas-sistema indipendenti; u |
(d) |
tipprovdi garanziji biex jiġi ffaċilitat il-finanzjament ta' kwalunkwe espansjonijiet tan-netwerk bl-eċċezzjoni ta' dawk l-investimenti fejn, konformement mal-punt (b), jkun ta l-approvazzjoni tiegħu għal finanzjament minn kwalunkwe parti interessata, inkluż l-operatur tas-sistema indipendenti. |
6. F'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità regolatorja, l-awtorità nazzjonali rilevanti fuq il-kompetizzjoni għandha tingħata s-setgħat kollha rilevanti sabiex tissorvelja b'mod effikaċi il-konformità tal-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni mal-obbligi tiegħu konformement mal-paragrafu 5.
Artikolu 45
Separazzjoni tal-proprjetarji ta' sistemi ta' trażmissjoni
1. Proprjetarju ta' sistema tat-trażmissjoni, fejn operatur ta' sistema indipendenti jkun inħatar, li jkun parti minn impriżi integrati vertikalment, għandu jkun indipendenti, għall-anqas f'termini tal-forma ġuridika tiegħu, fl-organizzazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu, minn attivitajiet oħrajn li ma jkunux relatati mat-trażmissjoni.
2. Sabiex tiġi aċċertata l-indipendenza tal-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw l-kriterji minimi li ġejjin:
(a) |
il-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni ma għandhomx jieħdu sehem fl-istrutturi tal-kumpaniji tal-impriża integrata tal-elettriku li hija responsabbli, direttament jew indirettament, għall-operat ta' kuljum tal-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista tal-elettriku; |
(b) |
għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi aċċertat li l-interessi professjonali tal-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni jitqiesu b'mod li jiżgura li huma kapaċi li jaġixxu b'mod indipendenti; u |
(c) |
il-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jfassal programm ta' konformità, li jistabbilixxi l-miżuri meħuda biex ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda kondotta diskriminatorja, u biex ikun żgurat li l-ħarsien ta' dan il-programm ikun issorveljat b'mod adatt. Il-programm ta' konformità għandu jistabbilixxi l-obbligi speċifiċi tal-impjegati li jilħqu dawk l-għanijiet. Rapport ta' kull sena, li jindika l-miżuri li jkunu ttieħdu, għandu jingħata mill-persuna jew korp responsabbli għas-sorveljanza tal-programm ta' konformità lill-awtorità regolatorja u għandu jiġi ppubblikat. |
Artikolu 46
L-assi, it-tagħmir, il-persunal u l-identità
1. L-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni għandhom ikunu mgħammra bir-riżorsi umani, tekniċi, fiżiċi u finanzjarji kollha biex jaqdu l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva u jwettqu l-attività ta' trażmissjoni tal-elettriku, partikolarment:
(a) |
assi li huma meħtieġa għall-attività ta' trażmissjoni tal-elettriku, inkluża s-sistema tat-trażmissjoni, għandhom ikunu l-proprjetà ta' operatur tas-sistema tat-trażmissjoni; |
(b) |
persunal, meħtieġ għall-attività ta' trażmissjoni tal-elettriku, inkluż il-prestazzjoni tal-kompiti korporattivi, għandu jiġi impjegat mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni; |
(c) |
il-leasing ta' persunal u l-għoti ta' servizzi, lil u minn kwalunkwe parti oħra tal-impriża integrata vertikalment għandha tiġi pprojbita. Madankollu dan ma għandux jipprevjeni l-operatur ta' sistema tat-trażmissjoni milli jagħti servizzi lill-impriża integrata vertikalment, dment li:
|
(d) |
mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-Korp ta' Sorveljanza taħt l-Artikolu 49, riżorsi finanzjarji xierqa għal proġetti futuri ta' investiment u/jew għas-sostituzzjoni ta' assi eżistenti għandhom ikunu disponibbli għall-operatur ta' sistema tat-trażmissjoni fiż-żmien dovut mill-impriża integrata vertikalment wara talba adatta mill-operatur ta' sistema tat-trażmissjoni. |
2. L-attività tat-trażmissjoni tal-elettriku għandha għall-anqas tinkludi l-kompiti li ġejjin flimkien ma' dawk elenkati fl-Artikolu 40:
(a) |
rappreżentanza tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u kuntatti lil partijiet terzi u l-awtoritajiet regolatorji; |
(b) |
rappreżentanza tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni fl-“ENTSO għall-Elettriku”; |
(c) |
l-għoti u l-ġestjoni ta' aċċess ta' parti terza fuq bażi non-diskriminatorja bejn utenti tas-sistema jew klassijiet ta' utenti tas-sistema; |
(d) |
il-ġbir tal-ispejjeż kollha relatati mas-sistema tat-trażmissjoni inkluż l-ispejjeż ta' aċċess, enerġija għal telf u imposti għal servizzi anċillari; |
(e) |
l-operazzjoni, il-manutenzjoni u l-iżvilupp ta' sistema tat-trażmissjoni sigura, effiċjenti u ekonomika; |
(f) |
ippjanar ta' investiment li jiżgura l-abilità fuq perjodu ta' żmien fit-tul biex jilħaq domanda raġonevoli u jiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista; |
(g) |
l-istabbiliment ta' impriżi konġunti xierqa, inkluż ma' operatur tas-sistema tat-trażmissjoni wieħed jew aktar, skambji ta' enerġija, u l-atturi l-oħra rilevanti bil-għan tal-iżvilupp tal-ħolqien tas-swieq reġjonali jew jiġi ffaċilitat il-proċess ta' liberalizzazzjoni; u |
(h) |
is-servizzi korporattivi kollha, inklużi s-servizzi legali, il-kontabilità u s-servizzi tal-IT. |
3. L-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni għandhom ikunu organizzati f'forma legali kif imsemmija fl-Anness 1 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26).
4. L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni ma għandux joħloq, fl-identità korporattiva, komunikazzjonijiet, użu tal-marka (branding) u leasing tiegħu, konfużjoni fir-rigward tal-identità separata tal-impriża integrata vertikalment jew kwalunkwe parti tagħha.
5. L-operatur ta' sistema tat-trażmissjoni ma għandux jikkondividi sistemi jew tagħmir tal-IT, bini fiżiku u sistemi ta' aċċess tas-sigurtà ma' kwalunkwe parti tal-impriża integrata vertikalment u lanqas juża l-istess konsulenti jew kuntratturi esterni għal sistemi jew tagħmir tal-IT, u sistemi ta' aċċess tas-sigurtà.
6. Il-kontijiet tal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni għandhom jiġu vverifikati minn awditur li ma huwiex dak li jivverifika l-impriża integrata vertikalment jew xi parti minnha.
Artikolu 47
Indipendenza tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni
1. Mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-Korp ta' Sorveljanza taħt l-Artikolu 49, l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jkollu:
(a) |
drittijiet deċiżjonali effettivi, li jkunu indipendenti mill-impriża tal-elettriku integrata, fir-rigward tal-assi meħtieġa biex iħaddem, iżomm jew jiżviluppa s-sistema tat-trażmissjoni; u |
(b) |
is-setgħa li jsib fondi fis-suq kapitali b'mod partikolari billi jissellef u permezz ta' żieda kapitali. |
2. L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu, f'kull waqt, jaġixxi sabiex jiżgura li għandu r-riżorsi li jeħtieġ biex iwettaq ix-xogħol ta' trażmissjoni b'mod tajjeb u effiċjenti u jiżviluppa u jżomm is-sistema tat-trażmissjoni effiċjenti, sigura u ekonomika.
3. Is-sussidjarji tal-impriża integrata vertikalment li jwettqu funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew provvista ma għandu jkollhom ebda sehem dirett jew indirett fl-ishma fl-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni. L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni ma għandu jkollu l-ebda sehem dirett jew indirett fl-ishma ta' xi sussidjarja tal-impriża integrata vertikalment li twettaq funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew provvista, u lanqas jirċievi dividendi jew benefiċċji finanzjarji oħra min dik is-sussidjarja.
4. L-istruttura ġenerali tal-ġestjoni u l-istatuti korporattivi tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandhom jiżguraw l-indipendenza effettiva tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni konformement ma' din it-Taqsima. L-impriża integrata vertikalment ma għandiex tiddetermina direttament jew indirettament il-kondotta kompetittiva tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni fir-rigward tal-attivitajiet ta' kuljum tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u l-ġestjoni tan-netwerk, jew fir-rigward tal-attivitajiet meħtieġa għat-tħejjija tal-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk żviluppat taħt l-Artikolu 51.
5. Fit-twettiq tal-ħidmiet tagħhom fl-Artikolu 40 u l-Artikolu 46(2) ta' din id-Direttiva, u f'konformità mal-obbligi stipulati fl-Artikoli 16, 18, 19 u 50 tar-Regolament (UE) 2019/943, l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni m'għandhomx jiddiskriminaw kontra persuni differenti jew entitajiet u ma għandhomx jirrestrinġu, jgħawwġu jew iċaħħdu l-kompetizzjoni fil-ġenerazzjoni jew fil-forniment.
6. Kull relazzjoni kummerċjali u finanzjarja bejn l-impriża integrata vertikalment u l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni, inkluż is-self mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni lill-impriża integrata vertikalment, għandha tkun konformi mal-kondizzjonijiet tas-suq. L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jżomm rekords dettaljati ta' dawn ir-relazzjonijiet kummerċjali u finanzjarji u jagħmilhom disponibbli lill-awtorità regolatorja hekk kif issirlu t-talba.
7. L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jippreżenta għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja l-ftehimiet kollha kummerċjali u finanzjarji mal-impriża integrata vertikalment.
8. L-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jinforma lill-awtorità regolatorja bir-riżorsi finanzjarji, imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 46(1), disponibbli għal proġetti futuri ta' investiment u/jew għas-sostituzzjoni ta' assi eżistenti.
9. L-impriża integrata vertikalment għandha tastjeni minn kull azzjoni li timpedixxi jew tippreġudika l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu f'dan il-Kapitolu u ma għandhiex tesiġi li l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jitlob il-permess minn impriża integrata vertikalment fit-twettiq ta' dawk l-obbligi.
10. Impriża li tkun ġiet ċertifikata mill-awtorità regolatorja bħala konformi mar-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu għandha tkun approvata u nnominata bħala operatur tas-sistema tat-trażmissjoni mill-Istat Membru kkonċernat. Għandha tapplika l-proċedura ta' ċertifikazzjoni fl-Artikolu 52 ta' din id-Direttiva u fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2019/943 jew fl-Artikolu 53 ta' din id-Direttiva.
Artikolu 48
Indipendenza tal-persunal u ġestjoni tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni
1. Id-deċiżjonijiet fir-rigward ħatriet u tiġdid, kondizzjonijiet ta' xogħol inkluża r-remunerazzjoni u t-terminazzjoni tal-kariga tal-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew membri tal-korpi amministrattivi tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandhom jittieħdu mill-Korp ta' Sorveljanza tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni maħtur f'konformità mal-Artikolu 49.
2. L-identità u l-kondizzjonijiet li jirregolaw it-terminu, it-tul ta' żmien u t-terminazzjoni L-identità u l-kondizzjonijiet li jiggvernaw il-mandat, id-dewmien u t-tmiem tal-persuni nnominati mill-Korp Superviżorju għal ħatra jew tiġdid bħala persuni responsabbli mill-ġestjoni eżekuttiva u/jew bħala membri tal-korpi amministrattivi tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni, u r-raġunijiet għal kwalunkwe deċiżjoni proposta li ttemm tali mandat, għandhom jiġu notifikati lill-awtorità regolatorja. Dawk il-kondizzjonijiet u d-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom isiru obbligatorji biss jekk, f'perjodu ta' tliet ġimgħat min-notifika, l-awtorità regolatorja ma tkun ressqet ebda oġġezzjoni.
L-awtorità regolatorja tista' toġġezzjona għad-deċiżjonijiet msemmija fil-paragrafu 1:
(a) |
jekk jitqajmu dubji dwar l-indipendenza professjonali ta' persuna nnominata responsabbli mill-ġestjoni u/jew membru tal-korpi amministrattivi; jew |
(b) |
fil-każ ta' terminazzjoni prematura ta' kariga, jekk jeżistu dubji rigward il-ġustifikazzjoni ta' tali terminazzjoni prematura. |
3. L-ebda pożizzjoni jew responsabbiltà professjonali, interess jew relazzjoni ta' negozju, direttament jew indirettament, mal-impriża integrata vertikalment jew ma' kwalunkwe parti minnha jew mal-azzjonisti li jikkontrollawha għajr l-operatur ta' sistema tat-trażmissjoni, m'għandha tiġi eżerċitata għal perjodu ta' tliet snin qabel il-ħatra tal-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew tal-membri tal-korpi amministrattivi tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni li huma soġġetti għal dan il-paragrafu.
4. Il-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew membri tal-korpi amministrattivi, u l-impjegati tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni ma jridx ikollhom xi pożizzjoni jew responsabbiltà professjonali, interess jew relazzjoni ta' negozju, direttament jew indirettament, ma' kwalunkwe parti oħra tal-impriża integrata vertikalment jew mal-azzjonisti li jikkontrollawha.
5. Il-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew membri tal-korpi amministrattivi, u l-impjegati tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni ma jridx ikollhom xi interess fi jew jirċievu xi benefiċċju finanzjarju, direttament jew indirettament, minn xi parti tal-impriża integrata vertikalment li mhuwiex l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni. Il-ħlas tagħhom m'għandux jiddependi mill-attivitajiet jew mir-riżultati tal-impriża integrata vertikalment jekk mhux dawk tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni.
6. Għandhom ikunu garantiti d-drittijiet effettivi ta' appell lill-awtorità regolatorja għal kwalunkwe lment mill-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew membri tal-korpi amministrattivi tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni kontra terminazzjonijiet prematuri tal-kariga tagħhom.
7. Wara t-terminazzjoni tal-kariga fl-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni, il-persuni responsabbli mill-ġestjoni tiegħu u/jew membri tal-korpi amministrattivi tiegħu ma jridx ikollhom xi pożizzjoni jew responsabbiltà professjonali, interess jew relazzjoni ta' negozju ma' xi parti tal-impriża integrata vertikalment jew xi parti minnha jekk mhux l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni, jew mal-azzjonisti li jikkontrollawha għal perjodu ta' mhux anqas minn erba' snin.
8. Il-paragrafu 3 għandu japplika għall-maġġoranza tal-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew membri tal-korpi amministrattivi tal-operatur ta' sistema tat-trażmissjoni.
Il-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew membri tal-korpi amministrattivi ta' operatur ta' sistema tat-trażmissjoni li mhumiex soġġetti għall-paragrafu 3 ma għandhomx ikunu eżerċitaw l-ebda ġestjoni jew attività rilevanti oħra fl-impriża integrata vertikalment għal perjodu ta' mill-anqas sitt xhur qabel il-ħatra tagħhom.
L-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u l-paragrafi 4 sa 7 għandhom ikunu applikabbli għall-persuni kollha li jappartjenu għall-ġestjoni eżekuttiva u għal dawk li jirrapportaw lilhom direttament dwar kwistjonijiet relatati mal-operazzjoni, iż-żamma jew l-iżvilupp tan-netwerk.
Artikolu 49
Korp ta' Sorveljanza
1. L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jkollu Korp ta' Sorveljanza li jkun inkarigat mit-teħid ta' deċiżjonijiet li jista' jkollhom impatt sinifikattiv fuq il-valur tal-assi tal-azzjonisti fl-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni, partikolarment deċiżjonijiet rigward l-approvazzjoni tal-pjanijiet finanzjarji annwali u fuq perjodu itwal, il-livell ta' djun tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u l-ammont ta' dividendi mqassma lill-azzjonisti. Id-deċiżjonijiet li jaqgħu fil-mandat tal-Korp ta' Sorveljanza għandhom jeskludu dawk li huma relatati mal-attivitajiet ta' kuljum tal-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni u l-ġestjoni tan-network, u ma' attivitajiet meħtieġa għat-tħejjija tal-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-network żviluppat taħt l-Artikolu 51.
2. Il-Korp ta' Sorveljanza għandu jkun magħmul minn membri li jirrappreżentaw l-impriża integrata vertikalment, membri li jirrappreżentaw l-azzjonisti li huma parti terza u, fejn il-liġi nazzjonali rilevanti tipprevedi hekk, membri li jirrappreżentaw partijiet oħra interessati bħal impjegati tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni.
3. L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 48(2) u l-Artikolu 48(3) sa (7) għandhom japplikaw għall-anqas għal nofs il-membri tal-Korp ta' Sorveljanza barra wieħed.
Il-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 48(2) għandu japplika għall-membri kollha tal-Korp ta' Sorveljanza.
Artikolu 50
Programm ta' konformità u uffiċjal għall-konformità
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni jistabbilixxu programm ta' konformità li jistabbilixxi l-miżuri meħudin biex jiġi żgurat li kull aġir diskriminatorju jiġi eskluż, u jaċċerta li l-konformità ma' dan il-programm hija sorveljata b'mod adatt. Il-programm ta' konformità għandu jistabbilixxi l-obbligi speċifiċi tal-impjegati li jilħqu dawk l-għanijiet. Huwa għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtorità regolatorja, il-konformità mal-programm għandha tiġi sorveljata mill-uffiċjal għall-konformità fuq bażi indipendenti.
2. L-uffiċjal għall-konformità għandu jinħatar mill-Korp ta' Sorveljanza, bil-kondizzjoni li dan jiġi approvat mill-awtorità regolatorja. L-awtorità regolatorja tista' tirrifjuta li tapprova l-ħatra tal-uffiċjal għall-konformità biss għal raġunijiet ta' nuqqas ta' indipendenza jew kapaċità professjonali. L-uffiċjal għall-konformità jista' jkun persuna fiżika jew ġuridika. L-Artikolu 48(2) sa (8) għandhom japplikaw għall-uffiċjal għall-konformità.
3. L-uffiċjal għall-konformità għandu jkun inkarigat milli:
(a) |
jissorvelja l-implimentazzjoni tal-programm ta' konformità; |
(b) |
ifassal rapport annwali, li juri l-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni tal-programm ta' konformità u jippreżentah lill-awtorità regolatorja; |
(c) |
jirrapporta lill-Korp ta' Sorveljanza u joħroġ rakkomandazzjonijiet dwar il-programm ta' konformità u l-implimentazzjoni tiegħu; |
(d) |
jinnotifika lill-awtorità regolatorja dwar kwalunkwe ksur sostanzjali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programm ta' konformità; u |
(e) |
jirrapporta lill-awtorità regolatorja dwar kwalunkwe relazzjoni kummerċjali u finanzjarja bejn l-impriża integrata vertikalment u l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni. |
4. L-uffiċjal għall-konformità għandu jippreżenta d-deċiżjonijiet proposti dwar il-pjan ta' investiment jew dwar investimenti individwali fin-netwerk lill-awtorità regolatorja. Dan għandu jseħħ l-aktar tard meta t-tmexxija u/jew il-korp amministrattiv kompetenti tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jippreżentahom lill-Korp ta' Sorveljanza.
5. Fejn l-impriża integrata vertikalment, fl-assemblea ġenerali jew permezz tal-vot tal-membri tal-Korp ta' Sorveljanza li hija tkun ħatret, tkun evitat l-adozzjoni ta' deċiżjoni bl-effett li ma jitħallewx isiru jew jiġu ttardjati investimenti, li taħt il-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk kellha tiġi implimentata fit-tliet snin ta' wara, l-uffiċjal għall-konformità għandu jirrapporta dan lill-awtorità regolatorja, li mbagħad għandha taġixxi f'konformità mal-Artikolu 51.
6. Il-kondizzjonijiet li jiggvernaw il-mandat jew il-kondizzjonijiet ta' impjieg tal-uffiċjal għall-konformità, inkluż it-tul tal-mandat tiegħu, għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja. Dawk il-kondizzjonijiet għandhom jiżguraw l-indipendenza tal-uffiċjal għall-konformità, inkluż permezz tal-provvista tar-riżorsi kollha meħtieġa għat-twettiq ta' dmirijiet tal-uffiċjal għall-konformità. Matul il-mandat tiegħu, l-uffiċjal għall-konformità ma jista' jkollu l-ebda pożizzjoni professjonali oħra, responsabbiltà jew interess, b'mod dirett jew indirett fi jew ma' kwalunkwe parti tal-impriża integrata vertikalment jew mal-azzjonisti li jikkontrollawha.
7. L-uffiċjal għall-konformità għandu jirrapporta regolarment, bil-fomm jew bil-kitba, lill-awtorità regolatorja u għandu jkollu d-dritt li jirrapporta regolarment, bil-fomm jew bil-kitba, lill-Korp ta' Sorveljanza tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni.
8. L-uffiċjal għall-konformità jista' jattendi l-laqgħat kollha tat-tmexxija jew tal-korpi amministrattivi tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni, u dawk tal-Korp ta' Sorveljanza u l-assemblea ġenerali. L-uffiċjal għall-konformità għandu jattendi l-laqgħat kollha li jindirizzaw il-materji li ġejjin:
(a) |
il-kondizzjonijiet ta' aċċess għan-network, kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/943, partikolarment fir-rigward tat-tariffi, is-servizzi ta' aċċess għal partijiet terzi, l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni, it-trasparenza, is-servizzi anċillari u s-swieq sekondarji; |
(b) |
proġetti mibdija sabiex titħaddem, tinżamm u tiġi żviluppata s-sistema tat-trażmissjoni, inkluż investimenti għall-interkonnessjoni u l-konnessjoni; |
(c) |
xiri jew bejgħ tal-enerġija meħtieġa biex titħaddem is-sistema tat-trażmissjoni. |
9. L-uffiċjal għall-konformità għandu jissorvelja l-konformità tal-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni mal-Artikolu 41.
10. L-uffiċjal għall-konformità għandu jkollu aċċess għad-data kollha rilevanti u għall-uffiċċji tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex jaqdi l-kompiti tiegħu.
11. L-uffiċjal għall-konformità għandu jkollu aċċess għall-uffiċċji tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni mingħajr avviż minn qabel.
12. Wara l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità regolatorja, il-Korp ta' Sorveljanza jista' jneħħi mill-kariga lill-uffiċjal għall-konformità. Huwa għandu jkeċċi l-uffiċjal għall-konformità għal raġunijiet ta' nuqqas ta' indipendenza jew ta' kapaċità professjonali, meta jiġi mitlub li jagħmel dan mill-awtorità regolatorja.
Artikolu 51
Żvilupp tan-netwerk u setgħat li jittieħdu deċiżjonijiet dwar investimenti
1. Tal-anqas kull sentejn, l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni għandhom jippreżentaw lill-awtorità regolatorja pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk ibbażat fuq il-provvista u d-domanda eżistenti u previsti wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha rilevanti. Dak il-pjan tal-iżvilupp tan-netwerk għandu jinkludi miżuri effiċjenti sabiex tkun garantita l-adegwatezza tas-sistema u s-sigurtà tal-forniment. L-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jippubblika l-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk fuq is-sit web tiegħu.
2. Il-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-network għandu, b'mod partikolari:
(a) |
jindika lill-parteċipanti fis-suq l-infrastrutturi ewlenin ta' trażmissjoni li jeħtieġ li jinbnew jew jiġu mmodernizzati matul l-għaxar snin li ġejjin; |
(b) |
jkun fih l-investimenti kollha diġà deċiżi u jidentifika investimenti ġodda li jridu jiġu eżegwiti fit-tliet snin li ġejjin; u |
(c) |
jipprovdi skeda ta' żmien għall-proġetti kollha ta' investiment. |
3. Waqt l-elaborazzjoni tal-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk, l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jqis b'mod sħiħ il-potenzjal għall-użu tar-rispons tad-domanda, il-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija jew riżorsi oħra bħala alternattivi għall-espansjoni tas-sistema, kif ukoll il-konsum mistenni, il-kummerċ ma' pajjiżi oħra u l-pjanijiet ta' investiment għal netwerks fl-Unjoni kollha u reġjonali.
4. L-awtorità regolatorja għandha tikkonsulta mal-utenti kollha effettivi u potenzjali tas-sistema dwar il-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-network b'mod miftuħ u trasparenti. Persuni jew impriżi li jsostnu li huma utenti potenzjali tas-sistema jistgħu jintalbu jissostanzjaw tali pretensjonijiet. L-awtorità regolatorja għandha tippubblika r-riżultat tal-proċess ta' konsultazzjoni, partikolarment il-ħtiġijiet possibbli għal investimenti.
5. L-awtorità regolatorja għandha teżamina jekk il-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp ta' netwerk ikoprix il-bżonnijiet kollha ta' investiment identifikati matul il-proċess ta' konsultazzjoni, u jekk hux konsistenti mal-pjan tal-iżvilupp tan-netwerk ta' għaxar snin għall-Unjoni kollha (Il-pjan tal-iżvilupp tan-netwerk għall-Unjoni kollha) kif stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2019/943. Jekk ikun hemm xi dubju dwar il-konformità mal-pjan għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk għall-Unjoni kollha, l-awtorità regolatorja għandha tikkonsulta lill-ACER. L-awtorità regolatorja tista' titlob lill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni sabiex jemenda l- pjan tiegħu ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk.
L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jeżaminaw il-konsistenza tal-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk mal-pjan nazzjonali tal-enerġija u tal-klima ppreżentat f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999.
6. L-awtorità regolatorja għandha tissorvelja u tevalwa l-implimentazzjoni tal-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-network.
7. F'ċirkostanzi fejn l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni, jekk mhux għal raġunijiet imperattivi mhux fil-kontroll tiegħu, ma jeżegwix investiment, li, konformement mal-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-network, suppost kellu jiġi eżegwit fis-snin ta' wara, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità regolatorja għandha l-obbligu li tieħu għall-anqas waħda mill- miżuri li ġejjin biex tiżgura li l-investiment in kwistjoni jseħħ jekk tali investiment ikun għadu rilevanti abbażi tal- pjan l-aktar reċenti ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-network:
(a) |
tesiġi mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni li jeżegwixxi l-investimenti in kwistjoni; |
(b) |
torganizza proċedura għal sejħa ta' offerti miftuħa għal kull investitur għall-investiment in kwistjoni; jew |
(c) |
tobbliga lill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jaċċetta żieda fil-kapital biex jiffinanzja l-investimenti meħtieġa u jippermetti l-investituri indipendenti jipparteċipaw fil-kapital. |
8. Fejn l-awtorità regolatorja tkun għamlet użu mis-setgħat tagħha taħt il-punt (b) tal-paragrafu 7, hija tista' tobbliga lill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni sabiex dan jaqbel ma' element wieħed jew iżjed minn dawn li ġejjin:
(a) |
il-finanzjament minn xi parti terza; |
(b) |
il-kostruzzjoni minn xi parti terza; |
(c) |
il-bini minnu stess tal-assi kkonċernati; |
(d) |
l-operazzjoni minnu istess tal-assi kkonċernat. |
L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jipprovdi lill-investituri bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu l-investiment, għandu jikkollega l-assi l-ġodda man-netwerk ta' trażmissjoni u għandu ġeneralment jagħmel l-aħjar li jista' biex jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-proġett ta' investiment.
L-arranġamenti finanzjarji rilevanti għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja.
9. Fejn l-awtorità regolatorja tkun għamlet użu mis-setgħat tagħha taħt il-paragrafu 7, ir-regolamenti rilevanti dwar it-tariffi għandhom ikopru l-ispejjeż tal-investimenti in kwistjoni.
Artikolu 52
Ħatra u ċertifikazzjoni ta' operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni
1. Qabel ma impriża tkun approvata u maħtura bħala operatur tas-sistema ta' trażmissjoni, hija għandha tkun ċertifikata konformement mal-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 4, 5 u 6 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2019/943.
2. Impriżi li ġew ċertifikati mill-awtorità regolatorja bħala li kkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 43, konformement mal-proċedura ta' ċertifikazzjoni aktar 'l isfel, għandhom jiġu approvati u maħtura bħala operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni mill-Istati Membri. Il-ħatra tal-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni u ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
3. L-operaturi ta' sistema tat-trażmissjoni għandhom jinnotifikaw lill-awtorità regolatorja bi kwalunkwe tranżazzjoni ppjanata li tista' teħtieġ valutazzjoni mill-ġdid tal-konformità tagħha mar-rekwiżiti l-Artikolu 43.
4. L-awtoritajiet regolatorji għandhom jissorveljaw l-konformità kontinwa tal-operaturi ta' sistema tat-trażmissjoni mal-Artikolu 43. Għandhom jibdew proċeduri ta' ċertifikazzjoni biex jiżguraw tali konformità:
(a) |
man-notifika mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni taħt il-paragrafu 3; |
(b) |
fuq inizjattiva tagħhom stess fejn ikollhom tagħrif li bidla ppjanata fid-drittijiet jew fl-influwenza fuq proprjetarji ta' sistema tat-trażmissjoni jew operaturi ta' sistema tat-trażmissjoni tista' twassal għal ksur tal-Artikolu 43, jew fejn għandhom raġuni biex jemmnu li seta' seħħ tali ksur; jew |
(c) |
fuq talba motivata mill-Kummissjoni. |
5. L-awtoritajiet regolatorji għandhom jadottaw deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' operatur tas-sistema tat-trażmissjoni f'erba' xhur mid-data tan-notifika mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jew mid-data tat-talba tal-Kummissjoni. Wara l-iskadenza ta' dan il-perjodu, iċ-ċertifikazzjoni għandha titqies bħala mogħtija. Id-deċiżjoni espliċita jew taċita tal-awtorità regolatorja għandha ssir effettiva biss wara l-konklużjoni tal-proċedura prevista fil-paragrafu 6.
6. Id-deċiżjoni espliċita jew taċita dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandha tkun notifikata mingħajr dewmien lill-Kummissjoni mill-awtorità regolatorja, flimkien mal-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward tad-deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha taġixxi skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2019/943.
7. L-awtoritajiet regolatorji u l-Kummissjoni jistgħu jesiġu mill-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni u mill-impriżi li jwettqu kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew ta' provvista kwalunkwe informazzjoni rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom taħt dan l-Artikolu.
8. L-awtoritajiet regolatorji u l-Kummissjoni għandhom jippreservaw il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva.
Artikolu 53
Ċertifikazzjoni fir-rigward ta' pajjiżi terzi
1. Fejn ċertifikazzjoni hija meħtieġa minn proprjetarju ta' sistema tat-trażmissjoni jew operatur ta' sistema tat-trażmissjoni u li hija kkontrollata minn persuna jew persuni minn pajjiż terz jew minn pajjiżi terzi, l-awtorità regolatorja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni.
L-awtorità regolatorja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni wkoll mingħajr dewmien kull ċirkustanza li tirriżulta f'persuna jew persuni minn pajjiż terz jew minn pajjiżi terzi li jiksbu kontroll tas-sistema tat-trażmissjoni jew operatur ta' sistema tat-trażmissjoni.
2. L-operaturi ta' sistema ta' trażmissjoni għandhom jinnotifikaw lill-awtorità regolatorja bi kwalunkwe ċirkustanza li tirriżulta f'persuna jew persuni minn pajjiż terz jew minn pajjiżi terzi li jiksbu kontroll fuq is-sistema tat-trażmissjoni jew l-operatur ta' sistema tat-trażmissjoni.
3. L-awtorità regolatorja għandha tadotta abbozz tad-deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' operatur ta' sistema tat-trażmissjoni f'erba' xhur mid-data tan-notifika mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni. Hija għandha tirrifjuta ċ-ċertifikazzjoni jekk ma jkunx ġie ppruvat:
(a) |
li l-entità kkonċernata tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 43; u |
(b) |
lill-awtorità regolatorja jew lil awtorità kompetenti nazzjonali oħra maħtura mill-Istat Membru li l-għotja taċ-ċertifikazzjoni mhux ser tpoġġi f'riskju s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-Istat Membru u l-Unjoni. Fil-kunsiderazzjoni ta' din il-kwistjoni l-awtorità regolatorja jew l-awtorità kompetenti nazzjonali l-oħra għandha tieħu kont ta':
|
4. Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata mingħajr dewmien mill-awtorità regolatorja lill-Kummissjoni, flimkien mal-informazzjoni rilevanti kollha rigward dik id-deċiżjoni.
5. L-Istati Membri għandhom jagħmlu provvediment sabiex l-awtorità regolatorja u/jew l-awtorità kompetenti maħtura msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3, qabel ma l-awtorità regolatorja tadotta deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni, jitolbu opinjoni mill-Kummissjoni dwar jekk:
(a) |
l-entità kkonċernata tikkonformax mar-rekwiżiti tal-Artikolu 43; u |
(b) |
l-għoti taċ-ċertifikazzjoni ma tpoġġix f'riskju s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija lill-Unjoni. |
6. Il-Kummissjoni għandha teżamina t-talba msemmija fil-paragrafu 5 hekk kif tirċeviha. F'xahrejn minn meta tirċievi t-talba, hija għandha tagħti l-opinjoni tagħha lill-awtorità regolatorja jew, jekk it-talba tkun saret mill-awtorità kompetenti maħtura, lil dik l-awtorità.
Fit-tħejjija tal-opinjoni, il-Kummissjoni tista' titlob l-opinjoni tal-ACER, l-Istat Membru konċernat, u partijiet interessati. Fil-każ li l-Kummissjoni tagħmel din it-talba, il-perjodu ta' xahrejn għandu jiġi estiż b'xahrejn.
Fin-nuqqas ta' opinjoni mill-Kummissjoni fi żmien il-perjodu msemmi fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi, il-Kummissjoni għandha titqies li ma tqajjimx oġġezzjonijiet għad-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja.
7. Meta tkun qiegħda tivvaluta jekk il-kontroll minn persuna jew persuni minn pajjiż terz jew minn pajjiżi terzi ikunx qiegħed ipoġġi f'riskju s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija lill-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tqis:
(a) |
il-fatti speċifiċi tal-każ u l-pajjiż terz jew pajjiżi terzi konċernati; u |
(b) |
id-drittijiet u l-obbligi tal-Unjoni fir-rigward ta' dawn il-pajjiżi terzi li jirriżultaw taħt id-dritt internazzjonali, inkluż kull ftehim konkluż ma' xi pajjiż terz jew aktar li għalih l-Unjoni hija parti u li jkun indirizza l-kwistjonijiet tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. |
8. L-awtorità regolatorja għandha, f'xahrejn mill-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 6, tadotta d-deċiżjoni finali tagħha dwar iċ-ċertifikazzjoni. Meta tadotta d-deċiżjoni finali tagħha l-awtorità regolatorja għandha tqis bl-aktar mod possibbli l-opinjoni tal-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ l-Istati Membri għandhom ikollhom id-dritt li jirrifjutaw iċ-ċertifikazzjoni fejn l-għoti ta' ċertifikazzjoni tqiegħed f'riskju s-sigurtà tal-provvista tal-enerġiji tal-Istati Membri jew is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija ta' Stat Membru ieħor. Fejn l-Istat Membru jkun ħatar awtorità kompetenti nazzjonali oħra biex tagħmel il-valutazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3, huwa jista' jesiġi li l-awtorità regolatorja tadotta d-deċiżjoni finali tagħha f'konformità mal-valutazzjoni ta' dik l-awtorità kompetenti nazzjonali. Id-deċiżjoni finali tal-awtorità regolatorja u l-opinjoni tal-Kummissjoni għandhom jiġu ppubblikati flimkien. Fejn id-deċiżjoni finali tvarja mill-opinjoni tal-Kummissjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi u jippubblika, flimkien ma' dik id-deċiżjoni, ir-raġunar għal dik id-deċiżjoni.
9. Xejn f'dan l-Artikolu ma għandu jaffettwa d-dritt tal-Istati Membri li, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, jeżerċitaw kontrolli legali nazzjonali biex iħarsu interessi leġittimi tas-sigurtà pubblika.
10. Dan l-Artikolu, bl-eċċezzjoni tal-punt (a) tal-paragrafu 3 tiegħu, għandu japplika wkoll għal Stati Membri li huma soġġetti għal deroga taħt l-Artikolu 66.
Artikolu 54
Sjieda tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija minn operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni
1. L-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni m'għandhomx ikunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija.
2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jħallu lill-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni jkunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija, fejn ikunu komponenti tan-netwerk integrati għalkollox dment li l-awtorità regolatorja tkun tat l-approvazzjoni tagħha, jew fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
partijiet oħra, wara proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja li hija soġġetta għal rieżami u approvazzjoni mill-awtorità regolatorja, ma jkunux ingħataw dritt li jkunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, tali faċilitajiet jew ma jkunux jistgħu joffru dawk is-servizzi bi spejjeż raġonevoli u fil-ħin; |
(b) |
tali faċilitajiet jew servizzi anċillari mhux tal-frekwenza jkunu meħtieġa biex l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva għat-tħaddim effiċjenti, affidabbli u sikur tas-sistema tat-trażmissjoni u huma ma jintużawx biex l-elettriku jinxtara jew jinbiegħ fis-swieq tal-elettriku; u |
(c) |
l-awtorità regolatorja tkun ivvalutat in-neċessità ta' deroga bħal din, tkun wettqet reviżjoni ex ante tal-applikabbiltà tal-proċedura ta' sejħa għall-offerti, inkluż il-kondizzjonijiet tal-proċedura ta' sejħa għall-offerti u tat l-approvazzjoni tagħha. |
L-awtorità regolatorja tista' tfassal linji gwida jew klawżoli ta' akkwist biex tgħin lill-operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni biex jiżguraw proċedura ta' sejħa għall-offerti ġusta.
3. Id-deċiżjoni li tingħata deroga għandha tiġi notifikata lill-Kummissjoni u lill-ACER flimkien mal-informazzjoni rilevanti dwar it-talba u r-raġunijiet għall-għoti tad-deroga.
4. L-awtoritajiet regolatorji għandhom iwettqu f'intervalli regolari jew għall-inqas kull ħames snin, konsultazzjoni pubblika għall-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija eżistenti sabiex jivvalutaw id-disponibbiltà u l-interess potenzjali ta' partijiet oħrajn biex jinvestu f'tali faċilitajiet. Fejn il-konsultazzjoni pubblika, kif ivvalutata mill-awtorità regolatorja, tindika li partijiet oħrajn jistgħu ikunu s-sidien ta', jiżviluppaw, joperaw jew jamministraw, tali faċilitajiet b'mod kosteffiċjenti, l-awtorità regolatorja għandha tiżgura li l-attivitajiet tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni f'dan ir-rigward jitwaqqfu gradwalment fi żmien 18-il xahar. Bħala parti mill-kondizzjonijiet ta' dik il-proċedura, l-awtoritajiet regolatorji jistgħu jippermettu lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni li jirċievu kumpens raġonevoli, b'mod partikolari li jirkupraw il-valur residwu tal-investiment tagħhom fil-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija.
5. Il-paragrafu 4 ma għandux japplika la għal komponenti tan-netwerk li huma kompletament integrati u lanqas għall-perjodu tipiku ta' deprezzament tal-faċilitajiet ġodda għall-ħżin tal-batteriji b'deżizjoni finali dwar l-investiment sal-2024, dment li tali faċilitajiet għall-ħżin tal-batteriji huma:
(a) |
konnessi mal-grilja l-aktar tard sa sentejn wara dan; |
(b) |
integrati fis-sistema ta' trażmissjoni; |
(c) |
jintużaw biss għar-restawr reattiv immedjat tas-sigurtà tan-netwerk f'każ ta' fallimenti fin-netwerk fejn tali miżura ta' restawr tibda u tintemm immedjatament meta l-varar mill-ġdid regolari jkun jista' jsolvi l-kwistjoni; |
(d) |
ma jintużawx biex jinxtara jew jinbiegħ l-elettriku fis-swieq tal-elettriku, inkluż l-ibbilanċjar. |
Artikolu 55
Dritt ta' aċċess għall-kontijiet
1. L-Istati Membri jew kwalunkwe awtorità kompetenti li dawn jaħtru, inklużi l-awtoritajiet regolatorji msemmija fl-Artikolu 57, għandhom, sa fejn meħtieġ biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom, ikollhom id-dritt ta' aċċess għall-kontijiet tal-impriżi tal-elettriku kif stabbilit fl-Artikolu 56.
2. L-Istati Membri u kwalunkwe awtorità kompetenti maħtura, inklużi l-awtoritajiet regolatorji għandhom iżommu l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu għall-iżvelar ta' din l-informazzjoni fejn tali żvelar huwa meħtieġ sabiex l-awtoritajiet kompetenti jwettqu l-funzjonijiet tagħhom.
Artikolu 56
Separazzjoni tal-kontijiet
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-kontijiet tal-impriżi tal-elettriku jinżammu konformement mal-paragrafi 2 u 3.
2. L-impriżi tal-elettriku, irrispettivament mis-sistema tas-sjieda jew forma legali tagħhom, għandhom ifasslu, jippreżentaw għall-verifika u jippubblikaw il-kontijiet annwali tagħhom skont ir-regoli tal-liġi nazzjonali dwar il-kontijiet annwali ta' kumpaniji b'responsabbiltà limitata adottata skont id-Direttiva 2013/34/UE.
Impriżi li ma jkunux obbligati legalment biex jippubblikaw il-kontijiet annwali tagħhom għandhom iżommu kopja ta' dawn għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fil-kwartieri ġenerali tagħhom.
3. L-impriżi tal-elettriku għandhom, fis-sistema interna tagħhom ta' kif jinżammu l-kontijiet, iżommu kontijiet separati għal kull waħda mill-attivitajiet ta' trażmissjoni u distribuzzjoni li huma jwettqu daqs li kieku kellhom jagħmlu hekk jekk l-attivitajiet in kwistjoni kellhom jitwettqu minn impriżi separati, bil-ħsieb li jkunu evitati d-diskriminazzjoni, l-inter-sussidjarjetà u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Dawn għandhom iżommu wkoll il-kontijiet, li jistgħu jkunu konsolidati, għal attivitajiet oħra tal-elettriku li ma jkunux marbuta mat-trażmissjoni jew id-distribuzzjoni. Il-qligħ mill-proprjetà tas-sistema tat-trażmissjoni jew distribuzzjoni għandu jkun speċifikat fil-kontijiet. Fejn ikun xieraq, dawn għandhom iżommu kontijiet konsolidati għal attivitajiet oħra li ma jkunux tal-elettriku. Il-kontijiet interni għandhom jinkludu karta tal-bilanċ u kont ta' qligħ u telf għal kull attività.
4. Il-verifika msemmija fil-paragrafu 2 għandha, b'mod partikolari, tivverifika li l-obbligu biex ikunu evitati d-diskriminazzjoni u l-inter-sussidjarjetà msemmija fil-paragrafu 3, ikun rispettat.
KAPITOLU VII
AWTORITAJIET REGOLATORJI
Artikolu 57
Ħatra u indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità regolatorja waħda fil-livell nazzjonali.
2. Il-paragrafu 1għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-ħatra ta' awtoritajiet regolatorji oħrajn fil-livell reġjonali fl-Istati Membri, sakemm ikun hemm rappreżentant superjuri wieħed għall-finijiet ta' rappreżentanza u kuntatt fil-livell tal-Unjoni fil-Bord tar-Regolaturi tal-ACER konformement mal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) 2019/942.
3. B'deroga mill-paragrafu 1, Stat Membru jista' jaħtar awtoritajiet regolatorji għal sistemi żgħar fuq reġjun ġeografikament separat li fis-sena 2008 jkollu konsum ta' anqas minn 3 % tal-konsum totali tal-Istat Membru li minnu jagħmel parti. Dik id-deroga għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-ħatra ta'rappreżentant superjuri wieħed għall-finijiet ta' rappreżentanza u kuntatt fil-livell tal-Unjoni fil-Bord tar-Regolaturi tal-ACER skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) 2019/942.
4. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza tal-awtorità regolatorja u jiżguraw li din teżerċita is-setgħat tagħha b'mod imparzjali u trasparenti. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta twettaq il-kompiti regolatorji kkonferiti fuqha permezz ta' din id-Direttiva u l-leġislazzjoni relatata, l-awtorità regolatorja:
(a) |
tkun legalment distinta u funzjonalment indipendenti minn kwalunkwe entità pubblika jew privata oħra; |
(b) |
għandha tiżgura li l-persunal tagħha u l-persuni responsabbli għall-ġestjoni tagħha:
|
5. Sabiex tkun protetta l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji, l-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jiżguraw li:
(a) |
l-awtorità regolatorja tista' tieħu deċiżjonijiet awtonomi, b'mod indipendenti minn kwalunkwe entità politika; |
(b) |
l-awtorità regolatorja għandha r-riżorsi umani u finanzjarji kollha neċessarji li għandha bżonn sabiex twettaq il-kompiti u teżerċita s-setgħat tagħha b'mod effikaċi u effiċjenti; |
(c) |
l-awtorità regolatorja għandha allokazzjonijiet annwali separati tal-baġit u awtonomija fl-implementazzjoni tal-baġit allokat; |
(d) |
il-membri tal-Bord tal-Awtorità Regolatorja jew, fin-nuqqas ta' bord, l-eżekuttiv għoli tal-awtorità regolatorja għandhom jinħatru għal terminu fiss ta' minn 5 sa 7 snin, li jista' jiġġedded darba biss; |
(e) |
il-membri tal-bord tal-awtorità regolatorja jew, fin-nuqqas ta' bord, l-eżekuttiv għoli tal-awtorità regolatorja, jinħatar abbażi ta' kriterji oġġettivi, trasparenti u ppubblikati, fi proċedura indipendenti u imparzjali, li tiżgura li l-kandidati jkollhom il-ħiliet u l-esperjenza meħtieġa għall-pożizzjoni rilevanti fl-awtorità regolatorja; |
(f) |
ikun hemm fis-seħħ dispożizzjonijiet għall-kunflitt ta' interess u li l-obbligi ta' kunfidenzjalità jmorru lil hinn mill-mandat tal-membri tal-bord tal-awtorità regolatorja jew, fin-nuqqas ta' bord, it-tmiem tal-mandat tal-eżekuttiv għoli tal-awtorità regolatorja; |
(g) |
il-membri tal-bord tal-awtorità regolatorja jew, fin-nuqqas ta' bord, l-eżekuttiv għoli tal-awtorità regolatorja, jista' jitneħħa biss abbażi ta' kriterji trasparenti fis-seħħ. |
Fir-rigward tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw skema ta' rotazzjoni adegwata għall-bord jew għall-eżekuttiv għoli. Il-membri tal-bord jew, fin-nuqqas ta' bord, il-membri tal-eżekuttiv għoli jistgħu biss jitneħħew mill-kariga matul il-mandat tagħhom jekk ma jibqgħux jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu jew jekk jinsabu ħatja ta' mġiba ħażina skont il-liġi nazzjonali.
6. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li jsir kontroll ex-post tal-kontijiet annwali tal-awtoritajiet regolatorji minn awditur indipendenti.
7. Sal-5 ta' Lulju 2022 u sussegwentement kull erba'snin, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-konformità tal-awtoritajiet nazzjonali mal-prinċipju ta' indipendenza stabbilit f'dan l-Artikolu.
Artikolu 58
Objettivi ġenerali tal-awtorità regolatorja
Fit-twettiq tal-kompiti regolatorji speċifikati f'din id-Direttiva, l-awtorità regolatorja għandha tieħu l-miżuri raġonevoli kollha biex jinkisbu l-objettivi li ġejjin fil-qafas tal-kompiti u s-setgħat tagħha kif stabbiliti fl-Artikolu 59, f'konsultazzjoni mill-qrib ma' awtoritajiet nazzjonali konċernati oħra inklużi awtoritajiet tal-kompetizzjoni, kif ukoll awtoritajiet, inklużi awtoritajiet regolatorji, minn Stati Membri ġirien u, kif xieraq, pajjiżi terzi ġirien, kif adatt, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tagħhom:
(a) |
il-promozzjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ACER, l-awtoritajiet regolatorji ta' Stati Membri oħrajn, il-Kummissjoni u l-ACER, ta' suq intern għall-elettriku li jkun kompetittiv, flessibbli, sikur u ambjentalment sostenibbli fi ħdan l-Unjoni, u ftuħ effikaċi fis-suq għall-konsumaturi u l-fornituri kollha tal-Unjoni kif ukoll li jkunu żgurati kondizzjonijiet adegwati għat-tħaddim effikaċi u affidabbli tan-netwerks tal-enerġija, meta jitqiesu l-objettivi fuq medda twila ta' żmien; |
(b) |
l-iżvilupp ta' swieq reġjonali transkonfinali, kompetittivi u li jiffunzjonaw tajjeb fl-Unjoni sabiex jinkisbu l-għanijiet imsemmija fil-punt (a); |
(c) |
l-eliminazzjoni ta' restrizzjonijiet fuq il-kummerċ fl-elettriku bejn l-Istati Membri, inkluż l-iżvilupp ta' kapaċitajiet adatti ta' trażmissjoni transkonfinali biex tiġi sodisfatta d-domanda u tittejjeb l-integrazzjoni tas-swieq nazzjonali li jistgħu jiffaċilitaw il-flussi tal-elettriku fl-Unjoni; |
(d) |
tingħata għajnuna fil-kisba, bl-aktar mod effikaċi, tal-iżvilupp ta' sistemi mhux diskriminatorji sikuri, affidabbli u effiċjenti li jkunu orjentati lejn il-konsumaturi, u l-promozzjoni ta' adegwatezza fis-sistemi u, bi qbil mal-objettivi ġenerali tal-politika tal-enerġija, effiċjenza tal-enerġija kif ukoll l-integrazzjoni ta' produzzjoni tal-elettriku fuq skala kbira u żgħira minn sorsi rinnovabbli u ġenerazzjoni mqassma kemm fin-network tat-trażmissjoni kif ukoll f'dak tad-distribuzzjoni u l-faċilitazzjoni tat-tħaddim tagħhom fir-rigward ta' netwerks oħra tal-enerġija tal-gass jew tas-sħana; |
(e) |
il-faċilitazzjoni tal-aċċess għan-netwerk għal kapaċità ta' ġenerazzjoni ġdida u faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija, b'mod partikolari t-tneħħija ta' ostakli li jistgħu jimpedixxu d-dħul għal kompetituri ġodda fis-suq u ta' elettriku minn sorsi rinnovabbli; |
(f) |
jiġi żgurat li l-operaturi tas-sistema u l-utenti tas-sistema jingħataw inċentivi xierqa, kemm għall-perjodu qasir kif ukoll għal dak fit-tul, sabiex tiżdied l-effiċjenza, b'mod speċjali l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, fil-prestazzjoni tan-netwerk u sabiex titrawwem l-integrazzjoni tas-suq; |
(g) |
jiġi żgurat li l-konsumaturi jibbenefikaw permezz tal-funzjonament effiċjenti tas-suq nazzjonali tagħhom, waqt li tkun promossa kompetizzjoni effettiva u tgħin sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur rilevanti; |
(h) |
tingħata għajnuna fil-kisba ta' standards għolja ta' servizz universali u ta' servizz pubbliku fil-provvista tal-enerġija, filwaqt li jsir kontribut għall-ħarsien tal-klijenti vulnerabbli u għall-kompatibilità tal-proċessi neċessarji ta' skambju tad-data għall-bdil mill-klijenti. |
Artikolu 59
Dmirijiet u setgħat tal-awtoritajiet regolatorji
1. L-awtoritajiet regolatorji għandhom ikollhom id-dmirijiet li ġejjin:
(a) |
jiffissaw jew japprovaw, bi qbil mal-kriterji ta' trasparenza, tariffi ta' trażmissjoni jew ta' distribuzzjoni jew il-metodoloġiji tagħhom, jew it-tnejn li huma; |
(b) |
jiżguraw il-konformità tal-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni u tal-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni, u, meta dan ikun rilevanti, il-proprjetarji tas-sistema, kif ukoll kwalunkwe impriża tal-elettriku u parteċipanti oħra fis-suq, mal-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) 2019/943, il-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida adottati skont l-Artikoli 59, 60 u 61 tar-Regolament (UE) 2019/943, ma' liġijiet rilevanti oħrajn tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-kwistjonijiet transkonfinali, kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-ACER; |
(c) |
f'koordinazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet regolatorji l-oħrajn, jiżguraw konformità tal-ENTSO għall-Elettriku u tal-entità DSO tal-UE mal-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) 2019/943, il-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida adottati skont l-Artikoli 59, 60 u 61 tar-Regolament (UE) 2019/943, u liġijiet rilevanti oħrajn tal-Unjoni, inkluż fir-rigward ta' kwistjonijiet transkonfinali, kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-ACER, u b'mod konġunt jidentifikaw in-nonkonformità tal-ENTSO għall-Elettriku u tal-entità DSO tal-UE mal-obbligi rispettivi tagħhom; fejn l-awtoritajiet regolatorji ma kinux jistgħu jilħqu ftehim f'perjodu ta' erba' xhur wara l-bidu tal-konsultazzjonijiet sabiex b'mod konġunt jidentifikaw in-nonkonformità, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-ACER għal deċiżjoni, skont l-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942; |
(d) |
japprovaw il-prodotti u l-proċess ta' akkwist għal servizzi anċillari mhux tal-frekwenza; |
(e) |
jimplimentaw il-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida adottati skont l-Artikoli 59, 60 u 61 tar-Regolament (UE) 2019/943 permezz ta' miżuri nazzjonali jew, fejn ikun meħtieġ, miżuri kkoordinati reġjonali jew fl-Unjoni kollha; |
(f) |
jikkooperaw dwar kwistjonijiet transkonfinali mal-awtorità jew l-awtoritajiet regolatorji ta' dawk l-Istati Membri u mal-ACER, b'mod partikolari permezz tal-parteċipazzjoni fix-xogħol tal-Bord tar-Regolaturi tal-ACER skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2019/942; |
(g) |
jikkonformaw ma', u jimplimentaw, kwalunkwe deċiżjoni legalment obbligatorja rilevanti tal-Kummissjoni u tal-ACER; |
(h) |
jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni, jagħmlu disponibbli kapaċitajiet ta' interkonnessjoni sa fejn ikun possibbli skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2019/943; |
(i) |
jirrapportaw kull sena lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-ACER dwar l-attività tagħhom u l-qadi ta' dmirijiethom inkluż dwar il-passi kollha li ttieħdu u r-riżultati li nkisbu fir-rigward ta' kull wieħed mill-kompiti elenkati f'dan l-Artikolu; |
(j) |
jiżguraw li ma jkunx hemm inter-sussidjarjetà bejn l-attivitajiet ta' trażmissjoni, distribuzzjoni u provvista jew attivitajiet oħra tal-elettriku jew mhux tal-elettriku; |
(k) |
jissorveljaw il-pjanijiet ta' investiment tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, u jipprovdu fir-rapport annwali tagħhom valutazzjoni tal-pjan ta' investiment tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fir-rigward tal-konsistenza tiegħu mal-pjan għall-iżvilupp tan-netwerk fl-Unjoni kollha; tali valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet biex jiġu emendati dawk il-pjanijiet ta' investiment; |
(l) |
jimmonitorjaw u jivvalutaw il-prestazzjoni tal-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u tal-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni fir-rigward tal-iżvilupp ta' grilja intelliġenti li tippromwovi l-effiċjenza tal-enerġija u l-integrazzjoni tal-enerġija mis-sorsi rinnovabbli abbażi ta' sett limitat ta' indikaturi, u jippubblikaw rapport nazzjonali kull sentejn, li jkun jinkludi rakkomandazzjonijiet; |
(m) |
jistabbilixxu jew japprovaw standards u rekwiżiti għall-kwalità tas-servizz u l-kwalità tal-forniment jew jikkontribwixxu għalihom, flimkien ma' awtoritajiet kompetenti oħra u jissorveljaw il-konformità u jirrevedu l-prestazzjoni fl-imgħoddi tas-sigurtà tan-netwerk u r-regoli ta' affidabilità u; |
(n) |
jissorveljaw il-livell ta' trasparenza, inkluż tal-prezzijiet tal-bejgħ bl-ingrossa, u jiżguraw il-konformità mal-obbligi ta' trasparenza min-naħa tal-impriżi tal-elettriku; |
(o) |
jissorveljaw il-livell u l-effikaċja ta' ftuħ tas-suq u ta' kompetizzjoni fil-livelli tal-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut, inklużi l-iskambji tal-elettriku, il-prezzijiet għall-klijenti domestiċi inklużi s-sistemi ta' ħlas minn qabel, l-impatt tal-kuntratti dwar prezz dinamiku tal-elettriku u tal-użu tas-sistemi tal-kejl intelliġenti, ir-rati ta' bdil, ir-rati ta' skonnessjoni, it-tariffi għas-servizzi ta' manutenzjoni, t-twettiq ta' servizzi ta' manutenzjoni, ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet domestiċi u l-prezzijiet bl-ingrossa, l-evoluzzjoni tat-tariffi u l-imposti tal-grilja u lmenti tal-klijenti domestiċi, kif ukoll kwalunkwe distorsjoni jew restrizzjoni tal-kompetizzjoni, anke billi jipprovdu kwalunkwe informazzjoni rilevanti u jinfurmaw lill-awtoritajiet rilevanti tal-kompetizzjoni dwar kwalunkwe każ rilevanti; |
(p) |
jissorveljaw il-prattiċi kuntrattwali restrittivi, inkluż klawżoli ta' esklussività, li jistgħu jimpedixxu konsumaturi milli jagħmlu kuntratt fl-istess ħin ma' aktar minn fornitur wieħed jew li jirrestrinġu l-għażla tagħhom li jagħmlu dan, u fejn xieraq, jinformaw lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni b'tali prattiċi; |
(q) |
jissorveljaw iż-żmien li jittieħed minn operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni u operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni biex isiru konnessjonijiet u tiswijiet; |
(r) |
li jiżguraw, flimkien ma' awtoritajiet rilevanti oħra, li l-miżuri ta' ħarsien tal-konsumaturi, jkunu effettivi u infurzati; |
(s) |
jippubblikaw rakkomandazzjonijiet, għall-anqas kull sena, dwar il-konformità tal-prezzijiet tal-provvista mal-Artikolu 5, u jibagħtu dawk ir-rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti, meta dan ikun xieraq; |
(t) |
jiżguraw l-aċċess nondiskriminatorju għad-data dwar il-konsum tal-klijent, il-forniment, għal użu fakultattiv, ta' format armonizzat li jinftiehem faċilment fil-livell nazzjonali għad-data dwar il-konsum u l-aċċess malajr għad-data għall-konsumaturi kollha skont l-Artikoli 23 u 24; |
(u) |
jissorveljaw l-implimentazzjoni tar-regoli relatati mar-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, tal-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, tal-fornituri, tal-klijenti u ta' parteċipanti oħrajn fis-suq skont ir-Regolament (UE) 2019/943; |
(v) |
jissorveljaw l-investiment fil-kapaċitajiet ta' ġenerazzjoni u ta' ħżin fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista; |
(w) |
jissorveljaw il-kooperazzjoni teknika bejn l-Unjoni u l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni ta' pajjiż terz; |
(x) |
jikkontribwixxu għall-kompatibilità ta' proċessi ta' skambju ta' data għall-proċessi tas-suq l-aktar importanti fuq livell reġjonali; |
(y) |
jissorveljaw id-disponibbiltà ta' għodod tat-tqabbil, li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 14; |
(z) |
li jissorveljaw it-tneħħija ta' restrizzjonijiet u ostakli mhux ġustifikati għall-iżvilupp ta' konsum tal-elettriku li jiġġeneraw huma stess u komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin. |
2. Meta Stat Membru jkun ipprovda hekk, id-doveri tas-sorveljanza stipulati fil-paragrafu 1 jistgħu jitwettqu minn awtorità oħra barra l-awtorità regolatorja. F'każ bħal dan, l-informazzjoni li tirriżulta minn dan il-monitoraġġ għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità regolatorja kemm jista' jkun malajr.
Filwaqt li jżommu l-indipendenza tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza speċifika tagħhom stess u b'mod konsistenti mal-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar, l-awtoritajiet regolatorji għandhom, fejn ikun il-każ, jikkonsultaw mal-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni u, fejn ikun il-każ, jikkooperaw mill-qrib ma' awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra fit-twettiq tad-dmirijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.
Kwalunkwe approvazzjoni mogħtija minn awtorità regolatorja jew mill-ACER taħt din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe użu futur debitament ġustifikat tas-setgħat tagħhom mill-awtoritajiet regolatorji taħt dan l-Artikolu jew għal kwalunkwe penali imposta minn awtoritajiet rilevanti oħra jew mill-Kummissjoni.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji jingħatawlhom is-setgħat li jippermettulhom iwettqu l-kompiti msemmija f'dan l-Artikolu b'mod effiċjenti u mingħajr dewmien. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet regolatorji għandu jkollhom għall-anqas dawn is-setgħat:
(a) |
li jimponu deċiżjonijiet obbligatorji fuq l-impriżi tal-elettriku; |
(b) |
li jwettqu investigazzjonijiet fil-funzjonament tas-swieq tal-elettriku, u li jiddeċiedu u jimponu kwalunkwe miżura meħtieġa u proporzjonata għall-promozzjoni ta' kompetizzjoni effettiva u jiżguraw il-funzjonament korrett tas-suq. Fejn ikun opportun, l-awtoritajiet regolatorji għandhom ikollhom ukoll is-setgħa li jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni u mar-regolaturi tas-swieq finanzjarji jew mal-Kummissjoni fit-twettiq ta' investigazzjoni relatata mal-liġi tal-kompetizzjoni; |
(c) |
li jitolbu kwalunkwe informazzjoni mill-impriżi tal-elettriku li tkun rilevanti għall-qadi tad-dmirijiet tagħha, inkluża l-ġustifikazzjoni għal kull rifjut ta' aċċess għall-partijiet terzi, u kull informazzjoni dwar miżuri meħtieġa biex jissaħħaħ in-netwerk; |
(d) |
li jimponu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi fuq impriżi tal-elettriku li ma jikkonformawx mal-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) 2019/943 jew kwalunkwe deċiżjoni rilevanti legalment obbligatorja tal-awtoritajiet regolatorji jew tal-ACER, jew li jipproponu li qorti kompetenti timponi dawn il-penali, inkluż is-setgħa li jimponu, jew li jipproponu l-impożizzjoni ta' penali sa 10 % tal-fatturat annwali tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni fuq l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jew sa 10 % tat-turnover annwali tal-impriża integrata vertikalment fuq l-impriża integrata vertikalment, fejn ikun il-każ, għan-nuqqas ta' konformità mal-obbligi rispettivi tagħhom taħt din id-Direttiva; u |
(e) |
drittijiet xierqa ta' investigazzjonijiet u s-setgħat rilevanti ta' istruzzjonijiet għas-soluzzjoni ta' tilwim taħt l-Artikolu 60(2) u (3). |
4. L-awtorità regolatorja, li tinsab fl-Istat Membru fejn l-ENTSO għall-Elettriku jew l-entità DSO tal-UE jkollha s-sede tagħha, għandu jkollha l-awtorità li timponi penali effikaċi, proporzjonati u dissważivi fuq dawk l-entitajiet li ma jikkonformawx mal-obbligi tagħhom fl-ambitu ta' din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) 2019/943 jew kwalunkwe deċiżjoni rilevanti legalment obbligatorja tal-awtoritajiet regolatorji jew tal-ACER, jew li jipproponu li qorti kompetenti timponi dawn il-penali.
5. Addizzjonalment għad-dmirijiet mogħtija lilhom taħt il-paragrafu 1 u 3 ta' dan l-Artikolu, meta operatur ta' sistema indipendenti jkun ġie maħtur taħt l-Artikolu 44, l-awtoritajiet regolatorji għandhom:
(a) |
jissorveljaw il-konformità tal-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni u tal-operatur tas-sistema indipendenti mal-obbligi tagħhom skont dan l-Artikolu, u jimponu penali għan-nuqqas ta' konformità skont il-punt (d) tal-paragrafu 3; |
(b) |
jissorveljaw ir-relazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet bejn l-operatur tas-sistema indipendenti u l-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-operatur tas-sistema indipendenti mal-obbligi tiegħu, u b'mod partikolari għandhom japprovaw kuntratti u jaġixxu bħala l-awtorità għas-soluzzjoni ta' tilwim bejn l-operatur tas-sistema indipendenti u l-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni fir-rigward ta' kwalunkwe lment imressaq minn kwalunkwe wieħed minnhom taħt l-Artikolu 60(2); |
(c) |
bla ħsara għall-proċedura skont il-punt (c) tal-Artikolu 44(2), għall-ewwel pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk, japprovaw l-ippjanar tal-investimenti u l-pjan pluriennali għall-iżvilupp tan-netwerk preżentati tal-anqas darba kull sentejn mill-operatur tas-sistema indipendenti; |
(d) |
jiżguraw li t-tariffi tal-aċċess għan-netwerk miġbura minn operaturi tas-sistema indipendenti jkunu jinkludu remunerazzjoni għall-proprjetarju tan-netwerk jew il-proprjetarji tan-netwerk li tipprovdi kumpens adegwat għall-użu tal-assi tan-netwerk u ta' kwalunkwe investiment ġdid fihom, sakemm ikunu magħmula ekonomikament u b'mod effiċjenti; |
(e) |
ikollhom s-setgħat li jwettqu spezzjonijiet, inklużi uħud mhux imħabbra fil-bini tal-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni u tal-operatur tas-sistema indipendenti; u |
(f) |
jissorveljaw l-użu ta' drittijiet ta' konġestjoni miġbura mill-operatur ta' sistema indipendenti taħt l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) 2019/943. |
6. Addizzjonalment għad-dmirijiet mogħtija u s-setgħat konferiti lilhom taħt il-paragrafi 1 u 3 ta' dan l-Artikolu, meta operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jkun inħatar skont it-Taqsima 3 tal-Kapitolu VI, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jingħataw għall-anqas id-dmirijiet u s-setgħat li ġejjin:
(a) |
li jimponu penali taħt il-punt (d) tal-paragrafu 3 għal kondotta diskriminatorja favur l-impriża integrata vertikalment; |
(b) |
jissorveljaw il-komunikazzjonijiet bejn l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u l-impriża integrata vertikalment sabiex tkun żgurata l-konformità tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni mal-obbligi tiegħu; |
(c) |
jaġixxu bħala awtoritajiet għas-soluzzjoni ta' tilwim bejn l-impriża integrata vertikalment u l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni fir-rigward ta' kull ilment ippreżentat taħt l-Artikolu 60(2); |
(d) |
jissorveljaw ir-relazzjonijiet kummerċjali u finanzjarji inkluż is-self bejn l-impriża integrata vertikalment u l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni; |
(e) |
japprovaw kull relazzjoni kummerċjali u finanzjarja bejn l-impriża integrata vertikalment u l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni bil-kondizzjoni li dawn jikkonformaw mal-kondizzjonijiet tas-suq; |
(f) |
jeżiġu ġustifikazzjoni mill-impriża integrata vertikalment meta jiġu notifikati mill-uffiċjal għall-konformità taħt l-Artikolu 50(4), tali ġustifikazzjoni inkluż, b' mod partikolari, l-evidenza li turi li ma seħħet ebda kondotta diskriminatorja għall-vantaġġ tal-impriża integrata vertikalment; |
(g) |
iwettqu spezzjonijiet, inklużi dawk mhux imħabbra, fuq il-post tal-impriża integrata vertikalment u tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni; u |
(h) |
jassenjaw il-kompiti kollha jew dawk speċifiċi tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni lil operatur tas-sistema indipendenti maħtur taħt l-Artikolu 44 fil-każ ta' ksur persistenti mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni tal-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva, partikolarment fil-każ ta' kondotta diskriminatorja ripetuta għall-benefiċċju tal-impriża integrata vertikalment. |
7. L-awtoritajiet regolatorji, ħlief fejn l-ACER hija kompetenti biex tistipula u tapprova t-termini u l-kondizzjonijiet jew il-metodoloġiji għall-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida skont il-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2019/943 skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2019/942 minħabba n-natura kkoordinata tagħhom, għandhom ikunu responsabbli għall-iffissar jew l-approvazzjoni fi żmien biżżejjed qabel ma jidħlu fis-seħħ għall-inqas tal-metodoloġiji nazzjonali użati sabiex jiġu kkalkulati jew stabbiliti t-termini u l-kondizzjonijiet għal:
(a) |
il-konnessjoni u l-aċċess għan-netwerks nazzjonali, inklużi t-tariffi għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni jew il-metodoloġiji tagħhom, dawk it-tariffi jew il-metodoloġiji għandhom jippermettu li l-investimenti meħtieġa fin-netwerks jsiru b'mod li jippermetti lil dawk l-investimenti jiżguraw il-vijabbiltà tan-netwerks; |
(b) |
il-provvediment ta' servizzi anċillari li għandhom jitwettqu bil-mod l-aktar ekonomiku possibbli u jipprovdu inċentivi xierqa biex l-utenti tan-netwerk jibbilanċjaw l-input u l-offtakes tagħhom, fejn tali servizzi anċillari għandhom jingħataw b'mod ġust u mhux diskriminatorju u jkunu msejsa fuq kriterji oġġettivi; u |
(c) |
aċċess għal infrastrutturi transkonfinali, inklużi l-proċeduri għall-allokazzjoni ta' kapaċità u l-immaniġġjar tal-konġestjoni. |
8. Il-metodoloġiji jew it-termini u l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 7 għandhom ikunu ppubblikati.
9. Bil-għan li tiżdied it-trasparenza fis-suq u l-partijiet ikkonċernati kollha jkollhom l-informazzjoni, deċiżjonijiet jew proposti meħtieġa għal deċiżjoni dwar it-tariffi ta' trażmissjoni u distribuzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 60(3), l-awtoritajiet regolatorji għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-metodoloġija dettaljata u l-ispejjeż sottostanti użati għall-kalkolu tat-tariffi rilevanti tan-netwerk, filwaqt li tinżamm il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjali sensittiva.
10. L-awtoritajiet regolatorji għandhom jimmonitorjaw l-immaniġġjar tal-konġestjoni tas-sistemi nazzjonali tal-elettriku inklużi l-interkonnessjonijiet, kif ukoll l-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-immaniġġjar tal-konġestjoni. Għal dak il-għan, l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni jew l-operaturi tas-suq għandhom iressqu r-regoli tagħhom dwar l-immaniġġjar tal-konġestjoni, anke dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità, lill-awtoritajiet regolatorji. L-awtoritajiet regolatorji jistgħu jitolbu emendi għal dawn ir-regoli.
Artikolu 60
Deċiżjonijiet u lmenti
1. L-awtoritajiet regolatorji għandu jkollhom l-awtorità li jirrikjedu lil operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni u lill-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni, jekk meħtieġ, li jimmodifikaw it-termini u l-kondizzjonijiet, inklużi t-tariffi u l-metodoloġiji msemmija fl-Artikolu 59 ta' din id-Direttiva, biex jaċċertaw li huma proporzjonati u applikati b'mod mhux diskriminatorju, f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2019/943. F'każ ta' dewmien rigward l-iffissar tat-tariffi ta' trażmissjoni u distribuzzjoni, l-awtoritajiet regolatorji għandu jkollhom is-setgħa li jiffissaw jew japprovaw tariffi jew metodoloġiji proviżorji ta' trażmissjoni u distribuzzjoni u li jiddeċiedu dwar il-miżuri xierqa ta' kumpens fil-każ li t-tariffi jew il-metodoloġiji finali ta' trażmissjoni u distribuzzjoni jiddevjaw minn dawn it-tariffi jew metodoloġiji proviżorji.
2. Kwalunkwe parti li jkollha lment kontra operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jew distribuzzjoni b'rabta mal-obbligi ta' dak l-operatur skont din id-Direttiva, tista' tirreferi l-ilment lill-awtorità regolatorja li, waqt li tkun qiegħda taġixxi bħala awtorità li ssolvi t-tilwim, għandha tagħti deċiżjoni fi żmien xahrejn minn meta tkun irċeviet l-ilment. Dan il-perjodu jista' jiġi estiż b'xahrejn oħra fejn tkun qiegħda tintalab informazzjoni addizzjonali mill-awtoritajiet regolatorji. Dan il-perjodu jista' jiġi estiż bil-qbil tal-persuna li tkun għamlet l-ilment. Id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja għandha jkollha effett obbligatorju kemm-il darba u sakemm tiġi rrevokata b'appell.
3. Kwalunkwe parti li tkun affettwata u li jkollha d-dritt li tressaq ilment dwar deċiżjoni fuq metodoloġiji meħuda skont l-Artikolu 59 jew, fejn l-awtorità regolatorja jkollha l-obbligu li tikkonsulta ruħha dwar it-tariffi jew il-metodoloġiji proposti, din tista', fi żmien xahrejn, jew f'perjodu iqsar kif deċiż mill-Istati Membri, wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni jew il-proposta għad-deċiżjoni, tissottometti l-ilment għal reviżjoni. Tali lment ma għandux ikollu effett sospensiv.
4. L-Istati Membri għandhom joħolqu mekkaniżmi adatti u effiċjenti għar-regolament, il-kontroll u t-trasparenza sabiex jiġi evitat abbuż ta' pożizzjoni dominanti, b'mod partikolari bi żvantaġġ għall-konsumaturi, u kwalunkwe aġir predatorju. Dawk il-mekkaniżmi għandhom jieħdu kont tad-dispożizzjonijiet tat-TFUE, u b'mod partikolari l-Artikolu 102 tiegħu.
5. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li jittieħdu l-passi adatti, inklużi azzjoni amministrattiva jew proċeduri kriminali konformement mal-liġi nazzjonali tagħhom, kontra l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli fejn ma jkunux ġew rispettati r-regoli tal-kunfidenzjalità imposti minn din id-Direttiva.
6. L-ilmenti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżerċitar tad-drittijiet tal-appell taħt il-liġi tal-Unjoni u/jew taħt il-liġi nazzjonali.
7. Id-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-awtoritajiet regolatorji għandhom ikunu motivati u ġustifikati għal kollox sabiex tkun tista' ssir reviżjoni ġuridika. Id-deċiżjonijiet għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku filwaqt li tinżamm il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjali sensittiva.
8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi adatti fuq il-livell nazzjonali li taħthom, entità affettwata minn deċiżjoni tal-awtorità nazzjonali regolatorja jkollha d-dritt tal-appell lil korp li huwa indipendenti mill-partijiet involuti u minn kull gvern.
Artikolu 61
Kooperazzjoni reġjonali bejn l-awtoritajiet regolatorji dwar kwistjonijiet transkonfinali
1. L-awtoritajiet regolatorji għandhom jikkooperaw mill-qrib u jikkonsultaw flimkien, b'mod partikolari fi ħdan l-ACER, u għandhom jipprovdu lil xulxin u lill-ACER, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex jaqdu l-kompiti tagħhom taħt din id-Direttiva. Fir-rigward tal-informazzjoni li tiġi skambjata, l-awtorità riċeventi għandha tiżgura l-istess livell ta' kunfidenzjalità bħal dik meħtieġa mill-awtorità mittenti tal-informazzjoni kkonċernata.
2. L-awtoritajiet regolatorji għandhom jikkooperaw tal-anqas f'livell reġjonali sabiex:
(a) |
jitħeġġeġ il-ħolqien ta' arranġamenti operattivi sabiex tkun possibbli l-aħjar ġestjoni tan-netwerk, jiġu promossi skambji konġunti tal-elettriku u l-allokazzjoni ta' kapaċità transkonfinali, u sabiex ikun possibbli livell xieraq ta' kapaċità ta' interkonnessjoni, anke permezz ta' interkonnessjonijiet ġodda, fir-reġjun u bejn ir-reġjuni sabiex jitħalla lok għall-iżvilupp ta' kompetizzjoni effettiva u t-titjib tas-sigurtà tal-provvista, bla ma jkun hemm diskriminazzjoni bejn il-fornituri fi Stati Membri differenti; |
(b) |
jikkoordinaw is-superviżjoni konġunta tal-entitajiet li jeżerċitaw funzjonijiet fuq livell reġjonali; |
(c) |
jikkoordinaw, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet involuti l-oħra, is-superviżjoni konġunta tal-valutazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u Ewropej tal-adegwatezza tar-riżorsi; |
(d) |
ikun ikkoordinat l-iżvilupp tal-kodiċijiet kollha tan-netwerks u l-linji gwida għall-operaturi rilevanti tas-sistemi ta' trażmissjoni u għal parteċipanti oħra fis-suq; u |
(e) |
ikun ikkoordinat l-iżvilupp tar-regoli li jiggvernaw l-immaniġġjar tal-konġestjoni. |
3. L-awtoritajiet regolatorji għandu jkollhom id-dritt li jikkonkludu ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' xulxin sabiex titħeġġeġ il-kooperazzjoni regolatorja.
4. L-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jitwettqu, fejn ikun il-każ, f'konsultazzjoni mill-qrib ma' awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra u mingħajr preġudizzju għall-kompetenza speċifika tagħhom.
5. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 67 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi linji gwida dwar il-limitu tal-kompiti tal-awtoritajiet regolatorji biex jikkooperaw flimkien u mal-ACER.
Artikolu 62
Dmirijiet u setgħat tal-awtoritajiet regolatorji fir-rigward ta' ċentri operazzjonali reġjonali
1. L-awtoritajiet regolatorji reġjonali tar-reġjun ta' operazzjoni tas-sistema fejn ikun stabbilit ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom, b'kooperazzjoni mill-qrib ma' xulxin:
(a) |
japprovaw il-proposta għall-istabbiliment ta' ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali f'konformità mal-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2019/943; |
(b) |
japprovaw l-ispejjeż relatati mal-attivitajiet taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali, li għandhom ikunu responsabbli għalihom l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni u għandhom jitqiesu fil-kalkolu tat-tariffi, dment li jkunu raġonevoli u xierqa; |
(c) |
japprovaw il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet b'mod kooperattiv; |
(d) |
jiżguraw li ċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jkunu mgħammra bir-riżorsi umani, tekniċi, fiżiċi u finanzjarji kollha meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva u biex iwettqu l-kompiti tagħhom b'mod indipendenti u imparzjali; |
(e) |
jipproponu, flimkien ma' awtoritajiet regolatorji oħra ta' reġjun ta' operazzjoni tas-sistema, kompiti u setgħat addizzjonali li għandhom jiġu assenjati liċ-ċentri operazzjonali reġjonali mill-Istati Membri tar-reġjun ta' operazzjoni tas-sistema; |
(f) |
jiżguraw il-konformità mal-obbligi skont din id-Direttiva u liġi rilevanti oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwistjonijiet transkonfinali u jikkonsultaw sabiex b'mod konġunt jidentifikaw in-nonkonformità taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali mal-obbligi rispettivi tagħhom; fejn l-awtoritajiet regolatorji ma rnexxilhomx jilħqu qbil fi żmien erba' xhur wara l-bidu tal-konsultazzjonijiet sabiex b'mod konġunt jidentifikaw in-nonkonformità, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-ACER għal deċiżjoni, skont l-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942; |
(g) |
jimmonitorjaw il-prestazzjoni tal-koordinazzjoni tas-sistema u jirrapportaw kull sena lill-ACER f'dan ir-rigward f'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2019/943. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji jingħatawlhom is-setgħat li jippermettulhom iwettqu l-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 b'mod effiċjenti u mingħajr dewmien. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet regolatorji għandu jkollhom għall-anqas dawn is-setgħat:
(a) |
li jitolbu informazzjoni miċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali; |
(b) |
li jwettqu spezzjonijiet, inklużi dawk mhux imħabbra, fil-proprjetà taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali; |
(c) |
li joħorġu deċiżjonijiet vinkolanti konġunti fuq iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali. |
3. L-awtorità regolatorja li tinsab fl-Istat Membru fejn iċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali jkollu s-sede tiegħu għandu jkollha s-setgħa li timponi penali effikaċi, proporzjonati u dissważivi fuq ċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali fejn dan ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu fl-ambitu ta' din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) 2019/943 jew kwalunkwe deċiżjoni rilevanti legalment obbligatorja tal-awtoritajiet regolatorji jew tal-ACER, jew għandu jkollha s-setgħa li tipproponi li qorti kompetenti timponi tali penali.
Artikolu 63
Konformità mal-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida
1. Kwalunkwe awtorità regolatorja u l-Kummissjoni jistgħu jitolbu l-opinjoni tal-ACER dwar il-konformità ta' deċiżjoni meħuda minn awtorità regolatorja mal-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida msemmija f'din id-Direttiva jew fil-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2019/943.
2. L-ACER għandha tagħti l-opinjoni tagħha lill-awtorità regolatorja li tkun talbitha jew lill-Kummissjoni, rispettivament, u lill-awtorità regolatorja li tkun ħadet id-deċiżjoni kkonċernata fi żmien tliet xhur mid-data ta' riċeviment tat-talba.
3. Fejn l-awtorità regolatorja li tkun ħadet deċiżjoni ma tikkonformax mal-opinjoni tal-ACER fi żmien erba' xhur mid-data ta' riċezzjoni tal-opinjoni, l-ACER għandha tgħarraf lill-Kummissjoni b'dan.
4. Kwalunkwe awtorità regolatorja tista' tinforma lill-Kummissjoni fejn tqis li deċiżjoni rilevanti għall-kummerċ transkonfinali meħuda minn awtorità regolatorja oħra ma tikkonformax mal-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida msemmija f'din id-Direttiva jew fil-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2019/943 fi żmien xahrejn mid-data ta' dik id-deċiżjoni.
5. Fejn il-Kummissjoni, fi żmien xahrejn minn meta tkun ġiet infurmata mill-ACER taħt il-paragrafu 3 jew minn awtorità regolatorja taħt il-paragrafu 4, u fuq l-inizjattiva tagħha stess fi żmien tliet xhur mid-data tad-deċiżjoni, issib li d-deċiżjoni ta' awtorità regolatorja tqajjem dubji serji dwar il-kompatibbiltà tagħha mal-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida msemmija f'din id-Direttiva jew fil-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2019/943, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li teżamina l-każ b'mod ulterjuri. F'każ bħal dan, għandha tistieden lill-awtorità regolatorja u lill-parteċipanti fil-proċedimenti quddiem l-awtorità regolatorja biex iressqu l-osservazzjonijiet.
6. Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li teżamina aktar il-każ, hija għandha, fi żmien ta' mhux aktar minn erba' xhur mid-data tat-tali deċiżjoni, toħroġ deċiżjoni finali:
(a) |
li ma tqajjimx oġġezzjonijiet kontra d-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja; jew |
(b) |
li tesiġi li l-awtorità regolatorja kkonċernata tirtira d-deċiżjoni tagħha jekk tqis minħabba li ma kienx hemm konformità mal-kodiċijiet tan-netwerk u mal-linji gwida. |
7. Fejn il-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni biex teżamina aktar il-każ jew deċiżjoni finali fil-limitu ta' żmien stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6 rispettivament, għandu jitqies li ma qajmitx oġġezzjonijiet kontra d-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja.
8. L-awtorità regolatorja għandha tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li titlobha sabiex tirtira d-deċiżjoni tagħha f'xahrejn u għandha tinforma lill-Kummissjoni kif meħtieġ.
9. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 67 li jissupplimenta din id-Direttiva billi tfassal linji gwida li jistabbilixxu id-dettalji tal-proċedura li għandha tiġi segwita għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 64
Żamma ta' reġistri
1. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-fornituri jżommu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, inklużi l-awtoritajiet regolatorji, l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u l-Kummissjoni, għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, għal mill-anqas ħames snin, id-data rilevanti fir-rigward tat-tranżazzjonijiet kollha fil-kuntratti tal-provvista tal-elettriku u d-derivattivi elettriċi ma' klijenti bl-ingrossa u operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni.
2. Id-data għandha tinkludi dettalji dwar karatteristiċi finanzjarji, bħal tul ta' żmien, regoli dwar il-forniment u l-għeluq tat-tranżazzjonijiet rilevanti, il-kwantità, id-dati u l-ħinijiet tal-eżekuzzjoni u l-prezzijiet tat-tranżazzjoni, u l-mezzi għall-identifikazzjoni tal-klijent bl-ingrossa kkonċernat, kif ukoll dettalji speċifiċi dwar il-pożizzjonijiet kollha miftuħin fil-kuntratti tal-provvista tal-elettriku u tad-derivattivi tal-elettriku.
3. L-awtoritajiet regolatorji jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli lill-parteċipanti fis-suq, l-elementi ta' din l-informazzjoni, sakemm ma tiġix rilaxxata xi informazzjoni li tkun kummerċjalment sensittiva dwar atturi individwali fis-suq jew dwar tranżazzjonijiet individwali. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-informazzjoni dwar l-istrumenti finanzjarji li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2014/65/UE.
4. Dan l-Artikolu ma għandux joħloq obbligi addizzjonali vis-à-vis l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għall-entitajiet li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2014/65/UE.
5. Fil-każ li l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jeħtieġu aċċess għad-data miżmuma mill-entitajiet li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2014/65/UE, l-awtoritajiet responsabbli taħt dik id-Direttiva għandhom jipprovdu dawk l-awtoritajiet bid-data meħtieġa.
KAPITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 65
Kondizzjonijiet ugwali tal-kompetizzjoni
1. Il-miżuri li l-Istati Membri jistgħu jieħdu taħt din id-Direttiva sabiex jiżguraw kondizzjonijiet ugwali tal-kompetizzjoni għandhom ikunu kompatibbli mat-TFUE, b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu, u l-liġi tal-Unjoni.
2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu proporzjonati, nondiskriminatorji u trasparenti. Dawn il-miżuri jista' jibda jkollhom effett biss wara n-notifika lill-Kummissjoni u l-approvazzjoni tagħha.
3. Il-Kummissjoni għandha taġixxi fir-rigward tan-notifika msemmija fil-paragrafu 2 fi żmien xahrejn minn meta tasal in-notifika. Dak il-perjodu għandu jibda l-għada li tasal l-informazzjoni kollha. Jekk il-Kummissjoni ma taġixxix fi żmien dan il-perjodu ta' xahrejn, il-Kummissjoni għandha titqies li ma tqajjimx oġġezzjonijiet għall-miżuri notifikati.
Artikolu 66
Derogi
1. L-Istati Membri li jistgħu juru li hemm problemi sostanzjali għall-operazzjoni tas-sistemi konnessi żgħar tagħhom u sistemi iżolati żgħar, jistgħu japplikaw lill-Kummissjoni għal derogi mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikoli 7 u 8 u tal-Kapitoli IV, V, u VI.
Sistemi iżolati żgħar u Franza, għall-fini ta' Korsika, jistgħu japplikaw ukoll għal deroga mill-Artikoli 4, 5 u 6.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar tali applikazzjonijiet qabel ma tittieħed xi deċiżjoni, waqt li jkun kunsidrat ir-rispett lejn il-kunfidenzjalità.
2. Id-derogi mogħtija mill-Kummissjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu limitati fiż-żmien u soġġetti għal kondizzjonijiet li għandhom l-għan li jżidu l-kompetizzjoni u l-integrazzjoni fis-suq intern u li jiżguraw li d-derogi ma jfixklux it-tranżizzjoni lejn enerġija rinnovabbli, aktar flessibilità, ħżin tal-enerġija, elettromobbiltà u rispons għad-domanda.
Għal reġjuni ultraperiferiċi fis-sens tal-Artikolu 349 TFUE, li ma jistgħux jiġu interkonnessi mas-swieq tal-Unjoni għall-elettriku, id-deroga ma għandhiex tkun limitata fiż-żmien u għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet maħsubin biex jiżguraw li d-deroga ma tfixkilx it-tranżizzjoni lejn enerġija rinnovabbli.
Id-deċiżjonijiet li jagħtu derogi għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
3. L-Artikolu 43 ma għandux japplika għal Ċipru, il-Lussemburgu u Malta. Barra minn hekk, l-Artikoli 6 u 35 ma għandhomx japplikaw għal Malta u l-Artikoli 44, 45, 46, 47, 48, 49, 50 u 52 ma għandhomx japplikaw għal Ċipru.
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 43(1), in-nozzjoni “impriża li taqdi kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew ta' provvista” ma għandhiex tinkludi l-klijenti finali li jaqdu xi waħda mill-funzjonijiet tal-ġenerazzjoni u/jew tal-provvista tal-elettriku, kemm direttament kif ukoll permezz ta' impriżi li għandhom kontroll fuqhom, kemm individwalment jew b'mod konġunt, sakemm il-klijenti finali inkluż l-ishma tagħhom tal-elettriku prodott f'impriżi kontrollati huma, fuq medja annwali, konsumaturi netti tal-elettriku u sakemm il-valur ekonomiku tal-elettriku li jbiegħu lil partijiet terzi huwa insinifikanti proporzjonalment għall-operazzjonijiet kummerċjali l-oħra tagħhom.
4. Sal-1 ta' Jannar 2025, jew sa data aktar tard stabbilita f'deċiżjoni skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 5 ma għandux japplika għal Ċipru u Korsika.
5. L-Artikolu 4 ma għandux japplika għal Malta sal-5 ta' Lulju 2027. Dak il-perjodu jista' jiġi estiż għal perjodu addizzjonali ieħor li ma jaqbiżx tmien snin. L-estensjoni għal perjodu addizzjonali ieħor għandha ssir permezz ta' deċiżjoni skont paragrafu 1.
Artikolu 67
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
2. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 61(5) u fl-Artikolu 63(9) għal perjodu ta' żmien mhux determinat mill-4 ta' Lulju 2019.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 61(5) u fl-Artikolu 63(9) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħat speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 61(5) u l-Artikolu 63(9) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 68
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 69
Monitoraġġ, rieżami u rappurtar mill-Kummissjoni
1. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tirreżamina limplimentazzjoni ta' din id-Direttiva u għandha tissottometti rapport ta' progress lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bħala anness għar-Rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1999.
2. Sal-31 ta' Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Jekk xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva flimkien mar-rapport jew wara li tippreżenta r-rapport.
B'mod partikolari, ir-rieżami tal-Kummissjoni għandu jivvaluta jekk il-klijenti, speċjalment dawk li huma vulnerabbli jew li jinsabu f'qagħda ta' faqar enerġetiku, humiex protetti b'mod adegwat skont din id-Direttiva.
Artikolu 70
Emendi għad-Direttiva 2012/27/UE
Id-Direttiva 2012/27/UE hija emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
fl-Artikolu 11, it-titolu jinbidel b'dan li ġej: “Spiża tal-aċċess għal informazzjoni dwar arloġġi u kontijiet għall-gass naturali”; |
(4) |
fl-Artikolu 13, il-kliem “Artikoli 7 sa 11” jinbidlu bil-kliem “Artikoli 7 sa 11a”; |
(5) |
l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
fl-Anness VII, it-titolu jinbidel b'dan li ġej: “Rekwiżiti minimi għall-kontijiet u informazzjoni fil-kontijiet fuq il-bażi tal-konsum proprju ta' gass naturali”. |
Artikolu 71
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 2 sa 5, l-Artikolu 6(2) u (3), l-Artikolu 7(1), il-punt (j) u (l) tal-Artikolu 8(2), l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 10(2) sa (12), l-Artikoli 11 sa 24, l-Artikoli 26, 28 u 29, l-Artikoli 31 sa 34 u 36, l-Artikolu 38(2), l-Artikoli 40 u 42, il-punt (d) tal-Artikolu 46(2), l-Artikoli 51 u 54, l-Artikoli 57 sa 59, l-Artikoli 61 sa 63, il-punti 1 sa 3, 5(b) u 6 tal-Artikolu 70 u l-Annessi I u II sal-31 ta' Diċembru 2020. Għandhom jgħaddu minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Madankollu, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma':
(a) |
il-punt (5)(a) tal-Artikolu 70 sal-31 ta' Diċembru 2019; |
(b) |
il-punt (4) tal-Artikolu 70 sal-25 ta' Ottubru 2020. |
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom ukoll jinkludu dikjarazzjoni li fiha jingħad li referenzi għad-Direttivi mħassra minn din id-Direttiva fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza u kif għandha ssir dik id-dikjarazzjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 72
Tħassir
Id-Direttiva 2009/72/KE titħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2021, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri dwar il-limitu taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-data tal-applikazzjoni tad-Direttiva stipulati fl-Anness III.
Ir-riferenzi magħmula għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw konformement mat-tabella tal-korrelazzjoni stipulata fl-Anness IV.
Artikolu 73
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7 (2) sa (5), l-Artikolu 8(1), il-punti (a) sa (i) u (k) tal-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 8(3) u (4), l-Artikolu 9(1), (3), (4) u (5), l-Artikolu 10(2) sa (10), l-Artikoli 25, 27, 30, 35, u 37, l-Artikolu 38(1), (3) u (4), l-Artikoli 39, 41, 43, 44 u 45, l-Artikolu 46(1), il-punti (a), (b) u (c) u (e) sa (h) tal-Artikolu 46(2), l-Artikolu 46(3) sa (6), l-Artikolu 47 sa 50, l-Artikoli 52, 53, 55, 56, 60, 64 u 65 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2021.
Il-punti (1) sa (3), (5)(b) u (6) tal-Artikolu 70 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2021.
Il-punt (5)(a) tal-Artikolu 70 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2020.
Il-punt (4) tal-Artikolu 70 għandu japplika mis-26 ta' Ottubru 2020.
Artikolu 74
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Ġunju 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(1) ĠU C 288, 31.8.2017, p. 91.
(2) ĠU C 342, 12.10.2017, p. 79.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2019.
(4) Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).
(5) Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta' l-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE (ĠU L 176, 15.7.2003, p. 37) imħassra u ssostitwita b'effett mit-2 ta' Marzu 2011 permezz tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar d-Direttiva 2003/54/KE ( ĠU L 211, 14.8.2009, p.55).
(6) Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (ara l-paġna 54 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(7) Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
(8) Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
(9) Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ara l-paġna 22 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(10) Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94).
(11) ĠU L 198, 20.7.2006, p. 18.
(12) Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(13) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(14) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011, li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(15) ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
(16) Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(17) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014 tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar ir-rappurtar tad-data li jimplimenta l-Artikolu 8(2) u 8(6) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (ĠU L 363, 18.12.2014, p. 121).
(18) Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(19) Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p.82).
(20) Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).
(21) Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29).
(22) Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).
(23) Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63).
(24) Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1485 tat-2 ta' Awwissu 2017 li jistabbilixxi linja gwida dwar it-tħaddim tas-sistema ta' trażmissjoni tal-elettriku (ĠU L 220, 25.8.2017, p. 1).
(25) Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1).
(26) Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46).
ANNESS I
REKWIŻITI MINIMI GĦALL-ĦRUĠ TAL-KONTIJIET U INFORMAZZJONI DWAR IL-KONTIJIET
1. Informazzjoni minima li għandha tiġi inkluża fil-kont u fl-informazzjoni dwar il-kont.
1.1 |
L-informazzjoni ewlenija li ġejja għandha tintwera b'mod prominenti lill-klijenti finali fil-kontijiet tagħhom, separata b'mod distint minn partijiet oħra tal-kont:
|
1.2 |
L-informazzjoni ewlenija li ġejja għandha tintwera b'mod prominenti lill-klijenti finali fil-kontijiet u fl-informazzjoni dwar il-kont tagħhom, separata b'mod distint minn partijiet oħra tal-kont u tal-informazzjoni dwar il-kont;
|
1.3 |
Fejn il-kontijiet huma bbażati fuq konsum attwali jew il-qari mill-bogħod mill-operatur, l-informazzjoni li ġejja għandha tkun disponibbli lill-klijenti finali, fil-kontijiet tagħhom u fil-kontijiet ta' saldu perjodiċi, flimkien magħhom jew f'referenza għalihom:
|
2. Il-frekwenza tal-ħruġ tal-kontijiet u l-għoti ta' informazzjoni dwar il-kontijiet:
(a) |
il-ħruġ tal-kontijiet abbażi tal-konsum reali għandu jsir tal-anqas darba fis-sena; |
(b) |
fejn il-klijent finali ma jkollux miter li jippermetti lill-operatur li jaqrah mill-bogħod, jew fejn il-konsumatur finali jkun għażel b'mod attiv li jwaqqaf l-qari mill-bogħod f'konformità mal-liġi nazzjonali, l-informazzjoni preċiża dwar il-kontijiet abbażi tal-konsum reali għandha tkun disponibbli għall-klijent finali ta' lanqas kull sitt xhur, jew darba kull tliet xhur fuq talba jew fejn il-klijent finali għażel li jirċievi l-ħruġ tal-kontijiet b'mod elettroniku; |
(c) |
fejn il-klijent finali ma jkollux miter li jippermetti lill-operatur li jaqrah mill-bogħod, jew fejn il-konsumatur finali jkun għażel b'mod attiv li jwaqqfu l-qari mill-bogħod f'konformità mal-liġi nazzjonali, l-obbligi fil-punti (a) u (b) jistgħu jiġu ssodisfatti permezz ta' sistema ta' qari tal-konsum proprju mill-klijenti finali b'mod regolari, li permezz tiegħu l-klijent finali jikkomunika l-qari mill-miter lill-operatur; kontijiet jew l-informazzjoni dwar il-kontijiet tista' tkun bbażata fuq konsum stmat jew rata fissa biss meta l-klijent finali ma pprovdix qari mill-miter għal perjodu partikolari għall-kontijiet; |
(d) |
fejn il-klijent finali jkollu miter li jippermetti l-qari mill-bogħod mill-operatur, l-informazzjoni preċiża dwar il-kontijiet abbażi tal-konsum reali għandha tiġi pprovduta tal-anqas kull xahar; tali informazzjoni tista' wkoll issir disponibbli permezz tal-internet, u għandha tiġi aġġornata sikwit skont kif jippermetti l-apparat u s-sistemi ta' kejl użati. |
3. Tqassim tal-prezz tal-klijent finali
Il-prezz tal-klijent huwa t-total tat-tliet komponenti li ġejjin: il-komponent tal-enerġija u l-provvista, il-komponent tan-netwerk (trażmissjoni u distribuzzjoni) u l-komponent li jinkorpora t-taxxi, is-sisa, it-tariffi u l-imposti.
Fejn it-tqassim tal-prezz tal-klijent finali jiġi ppreżentat fil-kontijiet, id-definizzjonijiet komuni tat-tliet komponenti f'dak it-tqassim, stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 2016/1952 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), għandhom jintużaw fl-Unjoni kollha.
4. Aċċess għal informazzjoni komplementari dwar il-konsum storiku
L-Istati Membri għandhom jeżiġu li, sa fejn tkun disponibbli dik l-informazzjoni komplementari dwar il-konsum storiku, tali informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni, fuq talba tal-klijent finali, lill-fornitur jew fornitur tas-servizzi maħtur mill-klijent finali.
Fejn il-klijent finali jkollu installat miter li jippermetti l-qari mill-bogħod mill-operatur, il-klijent finali għandu jkollu aċċess faċli għal informazzjoni komplementari dwar il-konsum storiku biex b'hekk ikun jista' jwettaq awtokontrolli dettaljati.
L-informazzjoni komplementari dwar il-konsum storiku għandha tinkludi:
(a) |
data kumulattiva għal mill-anqas it-tliet snin preċedenti jew il-perjodu mill-bidu tal-kuntratt tal-provvista tal-elettriku, jekk dak il-perjodu jkun iqsar. Id-data għandha tikkorrispondi għall-perijodi li għalihom ġiet prodotta informazzjoni frekwenti dwar kontijiet; u |
(b) |
data dettaljata skont il-ħin tal-użu għal kwalunkwe ġurnata, ġimgħa, xahar u sena li ssir disponibbli lill-klijent finali mingħajr dewmien permezz tal-internet jew l-interfaċċja tal-miter, li tkopri l-perjodu ta' mill-anqas 24 xahar preċedenti jew il-perjodu mill-bidu tal-kuntratt tal-provvista tal-elettriku jekk dak il-perjodu jkun iqsar. |
5. Divulgazzjoni tas-sorsi tal-enerġija
Il-fornituri għandhom jispeċifikaw fil-kontijiet, il-kontribuzzjoni għal kull sors tal-enerġija għall-elettriku mixtri mill-klijent finali skont il-kuntratt tal-provvista tal-elettriku (divulgazzjoni fuq il-livell tal-prodott).
L-informazzjoni li ġejja għandha tkun disponibbli lill-klijenti finali fi, ma', jew indikata b'mod ċar fil-kontijiet u l-informazzjoni dwar il-kontijiet tagħhom:
(a) |
il-kontribuzzjoni ta' kull sors tal-enerġija lejn it-taħlita ġenerali tal-enerġija tal-fornitur (fil-livell nazzjonali, jiġifieri fl-Istat Membru fejn ikun ġie konkluż il-kuntratt tal-provvista tal-elettriku, kif ukoll fil-livell tal-fornitur jekk il-fornitur huwa attiv f'diversi Stati Membri) matul is-sena ta' qabel b'mod komprensibbli u komparabbli b'mod ċar; |
(b) |
l-informazzjoni dwar l-impatt ambjentali, f'termini ta' mill-anqas tal-emissjonijiet ta' CO2 u l-iskart radjuattiv li jkun ġej mill-elettriku prodott mit-taħlita ġenerali tal-enerġija tal-fornitur matul is-sena preċedenti. |
Rigward il-punt (a) tat-tieni subparagrafu fir-rigward tal-elettriku miksub permezz ta' elettriku skambjat jew importat minn impriża li tkun tinsab barra l-Unjoni, jistgħu jintużaw figuri aggregati pprovduti mill-iskambju jew mill-impriża inkwistjoni matul is-sena preċedenti.
Għad-divulgazzjoni tal-elettriku mill-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, jistgħu jintużaw garanziji tal-oriġini maħruġa skont l-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 2012/27/UE. L-iżvelar tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli għandha ssir bl-użu tal-garanziji tal-oriġini, għajr għall-każijiet stipulati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 19(8) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.
L-awtorità regolatorja jew awtorità kompetenti nazzjonali oħra għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jassiguraw li l-informazzjoni mogħtija mill-fornituri lill-klijenti tagħhom skont dan il-punt hija ta' min joqgħod fuqha u hija provduta, f'livell nazzjonali, b'mod komparabbli biċ-ċar bejn l-Istati Membri.
(1) Regolament (UE) 2016/1952 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-istatistika Ewropea tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku li jħassar id-Direttiva 2008/92/KE (ĠU L 311, 17.11.2016, p. 1).
ANNESS II
SISTEMI TA' KEJL INTELLIĠENTI
1. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-introduzzjoni ta' sistemi ta' kejl intelliġenti fit-territorji tagħhom li tista' tkun suġġetta għal evalwazzjoni ekonomika tal-ispejjeż u l-benefiċċji kollha fuq tul ta' żmien għas-suq u għall-konsumatur individwali jew skont liema forma ta' kejl intelliġenti tkun ekonomikament raġonevoli u effiċjenti f'sens ta' nfiq u liema perjodu ta' żmien ikun fattibbli għad-distribuzzjoni tagħhom. |
2. |
Evalwazzjoni bħal din għandha tqis il-metodoloġija għal valutazzjoni tal-kost-benefiċċji u l-funzjonalitajiet minimi għal sistemi ta' kejl intelliġenti pprovduti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2012/148/UE (1) kif ukoll l-aqwa tekniki disponibbli biex jiġu żgurati l-ogħla livelli ta' ċibersigurtà u protezzjoni tad-data. |
3. |
Soġġett għal dik l-evalwazzjoni, l-Istati Membri jew fejn Stat Membru jkun ippreveda hekk, l-awtorità kompetenti maħtura, għandha tħejji kalendarju b'mira sa għaxar snin għall-implimentazzjoni ta' sistemi ta' kejl intelliġenti. Fejn l-introduzzjoni ta' sistemi ta' kejl intelliġenti tingħata evalwazzjoni pożittiva, tal-anqas 80 % tal-klijenti finali għandhom jingħataw miters intelliġenti jew fi żmien seba' snin mid-data tal-evalwazzjoni pożittiva jew sal-2024 għal dawk l-Istati Membri li jkunu bdew l-introduzzjoni sistematika ta' sistemi ta' kejl intelliġenti qabel l-4 ta' Lulju 2019. |
(1) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2012/148/UE tad- 9 ta' Marzu 2012 dwar it-tħejjijiet għall-introduzzjoni ta' sistemi ta' metraġġ intelliġenti (ĠU L 73, 13.3.2012, p. 9).
ANNESS III
SKADENZA GĦAT-TRASPOŻIZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI U D-DATA TA' APPLIKAZZJONI
(IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 72)
Direttiva |
Limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni |
Data tal-applikazzjoni |
Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
3 ta' Marzu 2011 |
3 ta' Settembru 2009 |
ANNESS IV
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
Direttiva 2009/72/KE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
— |
Artikolu 3 |
Artikolu 33 u Artikolu 41 |
Artikolu 4 |
— |
Artikolu 5 |
Artikolu 32 |
Artikolu 6 |
Artikolu 34 |
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
— |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 9(1) |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 9(2) |
Artikolu 3(6) |
Artikolu 9(3) |
Artikolu 3(15) |
Artikolu 9(4) |
Artikolu 3(14) |
Artikolu 9(5) |
Artikolu 3(16) |
— |
Artikolu 3(4) |
Artikolu 10(1) |
Anness I. 1(a) |
Artikolu 10(2) u (3) |
Anness I. 1(b) |
Artikolu 10(4) |
Anness I. 1(c) |
Artikolu 10(5) |
Anness I. 1(d) |
Artikolu 10(6) u (8) |
— |
Artikolu 10(7) |
Anness I. 1(f) |
Artikolu 10(9) |
Anness I. 1(g) |
Artikolu 10(10) |
Artikolu 3(7) |
Artikolu 10(11) |
Anness I. 1(j) |
Artikolu 10(12) |
Artikolu 3(10) |
— |
Artikolu 4 |
— |
Artikolu 5 |
— |
Artikolu 6 |
— |
— |
Artikolu 11 |
Artikolu 3(5)(a) u l-Anness I. 1(e) |
Artikolu 12 |
— |
Artikolu 13 |
— |
Artikolu 14 |
— |
Artikolu 15 |
— |
Artikolu 16 |
— |
Artikolu 17 |
— |
Artikolu 18 |
Artikolu 3(11) |
Artikolu 19(1) |
— |
Artikolu 19(2) sa (6) |
— |
Artikolu 20 |
— |
Artikolu 21 |
— |
Artikolu 22 |
— |
Artikolu 23 |
— |
Artikolu 24 |
Artikolu 3(12) |
Artikolu 25 |
Artikolu 3(13) |
Artikolu 26 |
Artikolu 3(3) |
Artikolu 27 |
Artikolu 3(7) |
Artikolu 28(1) |
Artikolu 3(8) |
Artikolu 28(2) |
— |
Artikolu 29 |
Artikolu 24 |
Artikolu 30 |
Artikolu 25 |
Artikolu 31 |
— |
Artikolu 32 |
— |
Artikolu 33 |
— |
Artikolu 34 |
Artikolu 26 |
Artikolu 35 |
— |
Artikolu 36 |
Artikolu 27 |
Artikolu 37 |
Artikolu 28 |
Artikolu 38 |
Artikolu 29 |
Artikolu 39 |
Artikolu 12 |
Artikolu 40(1) |
— |
Artikolu 40(2) sa (8) |
Artikolu 16 |
Artikolu 41 |
Artikolu 23 |
Artikolu 42 |
Artikolu 9 |
Artikolu 43 |
Artikolu 13 |
Artikolu 44 |
Artikolu 14 |
Artikolu 45 |
Artikolu 17 |
Artikolu 46 |
Artikolu 18 |
Artikolu 47 |
Artikolu 19 |
Artikolu 48 |
Artikolu 20 |
Artikolu 49 |
Artikolu 21 |
Artikolu 50 |
Artikolu 22 |
Artikolu 51 |
Artikolu 10 |
Artikolu 52 |
Artikolu 11 |
Artikolu 53 |
— |
Artikolu 54 |
Artikolu 30 |
Artikolu 55 |
Artikolu 31 |
Artikolu 56 |
Artikolu 35 |
Artikolu 57 |
Artikolu 36 |
Artikolu 58 |
Artikolu 37(1) |
Artikolu 59(1) |
Artikolu 37(2) |
Artikolu 59(2) |
Artikolu 37(4) |
Artikolu 59(3) |
— |
Artikolu 59(4) |
Artikolu 37(3) |
Artikolu 59(5) |
Artikolu 37(5) |
Artikolu 59(6) |
Artikolu 37(6) |
Artikolu 59(7) |
Artikolu 37(8) |
— |
Artikolu 37(7) |
Artikolu 59(8) |
— |
Artikolu 59(9) |
Artikolu 37(9) |
Artikolu 59(10) |
Artikolu 37(10) |
Artikolu 60(1) |
Artikolu 37(11) |
Artikolu 60(2) |
Artikolu 37(12) |
Artikolu 60(3) |
Artikolu 37(13) |
Artikolu 60(4) |
Artikolu 37(14) |
Artikolu 60(5) |
Artikolu 37(15) |
Artikolu 60(6) |
Artikolu 37(16) |
Artikolu 60(7) |
Artikolu 37(17) |
Artikolu 60(8) |
Artikolu 38 |
Artikolu 61 |
— |
Artikolu 62 |
Artikolu 39 |
Artikolu 63 |
Artikolu 40 |
Artikolu 64 |
Artikolu 42 |
— |
Artikolu 43 |
Artikolu 65 |
Artikolu 44 |
Artikolu 66 |
Artikolu 45 |
— |
— |
Artikolu 67 |
Artikolu 46 |
Artikolu 68 |
Artikolu 47 |
Artikolu 69 |
— |
Artikolu 70 |
Artikolu 49 |
Artikolu 71 |
Artikolu 48 |
Artikolu 72 |
Artikolu 50 |
Artikolu 73 |
Artikolu 51 |
Artikolu 74 |
— |
Anness I, punti 1 sa 4 |
Artikolu 3(9) |
Anness I. 5 |
Anness I.2 |
Anness II |
— |
Anness III |
— |
Anness IV |