This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019L0369
Commission Delegated Directive (EU) 2019/369 of 13 December 2018 amending the Annex to Council Framework Decision 2004/757/JHA as regards the inclusion of new psychoactive substances in the definition of ‘drug’
Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/369 tat-13 ta' Diċembru 2018 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI rigward l-inklużjoni ta' sustanzi psikoattivi ġodda fid-definizzjoni ta' “droga”
Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/369 tat-13 ta' Diċembru 2018 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI rigward l-inklużjoni ta' sustanzi psikoattivi ġodda fid-definizzjoni ta' “droga”
C/2018/8460
ĠU L 66, 7.3.2019, p. 3–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32004F0757 | Żieda | anness punt 13 | 27/03/2019 | |
Modifies | 32004F0757 | Żieda | anness punt 14 | 27/03/2019 | |
Modifies | 32004F0757 | Żieda | anness punt 15 | 27/03/2019 | |
Modifies | 32004F0757 | Żieda | anness punt 16 | 27/03/2019 |
7.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 66/3 |
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/369
tat-13 ta' Diċembru 2018
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI rigward l-inklużjoni ta' sustanzi psikoattivi ġodda fid-definizzjoni ta' “droga”
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2017/2103 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI sabiex id-definizzjoni ta' “droga” tinkludi sustanzi psikoattivi ġodda u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 3(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI (2) fih lista ta' sustanzi li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' droga taħt il-punt 1(b) tal-Artikolu 1 ta' dik id-Deċiżjoni Kwadru. |
(2) |
L-Anness tad-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI żdied bid-Direttiva (UE) 2017/2103. Jelenka s-sustanzi psikoattivi ġodda kollha li kienu soġġetti għal miżuri ta' kontroll u pieni kriminali skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI (3) qabel ma ġiet adottata d-Direttiva (UE) 2017/2103. |
(3) |
Id-Direttiva (UE) 2017/2103 ħassret id-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI b'effett mit-23 ta' Novembru 2018. Mill-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/2103 sat-23 ta' Novembru 2018, ħames sustanzi psikoattivi ġodda ġew soġġetti għal miżuri ta' kontroll u pieni kriminali taħt id-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI. Madankollu, dawk is-sustanzi psikoattivi ġodda għadhom ma ġewx inklużi fl-Anness tad-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI. |
(4) |
Għaldaqstant, minħabba li d-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI tħassret, jenħtieġ li s-sustanzi psikoattivi ġodda li ġejjin jiġu inklużi fl-Anness tad-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI:
|
(5) |
L-Irlanda hija marbuta bid-Direttiva (UE) 2017/2103 u għaldaqstant qed tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta'din id-Direttva delegata. |
(6) |
Ir-Renju Unit mhuwiex marbut bid-Direttiva (UE) 2017/2103 u għaldaqstant mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva delegata u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha. |
(7) |
Id-Danimarka mhijiex marbuta bid-Direttiva (UE) 2017/2103 u għaldaqstant mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva delegata u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(8) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emenda għad-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI
Dan li ġej jiżdied mal-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI:
“13. |
N-fenil-N-[1-(2-feniletil)piperidin-4-yl]furan-2-karbossamid (furanilfentanil), kif imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2170 (*1). |
14. |
N-(1-ammino-3,3-dimetil-1-ossobutan-2-il)-1-(ċikloessilmetil)-1H-indażolu-3-karbossamid (ADB-CHMINACA), kif imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/747 (*2). |
15. |
1-(4-cyanobutyl)-N-(2-fenilpropan-2-yl)-1H-indazol-3-karbossamid (CUMYL-4CN-BINACA), kif imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/748 (*3). |
16. |
N-fenil-N-[1-(2-fenilethil)piperidin-4-il]ċiklopropankarbossamid (ċiklopropilfentanil) and 2-metossi-N-fenil-N-[1-(2-feniletil)piperidin-4-il]aċetammid (metossiaċetilfentanil), kif imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1463 (*4). |
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn sas-7 Settembru 2019. Madankollu, għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-punt 16 tal-Anness tad-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI msemmija fl-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva sad-29 ta' Settembru 2019. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom ikun hemm referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 305, 21.11.2017, p. 12.
(2) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal-25 ta' Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta' atti kriminali u ta' pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta' drogi (ĠU L 335, 11.11.2004, p. 8).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI tal-10 ta' Mejju 2005 dwar l-iskambju ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda (ĠU L 127, 20.5.2005, p. 32).
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2170 tal-15 ta' Novembru 2017 li tissoġġetta lill-N-fenil-N-[1-(2-feniletil)piperidin-4-il]furan-2-karbossammid (furanilfentanil) għal miżuri ta' kontroll (ĠU L 306, 22.11.2017, p. 19).
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/747 tal-14 ta' Mejju 2018 li tissottoponi s-sustanza psikoattiva l-ġdida N-(1-ammino-3,3-dimetil-1-ossobutan-2-il)-1-(ċikloessilmetil)-1H-indażolu-3-karbossammid (ADB-CHMINACA) għal miżuri ta' kontroll (ĠU L 125, 22.5.2018, p. 8).
(6) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/748 tal-14 ta' Mejju 2018 li tissottoponi s-sustanza psikoattiva ġdida 1-(4-cyanobutyl)-N-(2-fenilpropan-2-yl)-1H-indazol-3-karbossammid (CUMYL-4CN-BINACA) għal miżuri ta' kontroll (ĠU L 125, 22.5.2018, p. 10).
(7) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1463 tat-28 ta' Settembru 2018 li tissottoponi s-sustanzi psikoattivi l-ġodda N-fenil-N-[1-(2-feniletil)piperidin-4-il]ċiklopropankarbossammid (ċiklopropilfentanil) u 2-metossi-N-fenil-N-[1-(2- feniletil)piperidin-4-il]aċetammid (metossiaċetilfentanil) għal miżuri ta' kontroll (ĠU L 245, 1.10.2018, p. 9).