Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D2214

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2214 tal-20 ta’ Diċembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2007/25/KE fir-rigward ta' ċerti miżuri ta' ħarsien relatati mal-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja u l-movimenti ta' għasafar domestiċi li huma akkumpanjati mis-sid tagħhom fil-Komunità, fir-rigward tal-perjodu tagħha ta' applikazzjoni (notifikata bid-dokument C(2019) 9428) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2019/9428

    ĠU L 332, 23.12.2019, p. 166–167 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R1938

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/2214/oj

    23.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 332/166


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2214

    tal-20 ta’ Diċembru 2019

    li temenda d-Deċiżjoni 2007/25/KE fir-rigward ta' ċerti miżuri ta' ħarsien relatati mal-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja u l-movimenti ta' għasafar domestiċi li huma akkumpanjati mis-sid tagħhom fil-Komunità, fir-rigward tal-perjodu tagħha ta' applikazzjoni

    (notifikata bid-dokument C(2019) 9428)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(1),

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/25/KE (2) tistabbilixxi ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (HPAI) u l-movimenti ta' għasafar domestiċi li jkunu akkumpanjati minn sidhom fl-Unjoni. Din ġiet adottata b'reazzjoni għat-tifqigħat tal-HPAI tas-sottotip H5N1 bil-ħsieb li tiġi protetta s-saħħa tal-annimali u tal-bniedem fl-Unjoni u tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2019.

    (2)

    Tifqigħat tal-HPAI tas-sottotipi H5 differenti u oħrajn iktar rari tal-viruses H7, ikomplu jseħħu fid-dinja kollha fit-tjur u fi tjur ieħor mhux selvaġġ. L-HPAI saret endemika f'diversi pajjiżi terzi u laħqet pajjiżi terzi oħra għall-ewwel darba. It-theddida tal-introduzzjoni tal-vajrus tal-HPAI fl-Unjoni permezz ta' movimenti mhux kummerċjali ta' għasafar domestiċi minn pajjiżi terzi tippersisti u għalhekk il-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2007/25/KE jenħtieġ li jinżammu.

    (3)

    Bħalissa qed jitfasslu att delegat u att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali u taċ-ċertifikazzjoni għall-moviment mhux kummerċjali ta’ għasafar domestiċi lejn l-Unjoni taħt ir-Regolament (UE) Nru 576/2013. Madankollu, dawn iż-żewġ atti, maħsuba biex fuq bażi permanenti jissostitwixxu l-miżuri ta’ protezzjoni li bħalissa huma stabbiliti fid-Deċiżjoni 2007/25/KE, mhux ser jiġu adottati qabel il-31 ta’ Diċembru 2019, jiġifieri d-data tal-iskadenza tad-Deċiżjoni 2007/25/KE.

    (4)

    Għaldaqstant, fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika globali fir-rigward tal-HPAI, hemm bżonn jiġi estiż il-perjodu ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/25/KE sal-31 ta’ Diċembru 2020, u sa dak iż-żmien, jenħtieġ li jiġu adottati l-att delegat u l-att ta’ implimentazzjoni, li jistabbilixxu r-rekwiżiti maħsuba biex jissostitwixxu dawk li bħalissa jinsabu fid-Deċiżjoni 2007/25/KE.

    (5)

    Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2007/25/KE tiġi emendata skont dan.

    (6)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 2007/25/KE, id-data “il-31 ta’ Diċembru 2019” tiġi sostitwita b’“il-31 ta’ Diċembru 2020”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2019.

    Għall-Kummissjoni

    Stella KYRIAKIDES

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/25/KE tat-22 ta’ Diċembru 2006 fir-rigward ta’ ċerti miżuri ta’ ħarsien relatati mal-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja u l-movimenti ta’ għasafar domestiċi li huma akkumpanjati mis-sid tagħhom fil-Komunità (ĠU L 8, 13.1.2007, p. 29).


    Top