This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D2009
Council Decision (CFSP) 2019/2009 of 2 December 2019 in support of Ukraine’s efforts to combat illicit trafficking in weapons, ammunition and explosives, in cooperation with the OSCE
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2009 tat-2 ta’ Diċembru 2019 b’appoġġ għall-Isforzi tal-Ukrajna għall-Ġlieda Kontra t-Traffikar Illeċitu ta’ Armi, Munizzjon u Splussivi, f’kooperazzjoni mal-OSKE
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2009 tat-2 ta’ Diċembru 2019 b’appoġġ għall-Isforzi tal-Ukrajna għall-Ġlieda Kontra t-Traffikar Illeċitu ta’ Armi, Munizzjon u Splussivi, f’kooperazzjoni mal-OSKE
ST/13394/2019/INIT
ĠU L 312, 3.12.2019, pp. 42–54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 21/01/2025: This act has been changed. Current consolidated version:
24/06/2024
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modified by | 32022D2276 | Sostituzzjoni | artikolu 5 paragrafu 2 | 18/11/2022 | |
| Validity extended by | 32022D2276 | 18/11/2022 | 23/01/2024 | ||
| Modified by | 32024D0330 | Sostituzzjoni | artikolu 5 paragrafu 2 | 16/01/2024 | |
| Validity extended by | 32024D0330 | 16/01/2024 | 21/07/2024 | ||
| Modified by | 32024D1805 | Sostituzzjoni | artikolu 5 paragrafu 2 | 24/06/2024 | |
| Validity extended by | 32024D1805 | 24/06/2024 | 21/01/2025 |
|
3.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 312/42 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/2009
tat-2 ta’ Diċembru 2019
b’appoġġ għall-Isforzi tal-Ukrajna għall-Ġlieda Kontra t-Traffikar Illeċitu ta’ Armi, Munizzjon u Splussivi, f’kooperazzjoni mal-OSKE
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fid-19 ta’ Novembru 2018, il-Kunsill adotta l-Istrateġija tal-UE kontra l-armi tan-nar, armi ħfief u ta’ kalibru żgħir (SALW) illeċiti u l-munizzjon tagħhom “Aktar Sigurtà fuq l-Armi biex Nipproteġu liċ-Ċittadini” (L-‘Istrateġija tal-UE dwar is-SALW’). L-għan tal-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW huwa li tiggwida azzjoni Ewropea integrata, kollettiva u kkoordinata għall-prevenzjoni u t-trażżin tal-akkwist illeċitu ta’ SALW u l-munizzjon tagħhom minn terroristi, kriminali u atturi oħra li mhumiex awtorizzati, u għall-promozzjoni tal-obbligu ta’ rendikont u r-responsabbiltà fir-rigward tal-kummerċ fl-armi legali. |
|
(2) |
Fuq livell reġjonali, l-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW torbot lill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha li jassistu fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex jiġu identifikati, sfrattati u pprojbiti netwerks tat-traffikar u armi tan-nar jiġu pprevenuti milli jilħqu terroristi u kriminali permezz tas-suq illeċitu, fost l-oħrajn billi jiġu imblukkati l-finanzjament u t-trasport illeċiti ta’ armi u billi jissaħħaħ ir-rwol tal-pulizija tal-fruntieri u tal-awtoritajiet doganali u tal-portijiet fl-indirizzar ta’ flussi ta’ armi illeċiti permezz ta’ trasport marittimu. |
|
(3) |
L-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW tiddikjara li l-instabbiltà attwali fl-Ewropa tal-Lvant żiedet il-livell ta’ traffikar illeċitu ta’ armi tan-nar f’diversi pajjiżi fir-reġjun, bħall-Ukrajna. Dan jippreżenta theddida sinifikanti għas-sigurtà fit-tul kemm għall-Ukrajna kif ukoll għall-Unjoni. Il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Ukrajna fuq din il-kwistjoni għalhekk hija ta’ interess reċiproku. L-Unjoni qiegħda tkompli bl-impenn bilaterali tagħha mal-Ukrajna u pajjiżi oħra fir-reġjun u b’mod sistematiku tintegra l-ġlieda kontra SALW illeċiti fi kwalunkwe djalogu dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà ma’ pajjiżi sħab fil-viċinat. |
|
(4) |
F’Mejju 2016, is-Servizz tal-Gwardja tal-Fruntiera tal-Istat tal-Ukrajna talab lis-Segretarjat tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) biex iwettaq valutazzjoni tal-ħtiġijiet għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ armi, munizzjon u splussivi fl-Ukrajna u minn naħa għall-oħra tal-fruntieri tagħha. Il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet saret b’appoġġ minn Franza u l-Ġermanja u ġiet ippubblikata f’April 2018. Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ġew ikkonfermati mill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u tas-sigurtà ewlenin fl-Ukrajna waqt laqgħa ta’ livell għoli organizzata f’Kiev fis-7 ta’ Ġunju 2018. |
|
(5) |
Is-Servizz tal-Gwardja tal-Fruntiera tal-Istat tal-Ukrajna, is-Servizz Fiskali Statali/is-Servizz Doganali Statali tal-Ukrajna u l-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Ukrajna uffiċjalment, bil-miktub, esprimew interess u talbu kooperazzjoni mas-Segretarjat tal-OSKE u l-Koordinatur tal-Proġett tal-OSKE fl-Ukrajna fl-appoġġ għall-isforzi tal-Ukrajna fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ armi, munizzjon u splussivi, f’konformità mar-riżultati tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet. |
|
(6) |
L-assistenza mingħand l-Unjoni lill-Ukrajna relatata mal-kontroll tal-fruntieri, bħall-Istrateġija għal Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri appoġġata mill-Istrument Ewropew ta’ Viċinat tal-Kummissjoni u l-missjonijiet ċivili tal-Politika tas-Sigurtà u d-Difiża Komuni tal-Unjoni, jiġifieri l-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) u l-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntiera bejn il-Moldova u l-Ukrajna (EUBAM Moldova-Ukraine), u l-attivitajiet ta’ appoġġ tagħhom għall-kontroll tal-fruntieri ma jinkludux appoġġ speċifikament immirat għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ armi, munizzjon u splussivi. |
|
(7) |
Fit-30 ta’ Ġunju 2018, it-tielet Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rieżami tal-Progress li sar fl-Implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni tan-NU kontra Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir adottat dokument ta’ eżitu li fih l-Istati jġeddu l-impenn tagħhom għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra d-devjazzjoni ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir. L-Istati tennew ir-rieda tagħhom li jaħdmu għal kooperazzjoni internazzjonali u li jsaħħu l-kooperazzjoni reġjonali permezz ta’ koordinazzjoni, konsultazzjoni, skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni operazzjonali mtejba, bl-involviment ta’ organizzazzjonijiet reġjonali u subreġjonali rilevanti, kif ukoll awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, tal-kontroll tal-fruntieri u tal-ħruġ ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni u importazzjoni. |
|
(8) |
L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli ttenni li huwa meħtieġ li jiġi miġġieled il-kummerċ illeċitu ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir għall-kisba ta’ ħafna għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli, fosthom dawk relatati mal-paċi, il-ġustizzja u l-istituzzjonijiet b’saħħithom, it-tnaqqis tal-faqar, it-tkabbir ekonomiku, is-saħħa, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-bliet sikuri. Għalhekk, fl-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 16.4, l-Istati kollha impenjaw ruħhom li jnaqqsu b’mod sinifikanti l-flussi illeċiti finanzjarji u tal-armi. |
|
(9) |
Fl-Aġenda tiegħu għad-Diżarm “Securing our Common Futur e” (“Niżguraw il-Ġejjieni Komuni Tagħna”), li ġiet ippreżentata fl-24 ta’ Mejju 2018, is-Segretarju Ġenerali tan-NU appella biex tiġi indirizzata l-akkumulazzjoni eċċessiva ta’ u l-kummerċ illeċitu f’armi konvenzjonali u biex jingħata appoġġ lill-approċċi għall-armi żgħar fil-livell ta’ pajjiżi. |
|
(10) |
Fil-25 ta’ Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/662/PESK (1) b’appoġġ għall-attivitajiet biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu fi, u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta’ Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir fir-reġjun kopert mill-OSKE u, fl-4 ta’ Awwissu 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1424/ (2) b’appoġġ għall-attivitajiet tal-OSKE biex jitnaqqas ir-riskju tat-traffikar illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir u munizzjon konvenzjonali fl-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Georgia, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-għan ta’ din id-Deċiżjoni huwa li jissaħħu l-kapaċitajiet tas-Servizz tal-Gwardja tal-Fruntiera tal-Istat tal-Ukrajna, il-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Ukrajna u s-Servizz Fiskali Statali/is-Servizz Doganali Statali tal-Ukrajna fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ armi, munizzjon u splussivi fl-Ukrajna.
2. Skont il-paragrafu 1, l-objettivi ta’ din id-Deċiżjoni huma dawn li ġejjin:
|
(a) |
it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tas-Servizz tal-Gwardja tal-Fruntiera tal-Istat, tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni u tas-Servizz Fiskali Statali/is-Servizz Doganali Statali tal-Ukrajna fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ armi, munizzjon u splussivi; |
|
(b) |
it-tisħiħ tal-kapaċitajiet superviżorji tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni fir-rigward tal-kontroll tagħhom tal-manifattura, l-immarkar u ż-żamma ta’ rekords ta’ armi, munizzjon u splussivi li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet identifikati fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet; |
|
(c) |
it-tisħiħ tal-kapaċitajiet operazzjonali tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni u l-Pulizija Nazzjonali tal-Ukrajna, li tirrapporta lill-Ministeru għall-Affarijiet Interni, fir-rigward tal-forensika, l-analiżi, id-detezzjoni, it-traċċar, u l-investigazzjoni tat-traffikar illeċitu ta’ armi, munizzjon u splussivi; |
|
(d) |
it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni għat-titjib tal-mekkaniżmi leġislattivi għar-regolamentazzjoni u l-kontroll taċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta’ armi, munizzjon u splussivi kif ukoll is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar ir-riskji relatati mal-pussess illegali, l-użu ħażin u t-traffikar ta’ armi, munizzjon u splussivi skont il-ħtiġijiet identifikati fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet; |
|
(e) |
it-tisħiħ tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji li jirriżulta fl-iżvilupp ta’ approċċ strateġiku, ġbir ta’ data u analiżi fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ armi, munizzjon u splussivi fl-Ukrajna skont il-ħtiġijiet identifikati fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet. |
3. Skont il-paragrafu 2, l-Unjoni għandha tappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
it-tisħiħ tal-qafas normattiv u leġislattiv rilevanti; |
|
(b) |
il-ġbir, il-kompilazzjoni u l-kondiviżjoni ta’ data rilevanti, inkluż l-iżvilupp u l-unifikazzjoni ta’ bażijiet ta’ data elettroniċi; |
|
(c) |
l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-istituzzjonijiet rilevanti; |
|
(d) |
l-għoti ta’ taħriġ; |
|
(e) |
l-akkwist ta’ tagħmir u infrastruttura speċjalizzati, fosthom kapaċitajiet ta’ detezzjoni tal-klieb; |
|
(f) |
il-ħolqien ta’ pjattaformi għal koordinazzjoni nazzjonali msaħħa bejn l-aġenziji nazzjonali u l-kjarifika ta’ mandati, biex b’hekk jiġu ffaċilitati l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni; |
|
(g) |
is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku ġenerali; |
|
(h) |
l-iskambju u l-kooperazzjoni reġjonali u internazzjonali. |
4. Il-benefiċjarji tal-proġett għandhom ikunu l-awtoritajiet nazzjonali tal-Ukrajna responsabbli għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ armi, munizzjon u splussivi. L-awtoritajiet nazzjonali primarjament fil-mira huma: is-Servizz tal-Gwardja tal-Fruntiera tal-Istat, il-Ministeru għall-Affarijiet Interni u l-Pulizija Nazzjonali tal-Ukrajna, li tirrapporta lill-Ministeru għall-Affarijiet Interni, u s-Servizz Fiskali Statali/is-Servizz Doganali Statali. Awtoritajiet nazzjonali oħra b’mandat, bħas-Servizz tas-Sigurtà tal-Ukrajna għandhom ikunu involuti fuq il-bażi ta’ każ b’każ.
5. Deskrizzjoni dettaljata tal-proġett tinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
1. Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“RGħ”) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
2. L-implimentazzjoni teknika tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1 (“il-proġett”) għandha titwettaq mis-Segretarjat tal-OSKE.
3. Is-Segretarjat tal-OSKE għandu jwettaq il-kompiti tiegħu taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ. Għal dak il-għan, ir-RGħ għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mas-Segretarjat tal-OSKE.
Artikolu 3
1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġett iffinanzjat mill-Unjoni għandu jkun ta’ EUR 5 151 579.
2. In-nefqa ffinanzjata mill-ammont ta’ referenza stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun amministrata konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni xierqa tan-nefqa msemmija fil-paragrafu 1. Għal dan il-għan, hija għandha tikkonkludi l-ftehim ta’ finanzjament mas-Segretarjat tal-OSKE. Il-ftehim ta’ finanzjament għandu jistipula li s-Segretarjat tal-OSKE jrid jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, adatta għad-daqs tagħha.
4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista’ jkun wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f’dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament.
Artikolu 4
1. Ir-RGħ għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni abbażi ta’ rapporti narrattivi regolari ta’ kull sitt xhur mħejjija mis-Segretarjat tal-OSKE. Dawk ir-rapporti għandhom jifformaw il-bażi għall-evalwazzjoni li għandha ssir mill-Kunsill.
2. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-aspetti finanzjarji tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1.
Artikolu 5
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 36 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3). Madankollu, għandha tiskadi sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha jekk ma jkun ġie konkluż ebda ftehim sa dak iż-żmien.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
M. OHISALO
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/662/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2012 b’appoġġ għall-attivitajiet biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu fi, u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta’ Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir fir-reġjun kopert mill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) (ĠU L 297, 26.10.2012, p. 29).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1424 tal-4 ta’ Awwissu 2017 b’appoġġ għall-attivitajiet tal-OSKE biex jitnaqqas ir-riskju tat-traffikar illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir u munizzjon konvenzjonali fl-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Georgia (ĠU L 204, 5.8.2017, p. 82).
ANNESS
PROGRAMM KOMPRENSIV TAL-OSKE DWAR L-APPOĠĠ GĦALL-ISFORZI TAL-UKRAJNA GĦALL-ĠLIEDA KONTRA T-TRAFFIKAR ILLEĊITU F’ARMI, MUNIZZJON U SPLUSSIVI
1. Sfond
F’dawn l-aħħar snin, l-Ukrajna kienet qed tħabbat wiċċha ma’ riskji sinifikanti ta’ sikurezza u sigurtà u sfidi relatati mal-firxa ta’ armi, munizzjon u splussivi (WAE) illeċiti minn fuq il-fruntieri tagħha u fit-territorju tagħha. Dawn ġew partikolarment aggravati mill-kriżi fl-Ukrajna u madwarha u rriżultaw f’pussess illegali, użu ħażin u traffikar f’WAE.
L-Ukrajna tibqa’ sors ta’ tħassib u sfida importanti fl-Istrateġija tal-UE kontra l-armi tan-nar, l-armi ħfief u ta’ kalibru żgħir (SALW) u l-munizzjon tagħhom (“l-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW”). L-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW tgħid li “[l]-instabbiltà attwali fl-Ewropa tal-Lvant żiedet il-livell ta’ traffikar illeċitu ta’ armi tan-nar f’diversi pajjiżi fir-reġjun, bħall-Ukrajna. Dan jippreżenta theddida sinifikanti għas-sigurtà fuq perjodu twil kemm għall-Ukrajna u kemm għall-UE. Il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Ukrajna fuq din il-kwistjoni għalhekk hija ta’ interess reċiproku. L-UE qiegħda ssegwi l-ingaġġ bilaterali tagħha mal-Ukrajna u pajjiżi oħra fir-reġjun u b’mod sistematiku tintegra l-ġlieda kontra SALW illeċiti fi kwalunkwe djalogu dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà ma’ pajjiżi msieħba fil-viċinat.”.
Għalhekk, b’referenza għall-Viċinat tal-Lvant b’mod ġenerali u l-Ukrajna b’mod partikolari l-istrateġija tal-UE dwar is-SALW tippreżenta l-azzjonijiet li ġejjin:
|
— |
“L-UE u l-Istati Membri tagħha se jintegraw il-ġlieda kontra t-traffikar tal-armi tan-nar/SALW fil-kuntest tad-djalogu dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà ma’ pajjiżi msieħba fil-viċinat, bħall-Ukrajna; |
|
— |
L-UE u l-Istati Membri tagħha se jistabbilixxu kanali ta’ komunikazzjoni bejn esperti tal-UE u Ukreni, jidentifikaw punt ta’ kuntatt sabiex jiżguraw kooperazzjoni bla xkiel, iżidu l-għarfien, jaqsmu l-aħjar prattiki u l-għarfien espert, u jidentifikaw ħtiġijiet ta’ taħriġ u miżuri ta’ appoġġ oħra biex isaħħu l-kapaċitajiet tal-Ukrajna fil-qasam; u |
|
— |
L-UE u l-Istati Membri tagħha se jkomplu jaħdmu fuq diskussjoni permanenti teknika madwar mejda mal-Ukrajna biex jindirizzaw il-problema urġenti tat-traffikar illeċitu ta’ armi tan-nar u r-riskji assoċjati mal-possibbiltà li tali armi jiġu f’idejn terroristi u gruppi ta’ kriminalità organizzata.”. |
Fuq il-bażi tat-talba inizjali tas-Servizz tal-Gwardja tal-Fruntiera tal-Istat tal-Ukrajna (SBGS) li saret f’Mejju 2016, is-Segretarjat tal-OSKE wettaq valutazzjoni tal-ħtiġijiet għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu f’armi, munizzjon u splussivi fi/u minn fuq il-fruntieri tal-Ukrajna (“il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet”). Il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet, ippubblikata f’April 2018, involviet diversi ministeri u aġenziji tar-regolamentazzjoni ta’ WAE, tal-infurzar tal-liġi u tas-sigurtà. Wriet li l-approċċ attwali għad-detezzjoni u t-trażżin tat-traffikar illeċitu f’WAE fi ħdan il-fruntieri tal-Ukrajna u minn fuqhom qed jirriżulta diffiċli. L-appoġġ f’termini ta’ żvilupp ta’ riżorsi umani u tekniċi, leġislazzjoni li tinftiehem b’mod ċar u koordinazzjoni fil-livell ta’ bejn l-aġenziji, kif ukoll l-appoġġ u l-kooperazzjoni internazzjonali, jeħtieġ li jissaħħu. Il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet stabbiliet ukoll il-linja ta’ referenza għall-għoti ta’ assistenza teknika u appoġġ istituzzjonali biex jiġu żviluppati l-kapaċitajiet tal-awtoritajiet Ukreni fl-isforzi tagħhom biex jiġġieldu kontra t-traffikar ta’ WAE b’mod olistiku u sostenibbli.
Fis-7 ta’ Ġunju 2018, il-ministeri u l-aġenziji ewlenin tar-regolamentazzjoni, tal-infurzar tal-liġi u tas-sigurtà relatati ma’ WAE fl-Ukrajna kkonfermaw ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet f’laqgħa ta’ livell għoli organizzata fi Kiev. Huma tennew li jifhmu b’mod ċar it-theddid attwali u imminenti tat-traffikar illeċitu ta’ WAE u l-impenji biex titjieb is-sitwazzjoni fuq il-post. Dawn inkludew l-approvazzjoni tal-pjan direzzjonali, żviluppat permezz tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet, li jappoġġa approċċ integrat, komprensiv u kooperattiv għal żvilupp effettiv ta’ kapaċitajiet u ħidma effettiva tas-sistema għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE fl-Ukrajna.
Fit-12 ta’ Marzu 2019, l-istess awtoritajiet iltaqgħu fit-tieni laqgħa ta’ livell għoli fi Kiev fejn ġie nnutat b’mod ċar il-progress fid-diskussjoni tal-isfidi, il-ħtiġijiet reali u l-inizjattivi relatati mal-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu f’WAE fl-Ukrajna u minn fuq il-fruntieri tagħha. Barra minn hekk, f’din il-laqgħa ttieħdu wkoll l-impenji nazzjonali u internazzjonali biex tissaħħaħ l-azzjoni.
Diversi ministeri u aġenziji tal-infurzar tal-liġi u tas-sigurtà uffiċjalment, bil-miktub, urew interess u talbu kooperazzjoni mas-Segretarjat tal-OSKE fl-appoġġ tal-isforzi tal-Ukrajna biex tiġġieled it-traffikar illeċitu f’WAE, jiġifieri s-SBGS f’Mejju 2016, is-Servizz Fiskali Statali (SFS)/is-Servizz Doganali Statali (SCS) f’Lulju 2018, u l-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Ukrajna f’Marzu 2019. Dawn il-ministeri u l-aġenziji indirizzaw lill-Koordinatur tal-Proġett tal-OSKE fl-Ukrajna biex jappoġġa l-implimentazzjoni prattika tal-attivitajiet tal-proġett sa nofs Settembru 2019.
2. Objettiv ġenerali
It-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet Ukreni fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ armi, munizzjon u splussivi.
3. Deskrizzjoni tal-Azzjoni
L-azzjoni hija msejsa fuq is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE fi/u minn fuq il-Fruntieri tal-Ukrajna tas-Segretarjat tal-OSKE. Barra minn hekk, kompliet tiġi żviluppata bi tweġiba għat-talbiet espliċiti għal kooperazzjoni u assistenza indirizzati lis-Segretarjat tal-OSKE u lill-Koordinatur tal-OSKE għall-Proġetti fl-Ukrajna (PCU) mis-SBGS,, is-SFS u l-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Ukrajna. It-talbiet kienu segwiti minn konsultazzjonijiet tekniċi komprensivi bejn l-OSKE u l-atturi statali msemmijin.
F’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet Ukreni rilevanti, l-OSKE ħejjiet tliet proġetti li jindirizzaw diversi aspetti tal-mandati tagħhom relatati mal-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu f’WAE. Il-proġetti jingħaqdu fi programm komprensiv unifikat bil-ħsieb li tissaħħaħ is-sikurezza u s-sigurtà ġenerali fl-Ukrajna. Il-programm komprensiv jappoġġa l-Istrateġija tal-UE kontra l-armi tan-nar, l-armi ħfief u ta’ kalibru żgħir (SALW) illeċiti u l-munizzjon tagħhom (2018) b’mod partikolari azzjonijiet fil-Viċinat tal-Lvant.
3.1. Proġett 1: Appoġġ lis-Servizz tal-Gwardja tal-Fruntiera tal-Ukrajna fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ armi, munizzjon u splussivi (WAE)
3.1.1. Objettiv
L-objettiv tal-proġett huwa li jassisti lis-Servizz tal-Gwardja tal-Fruntiera tal-Istat tal-Ukrajna (SBGS) sabiex isaħħaħ il-kapaċità tiegħu fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE.
3.1.2. Deskrizzjoni
Is-Servizz tal-Gwardja tal-Fruntiera tal-Istat huwa waħda mill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi fl-Ukrajna b’mandat li tiġġieled kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE. Għandu r-responsabbiltajiet li jiżgura l-invjolabbiltà tal-fruntieri tal-istat u l-protezzjoni tad-drittijiet sovrani tal-Ukrajna fi ħdan iż-żona ekonomika esklużiva (marittima) tagħha.
Il-proġett ser ikollu l-għan li jindirizza diskrepanzi ta’ kapaċitajiet verifikati fi ħdan is-SBGS permezz ta’: (a) taħriġ, żvilupp tal-kapaċitajiet tekniċi u operazzjonali għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE; u (b) it-trasferiment ta’ prattiki tajba internazzjonali u skambji ta’ informazzjoni b’mod partikolari fir-rigward tal-Istati Membri tal-UE, is-sħab tal-Balkani tal-Punent u l-istati ġirien.
3.1.3. Riżultat Mistenni
Riżultat 1: Tisħiħ tal-kapaċitajiet tas-Servizz tal-Gwardja tal-Fruntiera tal-Istat fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE
Indikaturi:
|
— |
aktar kompetenzi (organizzattivi, tekniki, għarfien) tal-persunal tas-Servizz tal-Gwardja tal-Fruntiera tal-Istat li hu benefiċjarju tal-proġett fl-istituzzjonijiet edukattivi u ta’ taħriġ rilevanti, fl-unitajiet ta’ analitika u ta’ investigazzjoni, u fl-unitajiet operazzjonali b’appoġġ għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE, u applikati fil-proċessi ta’ ħidma regolari tagħhom; |
|
— |
miżuri ta’ kooperazzjoni u netwerking ta’ esperti - f’kuntesti nazzjonali, subreġjonali u internazzjonali - li jikkontribwixxu għall-interoperabbiltà tal-benefiċjarji tal-proġett mal-kontropartijiet tagħhom, u applikati fil-proċessi ta’ ħidma regolari tal-unitajiet u l-istituzzjonijiet rilevanti tal-benefiċjarji tal-proġett; |
|
— |
is-sejbiet dokumentati tal-evalwazzjonijiet u l-approċċi għall-ġestjoni tal-kwalità jiġu kondiviżi u applikati fil-prattika u kkunsidrati għal skopijiet ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet minn partijiet ikkonċernati tal-proġett (benefiċjarji tal-proġett - primarji u sekondarji, il-komunità tad-donaturi u l-OSKE). |
3.1.4. Attivitajiet
3.1.4.1. Programm ta’ Taħriġ Komprensiv fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE għas-Servizz tal-Gwardja tal-Fruntiera tal-Istat skont il-ħtiġijiet identifikati fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet
L-attività ser tinkludi:
|
— |
programm ta’ taħriġ komprensiv fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE li ser isegwi approċċ fuq żewġ livelli: (a) bl-iżvilupp u t-tisħiħ tal-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet meħtieġa tal-istrutturi u l-edukaturi, jiġifieri approċċ ta’ ħarreġ lil min iħarreġ; u (b) bl-iżvilupp u t-tisħiħ tal-għarfien espert tematiku f’oqsma speċjalizzati bħall-analiżi tar-riskju u t-tfassil ta’ profili, l-analiżi kriminali, l-introduzzjoni ta’ mezzi tekniċi, teknoloġiji u proċeduri ġodda u aġġornamenti tagħhom. |
3.1.4.2. Programm ta’ assistenza b’rabta mat-tagħmir fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE għas-Servizz tal-Gwardja tal-Fruntiera tal-Istat skont il-ħtiġijiet identifikati fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet
Din l-attività ser tinkludi:
|
— |
il-forniment ta’ ammont limitat ta’ tagħmir fiss u mobbli, kif ukoll tipi oħra ta’ mezzi tekniċi u teknoloġiji b’appoġġ għall-ittestjar, l-evalwazzjoni u l-introduzzjoni ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi u proċedurali ġodda fid-detezzjoni ta’ traffikar illeċitu ta’ WAE. It-tagħmir ser jiġi pprovdut lil strutturi organizzattivi magħżula fi ħdan is-Servizz tal-Gwardja tal-Fruntiera tal-Istat, jiġifieri unitajiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera (iffukati fuq it-Tramuntana u l-Majjistral tal-Ukrajna), strutturi ta’ kmand u istituzzjonijiet edukattivi. Barra minn hekk, l-attività hija integrata fi programm ta’ taħriġ komprensiv, jiġifieri toħloq inizjattiva usa’ ta’ taħriġ u tagħmir għas-Servizz tal-Gwardja tal-Fruntiera tal-Istat. It-tagħmir ipprovdut ser ikun skont il-ħtiġijiet identifikati fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet. |
3.1.4.3. Programm ta’ assistenza b’rabta mal-klieb fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE għas-Servizz tal-Gwardja tal-Fruntiera tal-Istat skont il-ħtiġijiet identifikati fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet
Din l-attività ser tinkludi:
|
— |
l-organizzazzjoni ta’ żjarat ta’ skambju għall-familjarizzazzjoni tal-persunal espert u l-edukaturi rilevanti tas-Servizz tal-Gwardja tal-Fruntiera tal-Istat ma’ esperjenzi internazzjonali u prattiki tajba fl-użu ta’ kapaċitajiet tal-klieb fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE, u għall-appoġġ tan-netwerking tal-esperti; u |
|
— |
ir-rieżami u l-aġġornament ta’ metodoloġiji ta’ taħriġ u proċeduri operazzjonali fl-użu ta’ kapaċitajiet tal-klieb fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE. |
3.2. Proġett 2: L-appoġġ għall-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Ukrajna u l-Pulizija Nazzjonali tal-Ukrajna, li tirrapporta lill-MIA, fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ armi, munizzjon u splussivi
3.2.1. Objettiv
L-objettiv tal-proġett huwa li jassisti lill-MIA u lill-NPU, li tirrapporta lill-MIA, fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE.
3.2.2. Deskrizzjoni
L-MIA huwa wieħed mill-awtoritajiet nazzjonali ewlenin fl-Ukrajna li mhux biss jirregola u jikkontrolla l-użu leċitu ta’ WAE, iżda li jeżegwixxi miżuri operazzjonali u ta’ koordinazzjoni fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE jew direttament jew inkella permezz tal-aġenziji subordinati tiegħu.
Il-proġett jindirizza diskrepanzi fil-kapaċitajiet verifikati fi ħdan l-MIA biex jipprevjeni u jiġġieled b’mod effettiv it-traffikar illeċitu ta’ WAE billi jappoġġa titjib fl-MIA fir-rigward ta’: (a) il-kapaċitajiet superviżorji tiegħu fil-kontrolli tal-manifattura legali, l-immarkar u ż-żamma ta’ rekords ta’ WAE; (b) il-kapaċitajiet operazzjonali tiegħu fil-forensika, l-analiżi, id-detezzjoni u l-investigazzjoni tat-traffikar illeċitu ta’ WAE; (c) il-mekkaniżmi leġislattivi tiegħu għar-regolamentazzjoni u l-kontroll taċ-ċirkolazzjoni legali u l-użu ta’ WAE kif ukoll sensibilizzazzjoni akbar dwar il-pussess illegali, l-użu ħażin u t-traffikar ta’ WAE; u (d) il-mekkaniżmi koordinattivi u kooperattivi tiegħu għall-appoġġ ta’ approċċi strateġiċi u operazzjonali konġunti fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE ma’ aġenziji nazzjonali rilevanti oħra.
3.2.3. Riżultati mistennija
Riżultat 1: Kapaċitajiet superviżorji msaħħa tal-MIA fil-kontroll tiegħu tal-manifattura, l-immarkar u ż-żamma ta’ rekords ta’ WAE li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet identifikati fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet.
Indikaturi:
|
— |
Emendi u proposti għall-qafas leġislattiv nazzjonali, ir-regolamenti tal-MIA u l-proċeduri amministrattivi dwar il-kontroll tal-manifattura, l-immarkar u ż-żamma ta’ rekords ta’ WAE fl-Ukrajna; |
|
— |
Emendi u proposti għall-qafas leġislattiv nazzjonali, ir-regolamenti tal-MIA u l-proċeduri amministrattivi għall-prevenzjoni tal-manifattura illeċita ta’ armi tan-nar permezz tal-użu ta’ partijiet stampati 3D, l-attivazzjoni mill-ġdid illeċita ta’ armi tan-nar diżattivati, il-produzzjoni artiġjanali ta’ armi tan-nar u l-konverżjoni illeċita ta’ pistoli li jintużaw għall-allarm jew biex jagħtu sinjal ddisinjati għal munizzjon inbjank jew pistoli flobert; |
|
— |
Sistema ta’ klassifikazzjoni elettronika uniformi ta’ WAE li tkun ġiet żviluppata, ittestjata u rregolata għall-introduzzjoni bil-ħsieb li tintuża b’mod regolari fi ħdan l-MIA u entitajiet governattivi interessati oħra kif ukoll li tkun ġiet integrata fir-reġistru ta’ WAE tal-MIA. |
Riżultat 2: Kapaċitajiet operazzjonali msaħħa tal-MIA u l-NPU fil-forensika, l-analiżi, id-detezzjoni, it-traċċar, u l-investigazzjoni tat-traffikar illeċitu ta’ WAE.
Indikaturi:
|
— |
Kapaċitajiet ta’ politika, operazzjonali u tekniċi mtejba b’rabta mat-traffikar illeċitu ta’ WAE kif ukoll għarfien, ħiliet u attitudnijiet msaħħa tal-persunal tal-MIA b’rabta ma’ ħidma forensika, inkluż it-traċċar ta’ armi tan-nar sekwestrati, u applikati fil-proċessi ta’ ħidma regolari; |
|
— |
Kapaċitajiet ta’ politika, operazzjonali u tekniċi mtejba tal-NPU b’rabta mal-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE u d-detezzjoni tiegħu, inkluż apparat esplożiv improvviżat u materjali esplożivi illeċiti, kif ukoll għarfien, ħiliet u attitudnijiet msaħħa tal-persunal tal-NPU, u applikati fil-proċessi ta’ ħidma regolari. |
Riżultat 3: Kapaċitajiet imsaħħa tal-MIA għat-titjib tal-mekkaniżmi leġislattivi għar-regolamentazzjoni u l-kontroll taċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta’ WAE kif ukoll sensibilizzazzjoni akbar tal-pubbliku dwar ir-riskji relatati mal-pussess illegali, l-użu ħażin u t-traffikar ta’ WAE skont il-ħtiġijiet identifikati fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet.
Indikaturi:
|
— |
Fehim ċar tal-perċezzjonijiet, il-ħtiġijiet u il-fehmiet fi ħdan is-soċjetà Ukrena u gruppi ffukati fuq ir-regolamentazzjoni u l-kontroll taċ-ċirkolazzjoni u l-użu tal-armi tan-nar u kwistjonijiet oħra ta’ WAE; |
|
— |
Sensibilizzazzjoni msaħħa taċ-ċittadini Ukreni dwar ir-riskji li jirriżultaw mill-pussess illegali, l-użu ħażin u t-traffikar ta’ WAE permezz tat-twettiq ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni tal-pubbliku; |
|
— |
Valutazzjoni komprensiva u analiżi tad-diskrepanzi tal-qafas leġislattiv nazzjonali dwar ir-regolamentazzjoni u l-kontroll taċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta’ WAE; |
|
— |
Emendi u proposti għall-qafas leġislattiv nazzjonali dwar ir-regolamentazzjoni u l-kontroll taċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta’ WAE. |
Riżultat 4: Koordinazzjoni u kooperazzjoni msaħħa bejn l-aġenziji li tirriżulta fl-iżvilupp ta’ approċċ strateġiku, il-ġbir ta’ data u l-analiżi tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE fl-Ukrajna skont il-ħtiġijiet identifikati fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet.
Indikaturi:
|
— |
Implimentazzjoni effettiva ta’ mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni li jikkontribwixxu għall-ippjanar, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni (inkluż monitoraġġ u kontroll) u l-evalwazzjoni armonizzati ta’ approċċ strateġiku konġunt; |
|
— |
Introduzzjoni u użu effettivi ta’ indikaturi statistiċi armonizzati madwar il-pajjiż kollu dwar it-traffikar illeċitu ta’ WAE fl-Ukrajna; |
|
— |
Rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb ta’ titjib tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fdat lil korp nazzjonali ta’ koordinazzjoni fil-qasam tal-kontroll tas-SALW żviluppati permezz ta’ dan il-proġett; |
|
— |
Kapaċitajiet analitiċi mtejba u analiżi istituzzjonalizzata ta’ data dwar armi tan-nar illeċiti. |
3.2.4. Attivitajiet
3.2.4.1. Promozzjoni u trasferiment ta’ standards internazzjonali u Ewropej u prattiki tajba għall-kontroll tal-manifattura, l-immarkar u ż-żamma ta’ rekords ta’ WAE fl-Ukrajna, inkluż dwar il-prevenzjoni tal-manifattura illeċita ta’ WAE inkluż permezz tal-attivazzjoni mill-ġdid, il-konverżjoni jew metodi illeċiti oħra.
Din l-attività ser tinkludi:
|
— |
l-għoti ta’ sessjoni ta’ taħriġ speċjalizzat mfassla apposta għal dawk li jfasslu l-politika u l-esperti ewlenin tal-MIA, inkluż id-Dipartiment tal-Ħruġ ta’ Liċenzji, iċ-ċentru xjentifiku u ta’ riċerka tal-kriminalità u l-kriminoloġija, il-Pulizija Nazzjonali u aġenziji oħra tal-infurzar tal-liġi; u |
|
— |
studju tal-fattibbiltà tal-immarkar ta’ armi tan-nar li huma proprjetà tal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi tal-Ukrajna u taċ-ċivili li jiffoka fuq l-immarkar ta’ wara l-produzzjoni u tal-importazzjoni. |
3.2.4.2. Żvilupp u introduzzjoni tas-sistema ta’ klassifikazzjoni elettronika uniformi ta’ WAE u l-integrazzjoni tagħha fir-reġistru ta’ WAE
Din l-attività ser tinkludi:
|
— |
l-iżvilupp u l-ittestjar tas-sistema ta’ klassifikazzjoni elettronika uniformi ta’ WAE; u |
|
— |
appoġġ tekniku għall-introduzzjoni tas-sistema ta’ klassifikazzjoni elettronika uniformi ta’ WAE fir-reġistru ta’ WAE tal-MIA u għat-taħriġ dwaru (sa 25 avveniment ta’ taħriġ). |
3.2.4.3. Promozzjoni ta’ prattiki tajba u trasferiment ta’ għarfien fil-qasam tal-forensika u l-investigazzjonijiet ta’ traffikar illeċitu ta’ WAE
Din l-attività ser tinkludi:
|
— |
l-għoti ta’ żewġ sessjonijiet ta’ taħriġ speċjalizzat imfassla apposta għall-esperti ewlenin tal-MIA, inkluż iċ-ċentru xjentifiku u ta’ riċerka tal-kriminalità u l-kriminoloġija u l-Pulizija Nazzjonali u aġenziji oħra tal-infurzar tal-liġi bħas-servizz statali tad-dwana u l-uffiċċju tal-prosekutur ġenerali. Il-lista indikattiva tas-sessjonijiet ta’ taħriġ ser tinkludi: ir-rekwiżiti u t-tekniki tal-immarkar tal-importazzjoni tal-armi tan-nar; il-protezzjoni tal-post tad-delitt (l-ewwel intervent tal-pulizija); l-ispezzjoni tal-post tad-delitt u l-protezzjoni, l-imballaġġ u l-ispezzjoni tal-evidenza (persunal tekniku tal-kriminalità); l-appoġġ għat-traċċar domestiku u internazzjonali (persunal tekniku tal-laboratorju); u l-iżvilupp, il-fehim u d-disseminazzjoni ta’ intelligence ballistika relatata mal-kriminalità tal-armi tan-nar. |
3.2.4.4. Promozzjoni ta’ prattiki tajba, trasferiment ta’ għarfien u programm ta’ assistenza b’rabta ma’ tagħmir fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE u fid-detezzjoni tiegħu għall-NPU
Din l-attività ser tinkludi:
|
— |
l-għoti ta’ sessjoni ta’ taħriġ speċjalizzat imfassla apposta għall-esperti ewlenin tal-Pulizija Nazzjonali u ta’ aġenziji oħra tal-infurzar tal-liġi bħas-Servizz tal-Gwardja tal-Fruntiera tal-Istat u s-Servizz Fiskali Statali/Servizz Doganali Statali tal-Ukrajna kif ukoll il-konnessjoni man-netwerk Ewropew tal-armi tan-nar tal-EMPACT li jiġbor l-uffiċjali nazzjonali tal-infurzar tal-liġi; u |
|
— |
l-akkwist ta’ ammont limitat ta’ tagħmir tekniku għall-Unitajiet Investigattivi Kriminali tal-Pulizija Nazzjonali tal-Ukrajna b’appoġġ għal metodoloġiji u soluzzjonijiet teknoloġiċi ġodda dwar il-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE u d-detezzjoni tiegħu. |
3.2.4.5. Stħarriġ tal-opinjoni pubblika madwar il-pajjiż kollu, studju tal-attitudnijiet u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ komunikazzjoni dwar ir-riskji relatati mal-pussess illegali, l-użu ħażin u t-traffikar ta’ WAE.
Din l-attività ser tinkludi:
|
— |
it-twettiq ta’ riċerka u l-analiżi tal-opinjoni pubblika dwar il-pussess illegali, l-użu ħażin u t-traffikar ta’ WAE; |
|
— |
studju fil-fond tal-attitudnijiet b’diskussjonijiet ffukati fi gruppi dwar il-pussess illegali, l-użu ħażin u t-traffikar ta’ WAE; u |
|
— |
kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ komunikazzjoni dwar regolamenti legali u riskji relatati mal-pussess illegali, l-użu ħażin u t-traffikar ta’ WAE u analiżi tal-impatt. |
3.2.4.6. Promozzjoni tat-titjib ta’ mekkaniżmi leġislattivi għar-regolamentazzjoni u l-kontroll taċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta’ WAE u l-implimentazzjoni tagħhom
Din l-attività ser tinkludi:
|
— |
valutazzjoni komprensiva u analiżi tal-lakuni tal-leġislazzjoni u r-regolamenti attwali dwar il-ġestjoni u l-kontroll taċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta’ WAE, inkluż ftehimiet u leġislazzjonijiet internazzjonali, appoġġ għat-traduzzjoni, u evalwazzjoni tal-implimentazzjoni prattika tagħhom; u |
|
— |
l-għoti ta’ assistenza esperta dwar it-tfassil tal-leġislazzjoni u l-abbozzar għar-regolamentazzjoni u l-kontroll taċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta’ WAE, inkluż kunsiderazzjoni tal-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni u ta’ kwistjonijiet regolatorji mar-regolamenti u l-istandards internazzjonali ta’ rilevanza għall-Ukrajna. |
3.2.4.7. Promozzjoni tal-iżvilupp ta’ approċċ strateġiku fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE fl-Ukrajna
Din l-attività ser tinkludi:
|
— |
is-sensibilizzazzjoni, l-għoti ta’ pariri u appoġġ espert għall-istabbiliment ta’ NCB permanenti bejn l-aġenziji fil-qasam tal-kontroll tas-SALW magħmul mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti b’mandat fl-Ukrajna (6 laqgħat formali); il-korp ta’ koordinazzjoni nazzjonali ser jiġi żviluppat permezz ta’ dan il-proġett u ser ikun ippresedut mill-MIA; u |
|
— |
l-immappjar u ż-żamma ta’ reġistru tal-inizjattivi kollha relatati mas-SALW fl-Ukrajna inkluż dwar ir-riżorsi tal-komunità ta’ donaturi. |
3.2.4.8. Il-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ sistema ta’ ġbir, analiżi u disseminazzjoni ta’ data bejn l-aġenziji dwar is-sjieda illeċita, l-użu ħażin u t-traffikar illeċitu ta’ WAE
Din l-attività ser tinkludi:
|
— |
il-promozzjoni ta’ metodoloġija komuni għall-kumpilazzjoni, l-immappjar, it-tqabbil u l-użu ta’ statistika uffiċjali, indikaturi tal-prestazzjoni komparabbli konġunti u trasversali, u format konġunt meħtieġ għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni awtomatizzata dwar is-sjieda illeċita, l-użu ħażin u t-traffikar illeċitu ta’ WAE; u |
|
— |
l-għoti ta’ żewġ sessjonijiet ta’ taħriġ dwar il-ġbir u l-analiżi ta’ data, inkluż il-valutazzjoni tar-riskju u tat-theddid; |
|
— |
l-għoti ta’ assistenza għall-elaborazzjoni ta’ rapport analitiku dwar metodi u rotot ta’ traffikar aggregati mid-data miġbura fost l-aġenziji Ukreni; |
|
— |
il-promozzjoni tal-ġbir ta’ data diżaggregata u l-kondiviżjoni ta’ data bejn l-aġenziji fost l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti b’mandat. |
3.3. Proġett 3: Appoġġ lis-Servizz Fiskali Statali/Servizz Doganali Statali tal-Ukrajna fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE
3.3.1. Objettiv
L-objettiv tal-proġett huwa li jassisti lis-SFS/SCS sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE.
3.3.2. Deskrizzjoni
Is-SFS/SCS għandhom mandat biex jipprevjenu u jiġġieldu l-kuntrabandu u biex jiġġieldu kontra l-ksur ta’ regolamenti doganali fil-punti ta’ passaġġ mill-fruntiera statali tal-Ukrajna, fit-territorji tal-portijiet tal-baħar u tax-xmajjar, fl-ajruporti, fl-istazzjonijiet ferrovjarji u f’postijiet oħra determinati mill-Kodiċi Doganali tal-Ukrajna. Dan jinkludi miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE.
Il-proġett ser ikollu l-għan li jindirizza diskrepanzi fil-kapaċitajiet verifikati fi ħdan is-SFS: (a) fit-taħriġ u fil-kapaċitajiet tekniċi u operazzjonali fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ armi, munizzjon u splussivi, u (b) fit-trasferiment ta’ prattiki tajba internazzjonali u f’skambji ta’ informazzjoni b’mod partikolari fir-rigward tal-Istati Membri tal-UE, is-sħab tal-Balkani tal-Punent u l-istati ġirien.
3.3.3. Riżultati mistennija
Riżultat 1: Kapaċitajiet imsaħħa tas-SFS/SCS fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE
Indikaturi:
|
— |
Aktar kompetenzi tal-persunal benefiċjarju tal-proġett fl-istituzzjonijiet edukattivi u ta’ taħriġ rilevanti, fl-unitajiet ta’ analitika u ta’ investigazzjoni, u fl-unitajiet operazzjonali b’appoġġ għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE, u applikati fil-proċessi ta’ ħidma regolari; |
|
— |
Aktar kapaċitajiet organizzattivi u tekniċi tal-benefiċjarji tal-proġett fl-istituzzjonijiet edukattivi u ta’ taħriġ rilevanti, fl-unitajiet ta’ analitika u ta’ investigazzjoni, u fl-unitajiet operazzjonali b’appoġġ għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE, u applikati fil-proċessi ta’ ħidma regolari; |
|
— |
Miżuri ta’ kooperazzjoni u netwerking ta’ esperti - f’kuntesti nazzjonali, subreġjonali u internazzjonali - li jikkontribwixxu għall-interoperabbiltà tal-benefiċjarji tal-proġett mal-kontropartijiet tagħhom, u applikati fi proċessi ta’ ħidma regolari tal-unitajiet u l-istituzzjonijiet rilevanti tal-benefiċjarju tal-proġett; |
|
— |
sejbiet dokumentati ta’ evalwazzjonijiet u approċċi għall-ġestjoni tal-kwalità huma kondiviżi u applikati fil-prattika u kkunsidrati għal skopijiet ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet minn partijiet ikkonċernati tal-proġett (benefiċjarji tal-proġett - primarji u sekondarji, il-komunità tad-donaturi u l-OSKE). |
3.3.4. Attivitajiet
3.3.4.1. Programm ta’ Taħriġ Komprensiv fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE għas-SFS/SCS li jikkorrispondi għall-ħtiġijiet identifikati fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet.
Din l-attività ser tinkludi:
|
— |
programm ta’ taħriġ komprensiv fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE li ser isegwi approċċ fuq żewġ livelli: (a) bl-iżvilupp u t-tisħiħ tal-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet meħtieġa tal-istrutturi u l-edukaturi, jiġifieri approċċ ta’ ħarreġ lil min iħarreġ; u (b) bl-iżvilupp u t-tisħiħ tal-għarfien espert tematiku f’oqsma speċjalizzati bħall-ksur tal-leġislazzjoni doganali, it-timijiet tal-klieb tas-servizz, it-taħriġ dwar mezzi tekniċi, teknoloġiji u proċeduri ġodda u aġġornati. |
3.3.4.2. Programm ta’ assistenza b’rabta ma’ tagħmir fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar ta’ WAE għas-Servizz Fiskali Statali/Servizz Doganali Statali li jikkorrispondi għall-ħtiġijiet identifikati fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet
Din l-attività ser tinkludi:
|
— |
il-forniment ta’ ammont limitat ta’ tagħmir fiss u mobbli, kif ukoll tipi oħra ta’ mezzi tekniċi u teknoloġiji b’appoġġ għall-ittestjar, l-evalwazzjoni u l-introduzzjoni ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi u proċedurali ġodda fid-detezzjoni ta’ traffikar illeċitu ta’ WAE. It-tagħmir ser jiġi pprovdut lil strutturi organizzattivi magħżula fi ħdan l-apparat ewlieni tas-SFS/SCS, l-awtoritajiet territorjali (iffukati fuq it-Tramuntana, il-Majjistral u l-Punent tal-Ukrajna) u d-dipartimenti speċjalizzati. Barra minn hekk, l-attività hija integrata b’mod aktar fluwidu f’programm ta’ taħriġ komprensiv, jiġifieri toħloq inizjattiva usa’ ta’ taħriġ u tagħmir għas-SFS/SCS; u |
|
— |
appoġġ tekniku għall-implimentazzjoni, l-aġġustament u l-integrazzjoni tal-programm ta’ taħriġ f’kurrikuli ta’ taħriġ regolari. |
3.3.4.3. Programm ta’ assistenza tal-klieb fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar ta’ WAE għas-SFS/SCS
Din l-attività ser tinkludi:
|
— |
l-organizzazzjoni ta’ żjarat ta’ skambju għall-familjarizzazzjoni tal-persunal espert u l-edukaturi rilevanti tas-SFS/SCS ma’ esperjenzi internazzjonali u prattiki tajba fl-użu ta’ kapaċitajiet tal-klieb fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE, u għall-appoġġ tan-netwerking tal-esperti; |
|
— |
ir-rieżami u l-aġġornament ta’ metodoloġiji ta’ taħriġ u proċeduri operazzjonali fl-użu ta’ kapaċitajiet tal-klieb fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE; |
|
— |
appoġġ tekniku għat-taħriġ u soluzzjonijiet mobbli għall-appoġġ ta’ operazzjonijiet tal-klieb fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE. |
4. Ġestjoni ta’ proġetti u appoġġ amministrattiv għall-implimentazzjoni tal-azzjoni
Il-persunal dedikat tal-proġett fis-Segretarjat tal-OSKE u fl-uffiċċju tal-Koordinatur tal-Proġetti tal-OSKE fl-Ukrajna ser jikkoordina u jimmaniġġja l-implimentazzjoni tal-azzjoni u l-attivitajiet tal-proġetti relatati tagħha kif stabbilit fit-Taqsima 3. Il-persunal dedikat tal-proġett - organizzat f’timijiet ta’ ġestjoni u implimentazzjoni tal-proġetti - ser ikompli jappoġġa l-iżvilupp tal-qafas kollaborattiv bejn is-sħab Ukreni kif ukoll il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni mal-komunità internazzjonali.
Il-persunal dedikat tal-proġett ser iwettaq il-kompiti li ġejjin:
|
— |
il-ġestjoni ta’ proġetti tul il-passi kollha taċ-ċiklu tal-proġett; |
|
— |
it-twettiq ta’ sorveljanza finanzjarja ta’ kuljum tal-proġetti; |
|
— |
l-għoti ta’ għarfien espert tekniku u legali, l-appoġġ għall-akkwisti ta’ proġetti; |
|
— |
l-involviment ta’ organizzazzjonijiet u programmi internazzjonali oħra u l-koordinazzjoni magħhom; |
|
— |
it-twettiq ta’ garanzija tal-kwalità u ta’ kontroll tal-kwalità tar-riżultati tanġibbli tal-proġetti approvati; |
|
— |
l-appoġġ lill-awtoritajiet Ukreni fl-iżvilupp ta’ miżuri nazzjonali ġodda biex jissaħħu l-kapaċitajiet u l-isforzi kollettivi fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE. |
5. Ġeneru
Sabiex tiżdied l-effettività tal-politiki dwar il-kontroll ta’ WAE u biex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tagħhom ittejjeb is-sigurtà kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, il-perspettiva ta’ ugwaljanza bejn is-sessi ser tiġi integrata fl-azzjonijiet appoġġati minn din id-deċiżjoni u ser tiġi indirizzata permezz ta’ pariri u għarfien espert tekniċi, l-iżvilupp ta’ prodotti ta’ għarfien u t-taħriġ.
6. Benefiċjarji
Il-benefiċjarji diretti tal-azzjoni ser ikunu l-awtoritajiet nazzjonali tal-Ukrajna responsabbli għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ WAE. L-awtoritajiet nazzjonali immirati primarjament huma: l-MIA, inkluż is-servizzi esperti u tal-ħruġ ta’ liċenzji tiegħu, l-NPU, is-SBGS u s-SFS/SCS. Awtoritajiet nazzjonali oħra b’mandat - bħas-Servizz tas-Sigurtà tal-Ukrajna - ser ikunu involuti fuq bażi ta’ każ b’każ.
Il-benefiċjarji indiretti tal-azzjoni ser ikunu l-popolazzjonijiet fl-Ukrajna u fil-viċinat Ewropew tagħha li huma f’riskju minħabba l-użu ta’ WAE illeċitu f’attivitajiet kriminali, it-terroriżmu u l-użu ħażin vjolenti.
L-UE u l-Istati Membri tagħha ser ikunu wkoll benefiċjarji indiretti tal-proġett peress li ser jibbenefikaw mill-feedback tal-awtoritajiet Ukreni dwar ir-rotot ta’ traffikar identifikati ta’ armi illeċiti.
7. Viżibbiltà tal-Unjoni
L-OSKE għandha tieħu l-miżuri adatti kollha biex tirreklama l-fatt li l-azzjoni tkun ġiet iffinanzjata mill-Unjoni. Tali miżuri ser jitwettqu f’konformità mal-Manwal tal-Kummissjoni ta’ Komunikazzjoni u Viżibbiltà għall-Azzjonijiet Esterni tal-Unjoni Ewropea. B’dan il-mod, l-OSKE ser tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribut tal-Unjoni permezz ta’ branding u pubbliċità adatti, li jenfasizzaw ir-rwol tal-Unjoni, jiżguraw it-trasparenza tal-azzjonijiet tagħha u s-sensibilizzazzjoni tar-raġunijiet għad-Deċiżjoni kif ukoll l-appoġġ tal-Unjoni għad-Deċiżjoni u r-riżultati ta’ dan l-appoġġ. Il-materjal prodott bil-proġett ser juri b’mod prominenti l-bandiera tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-linji gwida tal-Unjoni għall-użu u r-riproduzzjoni preċiżi tal-bandiera.
Minħabba li l-attivitajiet ippjanati jvarjaw ħafna fl-ambitu u l-karattru, ser tintuża firxa ta’ għodod promozzjonali, inkluż: media tradizzjonali; siti web; media soċjali; u materjal informattiv u promozzjonali inkluż infografiċi, fuljetti, bullettini, stqarrijiet għall-istampa u oħrajn kif adattat. Pubblikazzjonijiet, avvenimenti pubbliċi, kampanji, tagħmir u xogħlijiet ta’ kostruzzjoni akkwistati taħt il-proġett ser jiġu mmarkati kif xieraq. Biex jiġi amplifikat aktar l-impatt permezz tas-sensibilizzazzjoni fost diversi gvernijiet nazzjonali u l-pubbliku, il-komunità internazzjonali u l-media lokali u internazzjonali, kull wieħed mill-gruppi fil-mira tal-proġett ser jiġi indirizzat permezz tal-lingwa adatta.
8. Tul ta’ żmien
Abbażi tal-esperjenza fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1424, u b’kont meħud tal-ambitu wiesa’ tal-azzjoni, l-għadd ta’ benefiċjarji u l-għadd u l-kumplessità tal-attivitajiet ippjanati, il-perijodu ta’ żmien għall-implimentazzjoni huwa 36 xahar.
9. Entità tal-implimentazzjoni teknika
L-implimentazzjoni teknika ta’ din id-Deċiżjoni ser tiġi fdata lis-Segretarjat tal-OSKE/iċ-Ċentru għall-Prevenzjoni ta’ Kunflitti (CPC) u l-PCU tal-OSKE. L-OSKE ser timplimenta l-attivitajiet taħt din id-Deċiżjoni f’koordinazzjoni u kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet u aġenziji internazzjonali oħra, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġu żgurati sinerġiji effettivi u li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-attivitajiet.
10. Kumitat ta’ Tmexxija
Il-Kumitat ta’ Tmexxija għal dan il-proġett ser ikun magħmul minn rappreżentanti tar-Rappreżentant Għoli, mid-Delegazzjoni tal-UE f’Kiev u mill-entità ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Anness. L-entità ta’ implimentazzjoni, megħjuna mill-Kumitat ta’ Tmexxija, ser tiżgura li l-implimentazzjoni tal-proġett isseħħ f’koordinazzjoni mal-assistenza relatata l-oħra tal-UE lill-Ukrajna, bħall-Istrateġija għal Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (appoġġata mill-Istrument Ewropew ta’ Viċinat tal-Kummissjoni), il-kooperazzjoni reġjonali mal-Balkani tal-Punent fil-qasam tal-kontroll tas-SALW implimentat mill-UNDP/SEESAC (appoġġata bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2018/1788 (1) u (PESK) 2016/2356 (2)), il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Ukrajna b’rabta mal-infurzar tal-liġi fil-qasam tat-traffikar tal-armi tan-nar (appoġġata mid-DG HOME tal-Kummissjoni, il-Europol u EMPACT-Armi tan-nar), il-ħidma ta’ Conflict Armament Research fl-Ukrajna (appoġġata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2283 (3)), il-missjonijiet ta’ Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni tal-UE EUAM Ukraine u EUBAM Moldova-Ukraine u l-attivitajiet ta’ appoġġ tagħhom għall-kontroll tal-fruntieri, u l-ħidma tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) dwar id-Diżarm, id-Demobilizzazzjoni u r-Reintegrazzjoni tal-ex-ġellieda (appoġġata mill-Istrument tal-Kummissjoni għall-Istabbiltà u l-Paċi). Il-Kumitat ta’ Tmexxija ser jistieden fuq bażi regolari rappreżentanti tas-sħab governattivi tal-Ukrajna. Il-Kumitat ta’ Tmexxija jista’ jistieden ukoll rappreżentanti ta’ entitajiet involuti fi proġetti fl-Ukrajna li għandhom objettiv simili jew relatat. Il-Kumitat ta’ Tmexxija ser jirrieżamina l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni regolarment, mill-anqas darba kull sitt xhur, inkluż bl-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni.
11. Rapportar
Ir-rapportar, kemm narrattiv kif ukoll finanzjarju, għandu jkopri l-azzjoni kollha deskritta fil-ftehim speċifiku għall-kontribut rilevanti u l-baġit mehmuż tiegħu, irrispettivament minn jekk din l-azzjoni hijiex kompletament iffinanzjata jew kofinanzjata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill.
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1788 tad-19 ta’ Novembru 2018 b’appoġġ għaċ-Ċentru tax-Xlokk u tal-Lvant tal-Ewropa għall-kontroll tal-Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir (SEESAC) għall-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali Reġjonali għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ armi fil-Balkani tal-Punent (ĠU L 293, 20.11.2018, p. 11).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2356 tad-19 ta’ Diċembru 2016 b’appoġġ għall-attivitajiet tas-SEESAC rigward id-diżarm u l-kontroll tal-armi fix-Xlokk tal-Ewropa fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċiti ta’ SALW u l-munizzjon tagħhom (ĠU L 348, 21.12.2016, p. 60).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2283 tal-11 ta’ Diċembru 2017 b’appoġġ għal mekkaniżmu globali ta’ rappurtar dwar armi ħfief u ta’ kalibru żgħir illeċiti u armi konvenzjonali oħrajn u munizzjoni illeċiti biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu tagħhom (“iTrace III”) (ĠU L 328, 12.12.2017, p. 20).