Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D1861

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1861 tal-31 ta’ Ottubru 2019 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/587 sabiex tiċċara jekk il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jinkludix illuminazzjoni LED esterna armata fuq ċerti vetturi elettriċi ibridi M1 bl-iċċarġjar fuq il-vettura (NOVC-HEV) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 286, 7.11.2019, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020D1806

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/1861/oj

    7.11.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 286/15


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1861

    tal-31 ta’ Ottubru 2019

    li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/587 sabiex tiċċara jekk il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jinkludix illuminazzjoni LED esterna armata fuq ċerti vetturi elettriċi ibridi M1 bl-iċċarġjar fuq il-vettura (NOVC-HEV)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 12(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Kummissjoni approvat metodoloġija ta’ ttestjar biex tiddetermina l-iffrankar ta’ CO2 mill-illuminazzjoni LED esterna mwaħħla ma’ vetturi M1 fl-14 ta’ April 2016, bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/587 (2).

    (2)

    Il-manifatturi Audi AG, Bayerische Motoren Werke AG, Ford-Werke GmbH, Hyundai Motor Europe Technical Center GmbH, Jaguar Land Rover LTD, Volkswagen AG, FCA Italy S.p.A., Automobiles Citroën Automobiles Peugeot PSA Automobiles SA, Opel Automobile GmbH – PSA u Renault SA (“ir-rikjedenti”) fis-17 ta’ Diċembru 2018 ressqu talba sabiex jiġi ċċarat jekk il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jinkludix illuminazzjoni LED esterna mwaħħla ma’ ċerti vetturi M1 elettriċi ibridi b’iċċarġjar fuq il-vettura (NOVC-HEVs) li jikkonformaw mal-punt (3) tal-paragrafu 5.3.2 tal-Anness 8 tar-Regolament Nru 101 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/ECE) (3) (ir-Regolament tan-NU/ECE Nru 101).

    (3)

    Il-Kummissjoni eżaminat it-talba skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (4) u skont il-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009. Il-Kummissjoni sabet li, abbażi tad-data tal-kejl ipprovduta mir-rikjedenti, il-metodoloġija tal-ittestjar stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/587 għandha titqies xierqa għad-determinazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 mill-illuminazzjoni LED imwaħħla ma’ vetturi ta’ dan il-grupp speċifiku ta’ NOVC-HEVs.

    (4)

    Għaldaqstant, jixraq li jiġi ċċarat li, għal kull applikazzjoni ġdida għal ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 imressqa wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/587 ikopri vetturi M1 b’magna tal-kombustjoni interna u NOVC-HEVs li huma konformi mal-punt (3) tal-paragrafu 5.3.2 tal-Anness 8 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 101.

    (5)

    Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/587 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Emenda

    Is-subparagrafu introduttorju tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/587 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Il-manifattur jista’ japplika għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta’ CO2 minn sistema waħda jew aktar ta’ illuminazzjoni esterna li tuża LEDs maħsuba għall-użu f’vetturi M1 b’magna tal-kombustjoni interna jew f’vetturi M1 elettriċi ibridi b’iċċarġjar fuq il-vettura (NOVC-HEVs) li huma konformi mal-punt (3) tal-paragrafu 5.3.2 tal-Anness 8 tar-Regolament Nru 101 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti, dejjem jekk il-vetturi jkunu mgħammra b’wieħed jew b’kombinament tat-tipi ta’ illuminazzjoni LED li ġejjin:”

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    L-Artikolu 1 għandu japplika għall-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni mressqa skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

    Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2019.

    Għall-Kummissjoni

    Miguel ARIAS CAÑETE

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/587 tal-14 ta’ April 2016 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fis-sistema ta’ illuminazzjoni esterna ta’ effiċjenza għolja tal-vetturi li tuża dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 101, 16.4.2016, p. 17).

    (3)  Ir-Regolament Nru 101 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/ECE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu b’magna ta’ kombustjoni interna biss, jew li jaħdmu b’power train elettrika ibrida, rigward il-kejl tal-emissjoni tad-diossidu tal-karbonju u l-konsum tal-fjuwil u/jew il-kejl tal-konsum tal-enerġija elettrika u l-medda elettrika, u tal-vetturi tal-kategoriji M 1 u N 1 li jaħdmu b’power train elettrika biss rigward il-kejl tal-konsum tal-enerġija elettrika u l-medda elettrika (ĠU L 138, 26.5.2012, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19).


    Top