Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D1211

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1211 tal-15 ta' Lulju 2019 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/740 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel

    ST/10861/2019/INIT

    ĠU L 191, 17.7.2019, p. 11–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/1211/oj

    17.7.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 191/11


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1211

    tal-15 ta' Lulju 2019

    li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/740 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/740 tas-7 ta' Mejju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/449/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-7 ta' Mejju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/740.

    (2)

    Fil-25 ta' Ġunju 2019, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2206 (2015), aġġorna l-informazzjoni relattiva għal persuna waħda soġġetta għal miżuri restrittivi.

    (3)

    L-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/740 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/740 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Lulju 2019.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. MOGHERINI


    (1)  ĠU L 117, 8.5.2015, p. 52.


    ANNESS

    L-entrata li tikkonċerna l-persuna elenkata hawn taħt hija sostitwita bl-entrata li ġejja:

    “8.

    Paul MALONG AWAN ANEI (psewdonimu: a) Paul Malong Awan Anei, b) Paul Malong, c) Bol Malong)

    Titolu: Ġeneral

    Deżinjazzjoni: a) Eks Kap tal-Persunal tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan (SPLA), b) Eks Gvernatur, l-Istat ta' Bahr el-Ghazal ta' Fuq

    Data tat-twelid: a) 1962, b) 4 ta' Diċembru 1960, c) 12 ta' April 1960, d) 1 ta' Jannar 1962

    Post tat-twelid: a) Malualkon, is-Sudan t'Isfel, b) Kotido, l-Uganda

    Nazzjonalità: a) is-Sudan t'Isfel b) l-Uganda

    Nru tal-passaport: a) is-Sudan t'Isfel numru S00004370, b) is-Sudan t'Isfel numru D00001369, c) is-Sudan numru 003606, d) is-Sudan numru 00606, e) is-Sudan numru B002606, f) l-Uganda numru DA025963

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 13 ta' Lulju 2018

    Informazzjoni oħra: Bħala Kap tal-Persunal Ġenerali tal-SPLA, Malong kabbar jew estenda l-kunflitt fis-Sudan t'Isfel permezz ta' ksur tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet u ksur tal-Ftehim tal-2015 dwar ir-Riżoluzzjoni tal-Kunflitt fis-Sudan t'Isfel (ARCSS). Huwa allegatament mexxa sforzi biex jinqatel il-mexxej tal-oppożizzjoni Riek Machar. Ordna unitajiet tal-SPLA biex jipprevjenu t-trasport ta' provvisti umanitarji. Taħt it-tmexxija ta' Malong, l-SPLA attakkat persuni ċivili, skejjel u sptarijiet; sfurzat l-ispostament ta' persuni ċivili; wettqet għajbien sfurzat; wettqet detenzjoni arbitrarja ta' persuni ċivili; u kkommettiet atti ta' tortura, u ta' stupru. Huwa mmobilizza l-milizzja tribali Mathiang Anyoor Dinka, li tuża suldati tfal. Taħt it-tmexxija tiegħu, l-SPLA irrestrinġiet l-aċċess lill-UNMISS, il-Kummissjoni Konġunta ta' Monitoraġġ u Evalwazzjoni (JMEC) u CTSAMM għal siti biex jinvestigaw u jiddokumentaw l-abbużi.

    Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Paul Malong Awan ġie elenkat fit-13 ta' Lulju 2018, b'segwitu għall-paragrafi 6, 7 (a), 7 (b), 7 (c), 7 (d), 7 (f), u 8 tar-riżoluzzjoni 2206 (2015), kif affermati mill-ġdid fir-riżoluzzjoni 2418 (2018), għal ‘azzjonijiet jew politiki li għandhom l-għan jew l-effett li jkabbru jew jestendu l-kunflitt fis-Sudan t'Isfel jew li jostakolaw it-taħditiet jew il-proċessi ta' rikonċiljazzjoni jew paċi, inkluż ksur tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet’; ‘azzjonijiet jew politiki li jheddu l-ftehimiet tranżizzjonali jew ixekklu l-proċess politiku fis-Sudan t'Isfel’; ‘il-mira ta' persuni ċivili, inkluż in-nisa u t-tfal, permezz tat-twettiq ta' atti ta' vjolenza (inkluż il-qtil, mankament, tortura, jew stupru jew vjolenza sesswali oħra), ħtif, għajbien sfurzat, l-ispostament sfurzat, jew attakki fuq skejjel, sptarijiet, siti reliġjużi, jew postijiet fejn persuni ċivili qed ifittxu rifuġju, jew permezz ta' aġir li jikkostitwixxi abbuż serju jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali’; ‘ippjanar, tmexxija jew twettiq ta' atti bi ksur tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali, jew atti li jikkostitwixxu abbużi tad-drittijet tal-bniedem, fis-Sudan t'Isfel’; ‘L-użu jew ir-reklutaġġ ta' tfal minn gruppi armati jew forzi armati fil-kuntest tal-konflitt armat fis-Sudan t'Isfel’; ‘it-tfixkil tal-attivitajiet ta' missjonijiet ta' żamma tal-paċi internazzjonali, diplomatiċi, jew umanitarji fis-Sudan t'Isfel, inkluż il-Mekkaniżmu ta' Monitoraġġ u Verifika tal-IGAD jew tal-kunsinna jew id-distribuzzjoni ta' għajnuna umanitarja jew l-aċċess għaliha’; u bħala mexxej ‘ta' kwalunkwe entità, inkluż kwalunkwe gvern, oppożizzjoni, milizzja, jew grupp ieħor tas-Sudan t'Isfel, li kienu involuti, jew li l-membri tagħha kienu involuti, fi kwalunkwe mill-attivitajiet deskritti fil-paragrafi 6 u 7’.

    Malong serva bħala Kap tal-Persunal Ġenerali tal-SPLA mit-23 ta' April, 2014, sa Mejju 2017. Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala l-Kap tal-Persunal Ġenerali, huwa kabbar jew estenda l-kunflitt fis-Sudan t'Isfel permezz ta' ksur tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet u ksur tal-Ftehim tal-2015 dwar ir-Riżoluzzjoni tal-Kunflitt fis-Sudan t'Isfel (ARCSS). Minn kmieni f'Awwissu 2016, Malong allegatament mexxa sforzi biex jinqatel il-mexxej tal-oppożizzjoni tas-Sudan t'Isfel, Riek Machar. Malong, filwaqt li konxjament mar kontra l-ordnijiet tal-President Salva Kiir, ordna l-attakki tal-10 ta' Lulju 2016 bit-tankijiet, ħelikopters armati, u bl-infanterija fuq ir-residenza ta' Machar u fuq il-bażi ‘Jebel’ tal-Moviment għal-Liberazzjoni tal-Popli tas-Sudan fl-Oppożizzjoni (SPLM-IO). Malong personalment mexxa l-isforzi mill-kwartieri ġenerali tal-SPLA biex jinterċetta lil Machar. Minn kmieni f'Awwissu 2016, Malong ried lill-SPLA tattakka l-pożizzjoni suspettata ta' Machar immedjatament u informa lill-kmandanti tal-SPLA li ma kellhomx jaqbdu lil Machar ħaj. Barra minn hekk, kmieni fl-2016 l-informazzjoni tindika li Malong ordna lill-unitajiet tal-SPLA jipprevjenu t-trasport ta' provvisti umanitarji għan-naħa l-oħra tax-Xmara Nil, fejn għexieren ta' eluf ta' persuni ċivili kienu qed jiffaċċjaw il-ġuħ, fejn sostna li l-għajnuna alimentari kienet ser tingħata lill-gruppi tal-milizzja minflok lill-persuni ċivili. Kaġun tal-ordnijiet ta' Malong il-provvisti tal-ikel inżammu milli jaqsmu n-Nil għal mill-inqas ġimagħtejn.

    Matul iż-żmien tiegħu bħala Kap tal-Persunal Ġenerali tal-SPLA, Malong kien responsabbli għall-SPLA u l-forzi alleati tagħha fit-twettiq ta' abbużi serji inkluż attakki fuq persuni ċivili, ċaqliq sfurzat, għajbien furzat, detenzjonijiet arbitrarji, tortura u stupru. Taħt it-tmexxija ta' Malong, l-SPLA nediet attakki diretti kontra l-popolazzjoni ċivili u qatlet intenzjonalment persuni ċivili mhux armati li kienu qed jaħarbu. Fiż-żona ta' Yei biss, in-NU ddokumentat il-qtil ta' 114-il persuna ċivili mill-SPLA u l-forzi alleati tagħha bejn Lulju 2016 u Jannar 2017. L-SPLA intenzjonalment attakkat skejjel u sptarijiet. F'April 2017, Malong allegatament ordna lill-SPLA biex tneħħi lil kulħadd, inkluż persuni ċivili, miż-żona madwar Wau. Malong allegatament ma skoraġġiex il-qtil ta' persuni ċivili minn truppi tal-SPLA, u persuni suspettati li qed jaħbu ribelli kienu kkunsidrati miri leġittimi.

    Skont rapport tal-15 ta' Ottubru 2014 tal-Kummissjoni ta' Inkjesta tal-Unjoni Afrikana dwar is-Sudan t'Isfel, Malong kien responsabbli għall-mobilizzazzjoni tal-massa tal-milizzja tribali Mathiang Anyoor Dinka, li skont kif iddokumentat mill-Mekkaniżmu ta' Monitoraġġ dwar Arranġamenti tas-Sigurtà ta' Transizzjoni u ta' Waqfien mill-Ġlied (CTSAMM) tuża suldati tfal.

    Taħt it-tmexxija ta' Malong tal-SPLA, il-forzi tal-gvern regolarment irrestrinġew l-aċċess lill-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fis-Sudan t'Isfel (UNMISS), il-Kummissjoni Konġunta ta' Monitoraġġ u Evalwazzjoni (JMEC), u CTSAMM meta ppruvaw jinvestigaw u jiddokumentaw l-abbużi. Pereżempju, fil-5 ta' April, 2017, pattulja konġunta tan-NU u CTSAMM ippruvat taċċessa Pajok iżda ntbagħtet lura minn suldati tal-SPLA.”


    Top