Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D1180

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1180 tat-8 ta' Lulju 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet (Linja baġitarja 12 02 01 — Implimentazzjoni u żvilupp tas-suq uniku għas-servizzi finanzjarji) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    ST/10119/2019/INIT

    ĠU L 185, 11.7.2019, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1180/oj

    11.7.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 185/42


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1180

    tat-8 ta' Lulju 2019

    dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet (Linja baġitarja 12 02 01 — Implimentazzjoni u żvilupp tas-suq uniku għas-servizzi finanzjarji)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (il-“Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

    (2)

    Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE.

    (3)

    Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE fih dispożizzjonijiet dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet.

    (4)

    Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE f'azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-iżvilupp tas-suq uniku għas-servizzi finanzjarji.

    (5)

    Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat sabiex jippermetti li dik il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2019.

    (6)

    Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jenħtieġ għalhekk li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2019.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A.-K. PEKONEN


    (1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

    (2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.


    ABBOZZ

    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2019

    ta'…

    li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE fl-azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-iżvilupp tas-suq uniku għas-servizzi finanzjarji.

    (2)

    Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat sabiex dik il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2019,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fil-paragrafu 11 tal-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, il-kliem “u l-2018” jiġi sostitwit bil-kliem “, l-2018 u l-2019”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

    Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2019.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Is-Segretarji

    Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


    (*1)  [Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]


    Top