Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0992

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2019/992 tal-4 ta' Ġunju 2019 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (EUAM Ukraine/1/2019)

    ST/8902/2019/REV/1

    ĠU L 160, 18.6.2019, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2023

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/992/oj

    18.6.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 160/24


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2019/992

    tal-4 ta' Ġunju 2019

    dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (EUAM Ukraine/1/2019)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2014/486/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EUAM Ukraine inkluż, b'mod partikolari, id-deċiżjoni li taħtar Kap tal-Missjoni.

    (2)

    Fil-25 ta' Ottubru 2018, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1662 (2), li testendi l-mandat tas-Sur Kęstutis LANČINSKAS bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUAM Ukraine mill-1 ta' Diċembru 2018 sal-31 ta' Mejju 2019.

    (3)

    Fit-13 ta' Mejju 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/761 (3), li testendi l-mandat tal-EUAM Ukraine sal-31 ta' Mejju 2021.

    (4)

    Fis-27 ta' Mejju 2019, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet il-ħatra tas-Sur Antti HARTIKAINEN bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUAM Ukraine,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-Sur Antti HARTIKAINEN huwa b'dan maħtur bħala l-Kap tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) mill-1 ta' Lulju 2019 sat-30 ta' Ġunju 2020.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ġunju 2019.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    S. FROM-EMMESBERGER


    (1)  ĠU L 217, 23.7.2014, p. 42.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2018/1662 tal-25 ta' Ottubru 2018 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (EUAM UKRAINE/1/2018) (ĠU L 278, 8.11.2018, p. 18).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/761 tat-13 ta' Mejju 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (ĠU L 125, 14.5.2019, p. 16).


    Top