EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0854

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/854 tal-15 ta’ April 2019 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, il-governanza u l-kummerċ fis-settur forestali

ST/10861/2018/INIT

ĠU L 147, 5.6.2019, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/854/oj

Related international agreement

5.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 147/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/854

tal-15 ta’ April 2019

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, il-governanza u l-kummerċ fis-settur forestali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafi tal-Artikolu 207(3) u (4), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) u l-Artikolu 218(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

F’Mejju 2003, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolata “Forest Law Enforcement, Governance and Trade (FLEGT): Proposal for an EU Action Plan” (L-Infurzar tal-Liġi, il-Governanza u l-Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT): Proposta għal Pjan ta’ Azzjoni tal-UE), li għamlet appell biex jittieħdu miżuri sabiex jiġi indirizzat il-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam billi jiġu żviluppati ftal-UEtehimiet ta’ sħubija volontarji ma’ pajjiżi li jipproduċu l-injam (il-“Pjan ta’ Azzjoni tal-UE”). Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE ġew adottati f’Ottubru 2003 (2) u l-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar dak is-suġġett fis-7 ta’ Lulju 2005 (3),

(2)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1528 (4), il-Ftehim ta’ Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, il-governanza u l-kummerċ fis-settur forestali (il-“Ftehim”) ġie ffirmat fid-19 ta’ Ottubru 2018, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(3)

Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta’ Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, il-governanza u l-kummerċ fis-settur forestali huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 25 tal-Ftehim. (5)

Artikolu 3

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tirrappreżenta lil-Unjoni fil-Kumitat Konġunt dwar l-Implimentazzjoni stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 18 tal-Ftehim.

L-Istati Membri jistgħu jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt dwar l-Implimentazzjoni bħala membri tad-delegazzjoni tal-Unjoni.

Artikolu 4

Għall-iskop tal-emendar tal-Annessi tal-Ftehim skont l-Artikolu 24 tiegħu, il-Kummissjoni hija awtorizzata, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 (6), li tapprova kwalunkwe tali emenda f’isem l-Unjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta’ April 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

P. DAEA


(1)  Il-Parlament Ewropew ta l-kunsens tiegħu fit-12 ta’ Marzu 2019.

(2)  ĠU C 268, 7.11.2003, p. 1.

(3)  ĠU C 157E, 6.7.2006, p. 482.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1528 tal-11 ta’ Ottubru 2018 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, il-governanza u l-kummerċ fis-settur forestali (ĠU L 257, 15.10.2018, p. 1).

(5)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta’ injam fil-Komunità Ewropea (ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1).


Top