This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D0385
Council Decision (EU) 2019/385 of 4 March 2019 on the conclusion of the Protocol on the implementation of the Fisheries Partnership Agreement between the European Union and the Republic of Côte d'Ivoire (2018-2024)
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/385 tal-4 ta' Marzu 2019 dwar il-konklużjoni ta' Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju (2018–2024)
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/385 tal-4 ta' Marzu 2019 dwar il-konklużjoni ta' Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju (2018–2024)
ST/10858/2018/INIT
ĠU L 70, 12.3.2019, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/385/oj
12.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/385
tal-4 ta' Marzu 2019
dwar il-konklużjoni ta' Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju (2018–2024)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) u l-Artikolu 218(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2008, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 242/2008 (2) li kkonkluda l-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea (3), (“il-Ftehim”). Il-Ftehim imbagħad iġġedded b'mod taċitu u għadu fis-seħħ. |
(2) |
L-aħħar Protokoll għall-Ftehim skada fit-30 ta' Ġunju 2018. |
(3) |
Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem l-Unjoni, Protokoll ġdid dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim (, il-“Protokoll”). Il-Protokoll ġie inizjalat fis-16 ta' Marzu 2018. |
(4) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1069 (4), il-Protokoll ġie ffirmat fl-1 ta' Awwissu 2018, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard. |
(5) |
Il-Protokoll ġie applikat fuq bażi provviżorja mid-data tal-iffirmar tiegħu. |
(6) |
L-għan tal-Protokoll huwa li jippermetti lill-Unjoni u lir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju (il-“Kosta tal-Avorju”) jaħdmu aktar mill-qrib rigward il-promozzjoni ta' politika tas-sajd sostenibbli, l-isfruttament responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tal-Kosta tal-Avorju, u l-isforzi tal-Kosta tal-Avorju biex tiżviluppa ekonomija blu. |
(7) |
Jenħtieġ li l-Protokoll jiġi approvat. |
(8) |
L-Artikolu 9 tal-Ftehim jistabbilixxi l-Kumitat Konġunt responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tiegħu (il-“Kumitat Konġunt”). Barra minn hekk, skont l-Artikoli 5(4) u l-Artikoli 6 u 7 tal-Protokoll, il-Kumitat Konġunt jista' japprova ċerti emendi tal-Protokoll. Sabiex tiġi ffaċilitata l-approvazzjoni ta' tali emendi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa, soġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi, li tapprova dak l-emendi skont proċedura simplifikata. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju (2018-2024) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (5).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 14 tal-Protokoll.
Artikolu 3
Soġġett għad-dispożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet indikati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tapprova, f'isem l-Unjoni, l-emendi tal-Protokoll li għandhom jiġu adottati mill-Kumitat Konġunt.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ANTON
(1) Il-Kunsens tat-12 ta' Frar 2019 (għadu ma ġiex ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali)
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 242/2008 tas-17 ta' Marzu 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju, min-naħa l-oħra (ĠU L 75, 18.3.2008 p. 51).
(3) ĠU L 48, 22.2.2008. p. 41.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1069 tas-26 ta' Lulju 2018 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju (2018–2024) (ĠU L 194, 31.7.2018, p. 1).
(5) Il-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 194 tal-31.7.2018, p. 3, flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.
ANNESS
AMBITU TAS-SETGĦAT KONFERITI U L-PROĊEDURA GĦALL-ISTABBILIMENT TAL-POŻIZZJONI TAL-UNJONI FIL-KUMITAT KONĠUNT
(1) |
Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata biex tinnegozja mar-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u, fejn xieraq u soġġett għall-konformità mal-punt 3, biex tapprova l-modifiki lil dan il-Protokoll fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:
|
(2) |
Fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim, l-Unjoni għandha:
|
(3) |
Meta tiġi adottata deċiżjoni dwar modifiki għall-Protokoll imsemmija fil-punt 1 matul laqgħa tal-Kumitat Konġunt,, għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li l-pożizzjoni espressa f'isem l-Unjoni tqis l-aktar statistika, informazzjoni bijoloġika u informazzjoni oħra riċenti trażmessa lill-Kummissjoni.
Għal dan il-għan, u abbażi ta' dik l-informazzjoni, is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jibagħtu dokument lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu għall-kunsiderazzjoni u l-approvazzjoni, fi żmien suffiċjenti qabel il-laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt. |
(4) |
Għall-kwistjonijiet imsemmija fil-punt 1(a), l-approvazzjoni tal-pożizzjoni intiża tal-Unjoni mill-Kunnsill għandha tirrikjedi maġġoranza kwalifikata tal-voti. Fil-każijiet l-oħra, il-pożizzjoni tal-Unjoni intiża fid-dokument preparatorju għandha titqies li tkun approvata, sakemm għadd ta' Stati Membri ekwivalenti għal minoranza li timblokka ma joġġezzjonax f'laqgħa tal-korp preparatorju tal-Kunsill jew fi żmien 20 jum mill-wasla tad-dokument preparatorju, skont liema minnhom iseħħ l-ewwel. F'każ ta' tali oġġezzjoni, il-kwistjoni għandha tiġi riferita lill-Kunsill. |
(5) |
Jekk, waqt laqgħat oħrajn, inkluż fil-post, ma jkunx possibbli li jintlaħaq ftehim sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni tqis l-elementi l-ġodda, il-kwistjoni għandha tiġi riferita lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu. |
(6) |
Il-Kummissjoni hija mistiedna biex, fil-ħin propizju, tieħu l-miżuri kollha meħtieġa bħala segwitu għad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, inkluż, fejn xieraq, il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni rilevanti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-preżentazzjoni tal-proposti kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dik id-deċiżjoni. |