Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0705

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/705 tal-14 ta' Mejju 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    ĠU L 118I, 14.5.2018, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/705/oj

    14.5.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    LI 118/1


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/705

    tal-14 ta' Mejju 2018

    li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

    (2)

    Wara li ġew organizzati elezzjonijiet presidenzjali Russi mill-Federazzjoni Russa fil-Krimea u Sevastopol, li ġew annessi illegalment, il-Kunsill hu tal-fehma li jenħtieġ li jiżdiedu ħames persuni mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

    (3)

    Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-persuni elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. ZAHARIEVA


    (1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


    ANNESS

    Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014:

     

    Isem

    Informazzjoni għall-identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “162.

    Inna Nikolayevna GUZEYEVA

    (Инна Николаевна ГУЗЕЕВА)

    Inna Nikolayevna GUZEEVA

    (Инна Николаевна ГУЗЕЕВА)

    Inna Mykolayivna HUZIEIEVA

    (Iнна Миколаївна ГУЗЄЄВА)

    Data tat-twelid: 20.5.1971

    Post tat-twelid: il-Krimea

    Indirizz: Simferopol, Lisnevka, 83 Kievskaya str, apt. 67

    Viċi President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea. F'din il-kapaċità hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta' Marzu 2018 fil-Krimea u Sevastopol, li ġew annessi illegalment, u b'hekk appoġġat b'mod attiv u implimentat politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    14.5.2018

    163.

    Natalya Ivanovna BEZRUCHENKO/

    Natalia Ivanovna BEZRUCHENKO

    (Наталья Ивановна БЕЗРУЧЕНКО)

    Nataliya Ivanivna BEZRUCHENKO

    (Наталія Iванівна БЕЗРУЧЕНКО)

    Data tat-twelid: 22.8.1979

    Post tat-twelid: Simferopol, il-Krimea

    Indirizz: Autonomous Republic of Crimea, Gresovskoe, 5-A Kryzhizhanovskogo str, apt 64

    Segretarju tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea. F'din il-kapaċità hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta' Marzu 2018 fil-Krimea u Sevastopol, li ġew annessi illegalment, u b'hekk appoġġat b'mod attiv u implimentat politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    14.5.2018

    164.

    Aleksandr Yurevich PETUKHOV/

    Aleksandr Yurievich PETUKHOV

    (Александр Юрьевич ПЕТУХОВ)

    Oleksandr Yuriyovych PIETUKHOV

    (Олександр Юрійович ПЄТУХОВ)

    Data tat-twelid: 17.7.1970

    President tal-Kummissjoni Elettorali ta' Sevastopol. F'din il-kapaċità huwa ħa sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta' Marzu 2018 fil-Krimea u Sevastopol, li ġew annessi illegalment, u b'hekk appoġġa b'mod attiv u implimenta politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    14.5.2018

    165.

    Miroslav Aleksandrovich POGORELOV

    (Мирослав Александрович ПОГОРЕЛОВ)

    Myroslav Oleksandrovych POHORIELOV

    (Мирослав Олександрович ПОГОРЄЛОВ)

    Data tat-twelid: 7.6.1968

    Viċi President tal-Kummissjoni Elettorali ta' Sevastopol. F'din il-kapaċità huwa ħa sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta' Marzu 2018 fil-Krimea u Sevastopol, li ġew annessi illegalment, u b'hekk appoġġa b'mod attiv u implimenta politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    14.5.2018

    166.

    Anastasiya Nikolayevna KAPRANOVA

    (Анастасия Николаевна КАПРАНОВА)

    Anastasiya Mykolayivna KAPRANOVA

    (Анастасія Миколаївна КАПРАНОВА)

    Data tat-twelid: 1964 (possibbilment: 21 ta' April)

    Segretarju tal-Kummissjoni Elettorali ta' Sevastopol. F'din il-kapaċità hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta' Marzu 2018 fil-Krimea u Sevastopol, li ġew annessi illegalment, u b'hekk appoġġat b'mod attiv u implimentat politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    14.5.2018”


    Top