Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0324

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/324 tal-5 ta' Marzu 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

    ĠU L 63, 6.3.2018, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/324/oj

    6.3.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 63/1


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/324

    tal-5 ta' Marzu 2018

    li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 47(5) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-30 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509.

    (2)

    Fil-15 ta' Frar 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“UNSC”) stabbilit taħt l-UNSCR 1718 (2006) emenda l-elenkar ta' individwu soġġett għal miżuri restrittivi.

    (3)

    L-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Marzu 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    N. DIMOV


    (1)  ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.


    ANNESS

    Fl-Anness XIII għar-Regolament 2017/1509, l-entrata 52 taħt l-intestatura “(a) Persuni fiżiċi” tinbidel b'dan li ġej:

    “52.

    Ri Su Yong

     

    Data tat-twelid: 25.6.1968

    Nazzjonalità: RDPK

    Numru tal-passaport: 654310175

    Indirizz: mhux applikabbli

    Sess: raġel

    Kien rappreżentant tal-Korea Ryonbong General Corporation f'Kuba

    2.6.2017

    Uffiċjal għall-Korea Ryonbong General Corporation, jispeċjalizza fl-akkwisti għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u fl-appoġġ għall-bejgħ marbut mal-militar ta' Pyongyang. L-akkwisti tagħha wkoll x'aktarx li jappoġġaw il-programm tal-armi kimiċi tar-RDPK.”


    Top