EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0281

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/281 tas-26 ta' Frar 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

ĠU L 54I, 26.2.2018, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/281/oj

26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 54/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/281

tas-26 ta' Frar 2018

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal-20 ta' Settembru 2016 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-20 ta' Settembru 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/1686.

(2)

Minħabba t-theddida kontinwa ta' ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u l-persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, jenħtieġ li tiżdied persuna waħda fuq il-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686 jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Frar 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1.


ANNESS

Dan li ġej jiżdied fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686:

“A.   Persuni

1.

Fabien CLAIN (magħruf ukoll bħala Omar); data tat-twelid: 30 ta' Jannar 1978; post tat-twelid: Toulouse (Franza); Nazzjonalità: Franċiża; Numru tal-passaport 06AP104665 maħruġ fis-16.1.2006 (skadut); numru tal-karta tal-identità nazzjonali: 150161100206 maħruġa fit-8.1.2015 (valida sas-7.1.2030).”


Top