This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018L1808
Directive (EU) 2018/1808 of the European Parliament and of the Council of 14 November 2018 amending Directive 2010/13/EU on the coordination of certain provisions laid down by law, regulation or administrative action in Member States concerning the provision of audiovisual media services (Audiovisual Media Services Directive) in view of changing market realities
Direttiva (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta' realtajiet tas-suq li qed jinbiddlu
Direttiva (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta' realtajiet tas-suq li qed jinbiddlu
PE/33/2018/REV/1
ĠU L 303, 28.11.2018, p. 69–92
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32010L0013 | Tħassir | artikolu 12 | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Tħassir | kapitolu IV titolu | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Tħassir | kapitolu VIII | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Żieda | artikolu 1 paragrafu 1 punt (aa) | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Żieda | artikolu 1 paragrafu 1 punt (ba) | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Żieda | artikolu 1 paragrafu 1 punt (bb) | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Żieda | artikolu 1 paragrafu 1 punt (da) | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Żieda | artikolu 2 paragrafu 5a | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Żieda | artikolu 2 paragrafu 5b | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Żieda | artikolu 2 paragrafu 5c | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Żieda | artikolu 30a | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Żieda | artikolu 30b | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Żieda | artikolu 33a | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Żieda | artikolu 4a | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Żieda | artikolu 6a | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Żieda | artikolu 7a | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Żieda | artikolu 7b | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Żieda | kapitolu IXA | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 1 punt (a) | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 1 punt (b) | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 1 punt (h) | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 1 punt (k) | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 1 punt (m) | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Sostituzzjoni | artikolu 10 paragrafu 2 | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Sostituzzjoni | artikolu 10 paragrafu 4 | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Sostituzzjoni | artikolu 11 | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Sostituzzjoni | artikolu 13 | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Sostituzzjoni | artikolu 19 paragrafu 2 | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 3 punt (b) | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Sostituzzjoni | artikolu 20 paragrafu 2 | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Sostituzzjoni | artikolu 23 | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Sostituzzjoni | artikolu 3 | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Sostituzzjoni | artikolu 30 | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Sostituzzjoni | artikolu 33 | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Sostituzzjoni | artikolu 4 | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Sostituzzjoni | artikolu 5 | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Sostituzzjoni | artikolu 6 | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Sostituzzjoni | artikolu 7 | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Sostituzzjoni | artikolu 9 | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Sostituzzjoni | kapitolu II titolu | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Sostituzzjoni | kapitolu III titolu | 18/12/2018 | |
Modifies | 32010L0013 | Sostituzzjoni | kapitolu XI titolu | 18/12/2018 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32018L1808R(01) | (ET) | |||
Corrected by | 32018L1808R(02) | (CS) |
28.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 303/69 |
DIRETTIVA (UE) 2018/1808 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta' Novembru 2018
li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta' realtajiet tas-suq li qed jinbiddlu
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 62 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
L-aħħar emenda sostantiva għad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE (4), sussegwentement ikkodifikata mid-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), saret fl-2007 bl-adozzjoni tad-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Minn dakinhar 'l hawn, is-suq tas-servizzi tal-media awdjoviżiva evolva b'mod sinifikanti u mgħaġġel minħabba l-konverġenza kontinwa bejn is-servizzi tat-televiżjoni u tal-internet. L-iżviluppi teknoloġiċi ippermettew tipi ġodda ta' servizzi u esperjenzi ġodda għall-utenti. It-tendenzi tat-telespettaturi, b'mod partikolari dawk tal-ġenerazzjonijiet ta' żgħażagħ, inbiddlu b'mod sinifikanti. Filwaqt li l-iskrin ewlieni tat-TV jibqa' apparat importanti għall-kondiviżjoni ta' esperjenzi awdjoviżivi, bosta telespettaturi mxew għal apparati portabbli oħra biex jaraw kontenut awdjoviżiv. Il-kontenut tradizzjonali tat-TV għadu jammonta għal sehem kbir tal-ħin medju li fih it-telespettaturi jaraw it-TV kuljum. Madankollu, tipi ġodda ta' kontenut, bħal videos qosra jew kontenut iġġenerat mill-utenti, kisbu importanza dejjem ikbar u parteċipanti ġodda, inkluż fornituri tas-servizzi ta' video-on-demand u ta' pjattaformi ta' video-sharing, issa huma stabbiliti sew. Din il-konverġenza tal-media teħtieġ qafas ġuridiku aġġornat sabiex jiġu riflessi l-iżviluppi fis-suq u biex jinkisbu bilanċ bejn l-aċċess għas-servizzi tal-kontenut online, il-protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetittività. |
(2) |
Fis-6 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni adottat komunikazzjoni intitolata “Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa” li fiha ħabbret reviżjoni tad-Direttiva 2010/13/UE. |
(3) |
Id-Direttiva 2010/13/UE jenħtieġ li tibqa' applikabbli biss għal dawk is-servizzi li l-fini ewlieni tagħhom huwa l-forniment ta' programmi sabiex jipprovdu informazzjoni, divertiment jew edukazzjoni. Jenħtieġ li r-rekwiżit tal-fini ewlieni jitqies ukoll li ġie ssodisfat jekk is-servizz ikollu kontenut u forma awdjoviżivi li huma separabbli mill-attività ewlenija tal-fornitur tas-servizzi, bħal partijiet indipendenti ta' gazzetti online li juru programmi awdjoviżivi jew videos iġġenerati mill-utenti fejn dawk il-partijiet jistgħu jitqiesu separabbli mill-attività ewlenija tagħhom. Jenħtieġ li servizz jitqies li huwa sempliċiment komplement inseparabbli mill-attività ewlenija minħabba r-rabtiet bejn l-offerta awdjoviżiva u l-attività ewlenija, bħal aħbarijiet mogħtija f'forma miktuba. Bħala tali, il-kanali, jew kwalunkwe servizz awdjoviżiv ieħor taħt ir-responsabbiltà editorjali ta' fornitur, fihom infushom jistgħu jikkostitwixxu servizzi tal-media awdjoviżiva, anke jekk huma offruti fuq pjattaforma ta' video-sharing li hija kkaratterizzata min-nuqqas ta' responsabbiltà editorjali. F'każijiet bħal dawn, ikun f'idejn il-fornituri b'responsabbiltà editorjali li jikkonformaw mad-Direttiva 2010/13/UE. |
(4) |
Is-servizzi ta' pjattaforma ta' video-sharing jipprovdu kontenut awdjoviżiv li kulma jmur qed isir aktar aċċessibbli mill-pubbliku ġenerali, b'mod partikolari miż-żgħażagħ. Dan huwa minnu wkoll fir-rigward tas-servizzi tal-media soċjali, li saru mezzi importanti għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni, divertiment u edukazzjoni, inkluż billi jipprovdu aċċess għal programmi u videos iġġenerati mill-utenti. Dawk is-servizzi tal-media soċjali jeħtieġu li jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2010/13/UE peress li jikkompetu għall-istess udjenzi u dħul bħas-servizzi tal-media awdjoviżiva. Barra minn hekk, huma għandhom ukoll impatt konsiderevoli minħabba li jiffaċilitaw il-possibbiltà għall-utenti li jifformaw u jinfluwenzaw l-opinjonijiet ta' utenti oħra. Għalhekk, sabiex il-minorenni jiġu protetti minn kontenut ta' ħsara u ċ-ċittadini kollha jiġu protetti minn inċitament għall-mibegħda, il-vjolenza u t-terroriżmu, jenħtieġ li dawn is-servizzi jkunu koperti mid-Direttiva 2010/13/UE sa fejn dawn jissodisfaw id-definizzjoni ta' servizz ta' pjattaforma ta' video-sharing. |
(5) |
Filwaqt li l-għan tad-Direttiva 2010/13/UE mhuwiex li tirregola s-servizzi tal-media soċjali bħala tali, servizz tal-media soċjali jenħtieġ li jkun kopert jekk il-forniment ta' programmi u videos iġġenerati mill-utenti jikkostitwixxi funzjonalità essenzjali ta' dak is-servizz. Il-forniment ta' programmi u ta' videos iġġenerati mill-utenti jista' jitqies li jikkostitwixxi funzjonalità essenzjali tas-servizz tal-media soċjali jekk il-kontenut awdjoviżiv mhuwiex biss anċillari għall-attivitajiet ta' dak is-servizz tal-media soċjali jew ma jikkostitwixxix parti żgħira tal-attivitajiet ta' dak is-servizz tal-media soċjali. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza, l-effikaċja u l-konsistenza tal-implimentazzjoni, jenħtieġ li, fejn meħtieġ, il-Kummissjoni toħroġ linji gwida, wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta' Kuntatt, dwar l-applikazzjoni prattika tal-kriterju ta' funzjonalità essenzjali tad-definizzjoni ta' “servizz ta' pjattaforma ta' video-sharing”. Jenħtieġ li dawk il-linji gwida jiġu abbozzati bir-rispett dovut għall-objettivi ta' interess pubbliku ġenerali li għandu jinkiseb mill-miżuri li għandhom jittieħdu mill-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing u d-dritt tal-libertà ta' espressjoni. |
(6) |
Meta taqsima separabbli tas-servizz tikkostitwixxi servizz ta' pjattaforma ta' video-sharing għall-finijiet tad-Direttiva 2010/13/UE, jenħtieġ li dik it-taqsima biss tkun koperta minn dik id-Direttiva, u biss fir-rigward ta' programmi u videos iġġenerati mill-utenti. Filmati inkorporati f'kontenut editorjali ta' verżjonijiet elettroniċi ta' gazzetti u rivisti u immaġnijiet animati bħal GIFs jenħtieġ li ma jkunux koperti mid-Direttiva 2010/13/UE. Id-definizzjoni ta' servizz ta' pjattaforma ta' video-sharing jenħtieġ li ma tkoprix attivitajiet li mhumiex ekonomiċi, bħall-forniment ta' kontenut awdjoviżiv fuq siti web privati u komunitajiet ta' interess mhux kummerċjali. |
(7) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva 2010/13/UE, huwa kruċjali li l-Istati Membri jistabbilixxu u jżommu rekords aġġornati tal- fornituri tas-servizzi tal-media u tal-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom u li b'mod regolari jikkondividu dawk ir-rekords mal-awtoritajiet jew korpi regolatorji indipendenti kompetenti tagħhom u mal-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk ir-rekords jinkludu informazzjoni dwar il-kriterji li fuqhom hija bbażata l-ġurisdizzjoni. |
(8) |
L-istabbiliment tal-ġurisdizzjoni jeħtieġ valutazzjoni tas-sitwazzjonijiet fattwali kontra l-kriterji stabbiliti fid-Direttiva 2010/13/UE. Il-valutazzjoni ta' sitwazzjonijiet fattwali bħal dawn tista' twassal għal riżultati konfliġġenti. Fl-applikazzjoni tal-proċeduri ta' kooperazzjoni previsti f'dik id-Direttiva, huwa importanti li l-Kummissjoni tkun tista' tibbaża s-sejbiet tagħha fuq fatti affidabbli. Għalhekk jenħtieġ li l-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (ERGA) jkollu s-setgħa li jipprovdi opinjonijiet dwar il-ġurisdizzjoni fuq it-talba tal-Kummissjoni. Fejn il-Kummissjoni, meta tapplika dawk il-proċeduri ta' kooperazzjoni, tiddeċiedi li tikkonsulta lill-ERGA, jenħtieġ li tinforma lill-Kumitat ta' Kuntatt, inkluż dwar notifiki li jaslu mingħand Stati Membri skont dawk il-proċeduri ta' kooperazzjoni u dwar l-opinjoni tal-ERGA. |
(9) |
Il-proċeduri u l-kondizzjonijiet għal-limitazzjoni tal-libertà biex jingħataw u jiġu rċevuti servizzi tal-media awdjoviżiva jenħtieġ li jkunu l-istess kemm għal servizzi lineari kif ukoll għal servizzi mhux lineari. |
(10) |
Skont il-każistika eżistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-“Qorti”), huwa possibbli li l-libertà li jiġu pprovduti servizzi ggarantiti skont it-Trattat tista' tiġi ristretta għal raġunijiet imperattivi fl-interess pubbliku ġenerali, bħalma huma li jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi, dment li tali restrizzjonijiet ikunu ġustifikati, proporzjonati u neċessarji. Għalhekk, jenħtieġ li Stat Membru jkun jista' jieħu ċerti miżuri biex jiżgura r-rispett għar-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur li ma jaqgħux fl-oqsma ikkoordinati mid-Direttiva 2010/13/UE. Il-miżuri meħuda minn Stat Membru biex jinforza s-sistema nazzjonali tiegħu għall-protezzjoni tal-konsumaturi, inkluż fir-rigward ta' reklamar dwar il-logħob tal-azzard, jeħtieġ li jkunu ġustifikati, proporzjonati għall-għan li jrid jintlaħaq, u neċessarji kif meħtieġ skont il-każistika tal-Qorti. Fi kwalunkwe każ, Stat Membru li jirċievi m'għandu jieħu l-ebda miżura li tipprevjeni r-ritrażmissjoni, fit-territorju tiegħu, ta' xandiriet televiżivi li ġejjin minn Stat Membru ieħor. |
(11) |
Meta Stat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni li fornitur tas-servizzi tal-media jkun stabbilixxa ruħu fl-Istat Membru li jkollu ġurisdizzjoni sabiex jevita r-regoli aktar stretti fl-oqsma koordinati mid-Direttiva 2010/13/UE, li jkunu applikabbli għal dak il-fornitur li kieku kien stabbilit fl-Istat Membru notifikanti, jenħtieġ li jippreżenta evidenza kredibbli u sostanzjata b'mod debitu għal dak il-għan. Tali evidenza jenħtieġ li tiddeskrivi sett ta' fatti li jikkorroboraw li jippermettu li tali ċirkomvenzjoni tkun stabbilita raġonevolment. |
(12) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Regolamentazzjoni Aħjar għal Riżultati Aħjar – Aġenda tal-UE, il-Kummissjoni enfasizzat li, waqt li tqis is-soluzzjonijiet ta' politika, hija ser tqis kemm mezzi regolatorji kif ukoll dawk mhux regolatorji, immudellati fuq il-Komunità ta' prattika u l-Prinċipji għal Awtoregolamentazzjoni u Koregolamentazzjoni Aħjar. Għadd ta' kodiċijiet ta' kondotta stabbiliti fl-oqsma koordinati mid-Direttiva 2010/13/UE taw prova li huma mfasslin tajjeb, f'konformità mal-Prinċipji għal Awtoregolamentazzjoni u Koregolamentazzjoni Aħjar. L-eżistenza ta' protezzjoni leġislattiva tqieset bħala fattur ta' suċċess importanti fil-promozzjoni tal-konformità mal-kodiċi awtoregolatorju jew koregolatorju. Huwa importanti bl-istess mod li tali kodiċijiet jistabbilixxu miri u objettivi speċifiċi li jippermettu l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni regolari, trasparenti u indipendenti tal-objettivi mmirati mill-kodiċijiet ta' kondotta. Jenħtieġ li l-kodiċijiet ta' kondotta jipprevedu wkoll infurzar effettiv. Dawn il-prinċipji jenħtieġ li jkunu segwiti mill-kodiċijiet awtoregolatorji u koregolatorji adottati fl-oqsma kkoordinati mid-Direttiva 2010/13/UE. |
(13) |
L-esperjenza uriet li kemm l-istrumenti awtoregolatorji kif ukoll dawk koregolatorji, implimentati skont it-tradizzjonijiet legali differenti tal-Istati Membri, jista' jkollhom rwol importanti fit-twassil ta' livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi. Il-miżuri mmirati lejn il-kisba ta' objettivi ta' interess pubbliku ġenerali fis-settur tas-servizzi tal-media awdjoviżiva emerġenti jkunu aktar effettivi jekk jittieħdu bl-appoġġ attiv tal-fornituri tas-servizzi nfushom. |
(14) |
Għalhekk l-awtoregolamentazzjoni tikkostitwixxi tip ta' inizjattiva volontarja li tippermetti lill-operaturi ekonomiċi, lis-sħab soċjali, lill-organizzazzjonijiet u lill-assoċjazzjonijiet nongovernattivi jadottaw linji gwida komuni bejniethom u għalihom. Huma responsabbli għall-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-infurzar tal-konformità ma' dawk il-linji gwida. Jenħtieġ li l-Istati Membri, skont it-tradizzjonijiet legali differenti tagħhom, jirrikonoxxu r-rwol li l-awtoregolamentazzjoni effettiva tista' taqdi bħala komplement għall-mekkaniżmi leġislattivi, ġudizzjarji u amministrattivi fis-seħħ u l-kontribut utli tagħha għall-kisba tal-għanijiet tad-Direttiva 2010/13/UE. Madankollu, filwaqt li l-awtoregolamentazzjoni tista' tkun metodu komplementari għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/13/UE, jenħtieġ li ma tikkostitwixxix sostitut għall-obbligi tal-leġislatur nazzjonali. Il-koregolamentazzjoni tagħti, fis-sura minima tagħha, ħolqa legali bejn l-awtoregolamentazzjoni u l-leġislatur nazzjonali skont it-tradizzjonijiet legali tal-Istati Membri. Fil-koregolamentazzjoni, ir-rwol regolatorju huwa maqsum bejn il-partijiet ikkonċernati u l-gvern jew l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali. Ir-rwol tal-awtoritajiet pubbliċi rilevanti jinkludi r-rikonoxximent tal-iskema koregolatorja, il-verifika tal-proċessi tagħha u l-finanzjament tal-iskema. Jenħtieġ li l-koregolamentazzjoni tippermetti l-possibbiltà għal intervent mill-Istat f'każ li l-objettivi tagħha ma jintlaħqux. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi formali tal-Istati Membri fir-rigward tat-traspożizzjoni, id-Direttiva 2010/13/UE tinkoraġġixxi l-użu tal- awtoregolamentazzjoni u koregolamentazzjoni. Jenħtieġ li dan la jobbliga lill-Istati Membri jistabbilixxu sistemi awtoregolatorji jew koregolatorji, jew it-tnejn, u lanqas ifixkel jew jipperikola inizjattivi koregolatorji attwali li diġà hemm fis-seħħ fl-Istati Membri u li qegħdin jiffunzjonaw b'mod effettiv. |
(15) |
It-trasparenza tas-sjieda tal-media hija direttament marbuta mal-libertà tal-espressjoni, element fundamentali ta' sistemi demokratiċi. L-informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda ta' fornituri tas-servizzi tal-media, fejn tali sjieda tirriżulta fil-kontroll jew l-eżerċizzju ta' influwenza sinifikanti fuq il-kontenut tas-servizzi pprovduti, tippermetti lill-utenti jagħmlu ġudizzju infurmat dwar tali kontenut. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddeterminaw jekk u sa liema punt l-informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda ta' fornitur tas-servizzi tal-media għandha tkun aċċessibbli għal utenti, sakemm l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali kkonċernati hija rispettata u li miżuri bħal dawn huma meħtieġa u proporzjonati. |
(16) |
Minħabba n-natura speċifika tas-servizzi tal-media awdjoviżiva, speċjalment l-impatt ta' dawk is-servizzi fuq il-mod kif il-persuni jiffurmaw opinjonijiet, l-utenti għandhom interess leġittimu li jkunu jafu min hu responsabbli għall-kontenut ta' dawk is-servizzi. Sabiex tissaħħaħ il-libertà tal-espressjoni, u, b'estensjoni, biex jiġi promoss il-pluraliżmu tal-media u jiġu evitati konflitti ta' interess, huwa importanti għall-Istati Membri li jiżguraw li l-utenti jkollhom aċċess faċli u dirett f'kull ħin għall-informazzjoni dwar il-fornituri tas-servizzi tal-media. Huwa f'idejn kull Stat Membru li jiddeċiedi, b'mod partikolari fir-rigward tal-informazzjoni li tista' tingħata dwar l-istruttura tas-sjieda u sidien benefiċjarji. |
(17) |
Sabiex jiġu żgurati l-koerenza u ċ-ċertezza legali għan-negozji u għall-awtoritajiet tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-kunċett ta' “inċitament għal vjolenza jew mibegħda”, ikun mifhum skont it-tifsira tad-definizzjoni fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI (7). |
(18) |
Meta titqies l-evoluzzjoni tal-mezzi li permezz tagħhom jixxerred il-kontenut permezz ta' netwerks tal-komunikazzjoni elettronika, huwa importanti li l-pubbliku ġenerali jiġi protett mill-inċitament għat-terroriżmu. Għalhekk id-Direttiva 2010/13/UE jenħtieġ li tiżgura li s-servizzi tal-media awdjoviżiva ma jkunx fihom provokazzjoni pubblika biex jitwettaq reat terroristiku. Sabiex jiġu żgurati l-koerenza u ċ-ċertezza legali lin-negozji u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-kunċett ta' “provokazzjoni pubbliku biex jitwettaq reat terroristiku” jiġi mifhum skont it-tifsira tad-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
(19) |
Sabiex it-telespettaturi, inkluż il-ġenituri u l-minorenni, jingħataw is-setgħa biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar il-kontenut li ser jiġi segwit, huwa neċessarju li l-fornituri tas-servizzi tal-media jipprovdu biżżejjed informazzjoni dwar il-kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni. Dak jista' jsir, pereżempju, permezz ta' sistema ta' deskritturi tal-kontenut, twissija akustika, simbolu viżiv jew kwalunkwe mezz ieħor, li jiddeskrivi n-natura tal-kontenut. |
(20) |
Il-miżuri adatti għall-protezzjoni tal-minorenni applikabbli għas-servizzi tax-xandir televiżiv jenħtieġ li japplikaw ukoll għal servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand. Dak għandu jżid il-livell ta' protezzjoni. L-approċċ ta' armonizzazzjoni minima jippermetti li l-Istati Membri jiżviluppaw livell ogħla ta' protezzjoni għal kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni. L-aktar kontenut ta' ħsara, li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali ta' minorenni, iżda li mhux bilfors jikkostitwixxi reat kriminali, għandu jkun soġġett għall-miżuri l-aktar stretti bħall-kriptaġġ u kontrolli effettivi tal-ġenituri, mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni ta' miżuri aktar stretti mill-Istati Membri. |
(21) |
Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) jirrikonoxxi li t-tfal jistħoqqilhom protezzjoni speċifika fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom. L-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' protezzjoni tat-tfal mill-fornituri tas-servizzi tal-media jwassal inevitabbilment għall-ipproċessar ta' data personali ta' minorenni. Minħabba li tali mekkaniżmi għandhom l-għan li jipproteġu t-tfal, id-data personali ta' minorenni pproċessata fil-qafas ta' miżuri tekniċi tal-protezzjoni tat-tfal jenħtieġ li ma tintużax għal finijiet kummerċjali. |
(22) |
L-iżgurar tal-aċċessibbiltà ta' kontenut awdjoviżiv huwa rekwiżit essenzjali fil-kuntest tal-impenji meħuda taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà. Fil-kuntest tad-Direttiva 2010/13/UE, jenħtieġ li t-terminu “persuni b'diżabbiltà” jiġi interpretat fid-dawl tan-natura tas-servizzi koperti minn dik id-Direttiva, li huma s-servizzi tal-media awdjoviżiva. Id-dritt tal-persuni b'insuffiċjenza u tal-anzjani li jipparteċipaw u jiġu integrati fil-ħajja soċjali u kulturali tal-Unjoni huwa marbut mal-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva aċċessibbli. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri, mingħajr dewmien żejjed, jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ifittxu b'mod attiv li jagħmlu kontenut aċċessibbli għal persuni b'diżabbiltà, b'mod partikolari dawk b'insuffiċjenza fil-vista jew fis-smigħ. Ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà jenħtieġ li jiġu ssodisfati permezz ta' proċess progressiv u kontinwu, filwaqt li jitqiesu r-restrizzjonijiet prattiċi u inevitabbli li jistgħu jipprevjenu aċċessibbiltà sħiħa, bħal programmi jew avvenimenti mxandra f'ħin reali. Sabiex jitkejjel il-progress li jkunu wettqu l-fornituri tas-servizzi tal-media biex jagħmlu s-servizzi tagħhom progressivament aċċessibbli għal persuni b'diżabbiltà tal-vista jew tas-smigħ, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrikjedu lill-fornituri tas-servizzi tal-media stabbiliti fit-territorju tagħhom biex jinfurmawhom fuq bażi regolari. |
(23) |
Il-mezz biex tinkiseb l-aċċessibbiltà tas-servizzi tal-media awdjoviżiva skont id-Direttiva 2010/13/UE jenħtieġ li jinkludu, iżda jeħtieġ li ma jkunux limitati għal-lingwaġġ tas-sinjali, is-sottotitoli għat-torox u għal dawk b'diffikultajiet tas-smigħ, sottotitoli mitkellma, u deskrizzjoni awdjo. Madankollu, dik id-Direttiva ma tkoprix karatteristiċi jew servizzi li jipprovdu aċċess għal servizzi tal-media awdjoviżiva, u lanqas ma tkopri l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tal-gwidi elettroniċi tal-programmi (EPGs). Għalhekk, dik id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni li għandha l-għan li tarmonizza l-aċċessibbiltà ta' servizzi li jipprovdu aċċess għal servizzi tal-media awdjoviżiva, bħal siti web, applikazzjonijiet online u EPGs, jew il-forniment ta' informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà u f'formati aċċessibbli. |
(24) |
F'xi każijiet, jista' ma jkunx possibbli li tingħata informazzjoni ta' emerġenza b'mod li jkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà. Madankollu, tali każijiet eċċezzjonali jenħtieġ li ma jipprevenux informazzjoni ta' emerġenza milli ssir pubblika permezz ta' servizzi tal-media awdjoviżiva. |
(25) |
Id-Direttiva 2010/13/UE hija mingħajr preġudizzju għall-kapaċità tal-Istati Membri li jimponu obbligi biex tiġi żgurata l-prominenza xierqa ta' kontenut ta' interess ġenerali definit skont objettivi ta' interess ġenerali definiti, bħall-pluraliżmu tal-media, il-libertà tal-kelma u d-diversità kulturali. Dawn l-obbligi jenħtieġ li jiġu imposti biss meta jkunu meħtieġa biex jintlaħqu objettivi ta' interess ġenerali definiti b'mod ċar mill-Istati Membri f'konformità mal-liġi tal-Unjoni. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jimponu regoli dwar il-prominenza xierqa, dawn għandhom jimponu biss obbligi proporzjonati fuq l-impriżi, fl-interess ta' kunsiderazzjonijiet leġittimi ta' politika pubblika. |
(26) |
Sabiex tiġi protetta r-responsabbiltà editorjali tal-fornituri tas-servizzi tal-media u tal-katina tal-valur awdjoviżiva, huwa essenzjali li tiġi ggarantita l-integrità tal-programmi u s-servizzi tal-media awdjoviżiva fornuti mill-fornituri tas-servizzi tal-media. Jenħtieġ li l-programmi u s-servizzi tal-media awdjoviżiva ma jiġux trażmessi f'forma mqassra, mibdula jew interrotti, jew sovrapposti għal finijiet kummerċjali, mingħajr il-kunsens espliċitu tal-fornituri tas-servizzi tal-media. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li s-sovrapposti mibdija jew awtorizzati biss minn dak li jirċievi s-servizz għal użu privat, bħalma huma s-sovrapposti li jirriżultaw minn servizzi għal komunikazzjonijiet individwali, ma jkunux jirrikjedu l-kunsens tal-fornitur ta' servizzi tal-media. Jenħtieġ li ma jiġux koperti l-elementi tal-kontroll ta' kwalunkwe interfaċċa tal-utent meħtieġa għat-tħaddim tal-apparat jew għan-navigazzjoni tal-programm, bħall-buttuni tal-volum, funzjonijiet tat-tiftix, menus tan-navigazzjoni jew listi tal-kanali. Is-sovrapposti leġittimi bħal informazzjoni ta' twissija, informazzjoni ta' interess tal-pubbliku ġenerali, sottotitoli jew komunikazzjonijiet kummerċjali forniti mill-fornitur tas-servizz tal-media wkoll jenħtieġu li ma jiġux koperti. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), anke tekniki ta' kompressjoni li jnaqqsu d-daqs ta' fajl tad-data u tekniki oħra li jadattaw servizz għall-mezz ta' distribuzzjoni, bħar-riżoluzzjoni u l-kodifikazzjoni, mingħajr ma jimmodifikaw il-kontenut, jenħtieġ li ma jkunux koperti. Jenħtieġ li miżuri għall-protezzjoni tal-integrità ta' programmi u ta' servizzi tal-media awdjoviżiva jiġu imposti fejn jkunu meħtieġa biex jintlaħqu objettivi ta' interess ġenerali definiti b'mod ċar mill-Istati Membri f'konformità mal-liġi tal-Unjoni. Tali miżuri jenħtieġ li jimponu obbligi proporzjonati fuq l-impriżi fl-interess ta' konsiderazzjonijiet leġittimi ta' politika pubblika. |
(27) |
Bl-eċċezzjoni tal-isponsorizzazzjoni u l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali, il-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal xarbiet alkoħoliċi f'servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand jenħtieġ li jikkonformaw mal-kriterji applikabbli għar-reklamar televiżiv u għat-telebejgħ għal xarbiet alkoħoliċi kif stipulat fid-Direttiva 2010/13/UE. Il-kriterji aktar dettaljati applikabbli għal reklamar televiżiv u għal telebejgħ għal xarbiet alkoħoliċi huma limitati għal spots ta' reklami, li min-natura tagħhom huma separati mill-programm, u għalhekk jeskludi komunikazzjonijiet kummerċjali oħra li huma marbutin mal-programm jew huma parti integrali mill-programm, bħala sponsorizzazzjoni u inklużjoni ta' prodotti kummerċjali. Konsegwentement, dawk il-kriterji jenħtieġ li ma japplikawx għal sponsorizzazzjoni u inklużjoni ta' prodotti kummerċjali f'servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand. |
(28) |
Ċerti linji gwida nutrizzjonali rikonoxxuti b'mod wiesa' jeżistu fil-livell nazzjonali u dak internazzjonali, bħall-mudell ta' profili nutrittivi tal-Uffiċċju Reġjonali tal- Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ għall-Ewropa, sabiex tinħoloq differenza bejn l-ikel abbażi tal-kompożizzjoni nutrizzjonali tiegħu fil-kuntest tal-irreklamar tal-ikel għat-tfal fuq it-televiżjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa jiżguraw li l-awtoregolamentazzjoni u l-koregolamentazzjoni, inkluż permezz ta' kodiċi ta' kondotta, jintużaw biex jitnaqqas effettivament l-esponiment tat-tfal għal komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi dwar l-ikel u x-xorb li fihom ħafna melħ, zokkor, xaħam, xaħmijiet saturati jew aċidi xaħmin trans jew inkella li ma jissodisfawx dawk il-linji gwida nutrizzjonali nazzjonali jew internazzjonali. |
(29) |
Bl-istess mod, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa jiżguraw li l-kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji u koregolatorji jintużaw biex inaqqsu effettivament l-esponiment tat-tfal u tal-minorenni għall-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għax-xorb alkoħoliku. Ċerti sistemi awtoregolatorji jew koregolatorji jeżistu fil-livell nazzjonali u dak tal-Unjoni sabiex ix-xorb alkoħoliku jiġi kkummerċjalizzat b'mod responsabbli, inkluż fil-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi. Dawk is-sistemi jeħtieġ li jiġu mħeġġa aktar, b'mod partikolari dawk li għandhom l-għan li jiżguraw li messaġġi dwar xorb responsabbli jakkumpanjaw komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għax-xorb alkoħoliku. |
(30) |
Huwa importanti li l-minorenni jiġu protetti b'mod effettiv mill-esponiment għal komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi dwar il-promozzjoni tal-logħob tal-azzard. F'dan il-kuntest, bosta sistemi awtoregolatorji jew koregolatorji jeżistu fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali għall-promozzjoni ta' logħob tal-azzard responsabbli, inkluż fil-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi. |
(31) |
Sabiex jitneħħew l-ostakli għaċ-ċirkolazzjoni libera ta' servizzi transfruntiera fi ħdan l-Unjoni, huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-effikaċja tal-miżuri awtoregolatorji u koregolatorji li, b'mod partikolari, għandhom l-għan li jipproteġu l-konsumaturi jew is-saħħa pubblika. |
(32) |
Is-suq għax-xandir tat-televiżjoni evolva u għalhekk hemm il-ħtieġa għal aktar flessibbiltà fir-rigward tal-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi, b'mod partikolari għal regoli kwantitattivi għal servizzi tal-media awdjoviżiva lineari u l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali. Il-ħolqien ta' servizzi ġodda, inklużi dawk mingħajr reklamar, wassal għal għażla akbar għat-telespettaturi, li faċilment jistgħu jaqilbu għal offerti alternattivi. |
(33) |
Il-liberalizzazzjoni tal-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali ma ġabitx magħha l-użu mistenni ta' din il-forma ta' komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva. B'mod partikolari, il-projbizzjoni ġenerali tal-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali, għalkemm b'xi eċċezzjonijiet, ma ħolqotx ċertezza legali għall-fornituri tas-servizzi tal-media. L-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali jenħtieġ għalhekk li titħalla fis-servizzi kollha tas-servizzi tal-media awdjoviżiva u servizzi ta' pjattaforma ta' video-sharing, soġġetta għal eċċezzjonijiet. |
(34) |
L-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali jenħtieġ li ma tkunx permessa fl-aħbarijiet u fi programmi dwar ġrajjiet kurrenti, fil-programmi dwar l-affarijiet tal-konsumaturi, fil-programmi reliġjużi u fil-programmi għat-tfal. B'mod partikolari, l-evidenza uriet li l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali u r-riklami integrati jistgħu jaffettwaw l-imġiba tat-tfal peress li t-tfal spiss mhumiex kapaċi jagħrfu l-kontenut kummerċjali. Għalhekk hemm bżonn li tibqa' tiġi pprojbita l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali fil-programmi għat-tfal. Il-programmi għall-affarijiet tal-konsumaturi huma programmi li joffru pariri lit-telespettaturi jew li jinkludu analiżi dwar ix-xiri ta' prodotti u servizzi. Il-permess għall-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali fi programmi bħal dawn jista' jwassal biex id-distinzjoni bejn ir-reklamar u l-kontenut editorjali ma tkunx ċara għat-telespettaturi li jista' jkun li jistennew analiżi ġenwina u onesta tal-prodotti jew tas-servizzi f'tali programmi. |
(35) |
Il-fornituri tas-servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand jenħtieġ li jippromwovu l-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej billi jiżguraw li l-katalgi tagħhom jinkludu sehem minimu ta' xogħlijiet Ewropej u li dawk jingħataw biżżejjed prominenza. It-tikkettar ta' metadata ta' kontenut awdjoviżiv li jikkwalifika bħala xogħol Ewropew jenħtieġ li jiġi mħeġġeġ sabiex din il-metadata tkun disponibbli għal fornituri ta' servizzi tal-media. Il-prominenza tinvolvi l-promozzjoni ta' xogħlijiet Ewropej billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għal xogħlijiet bħal dawn. Il-prominenza tista' tiġi żgurata permezz ta' diversi mezzi bħal taqsima ddedikata għax-xogħlijiet Ewropej li tkun aċċessibbli mill-homepage tas-servizzi, il-possibbiltà ta' tfittxija għal xogħlijiet Ewropej bl-għodda ta' tiftix disponibbli bħala parti minn dak is-servizz, l-użu ta' xogħlijiet Ewropej f'kampanji ta' dak is-servizz jew perċentwal minimu ta' xogħlijiet Ewropej promossi mill-katalgu ta' dak is-servizz, pereżempju billi jintużaw banners jew għodod simili. |
(36) |
Sabiex jiġu żgurati livelli adegwati ta' investiment f'xogħlijiet Ewropej, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu kapaċi jimponu obbligi finanzjarji fuq il-fornituri tas-servizzi tal-media stabbiliti fit-territorju tagħhom. Dawk l-obbligi jistgħu jieħdu l-għamla ta' kontribuzzjonijiet diretti għall-produzzjoni u l-akkwist ta' drittijiet f'xogħlijiet Ewropej. L-Istati Membri jistgħu jimponu wkoll imposti pagabbli f'fond, fuq il-bażi tad-dħul iġġenerat mis-servizzi tal-media awdjoviżiva li huma pprovduti fit-territorju tagħhom u mmirati lejh. Din id-Direttiva tiċċara li, minħabba r-rabta diretta bejn l-obbligi finanzjarji u l-politiki kulturali differenti tal-Istati Membri, Stat Membru jitħalla wkoll jimponi tali obbligi finanzjarji fuq il-fornituri tas-servizz tal-media stabbiliti fi Stat Membru ieħor li jimmiraw it-territorju tiegħu. F'dak il-każ, jenħtieġ li l-obbligi finanzjarji jiġu imposti biss fuq id-dħul iġġenerat mill-udjenza fl-Istat Membru fil-mira. Jenħtieġ li l-fornituri ta' servizzi tal-media li huma meħtieġa jikkontribwixxu għal skemi ta' finanzjament ta' filmati fi Stat Membru fil-mira jkunu jistgħu jibbenefikaw b'mod nondiskriminatorju, anke fin-nuqqas ta' stabbiliment f'dak l-Istat Membru, mill-għajnuna disponibbli taħt l-iskemi rispettivi ta' finanzjament ta' filmati għal fornituri ta' servizzi tal-media. |
(37) |
Ix-xandara llum il-ġurnata qed jinvestu f'xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej minn fornituri ta' servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand. Għalhekk, jekk Stat Membru fil-mira jagħżel li jimponi obbligu finanzjarju fuq xandar li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru ieħor, il-kontribuzzjonijiet diretti għall-produzzjoni u l-akkwist ta' drittijiet f'xogħlijiet Ewropej, b'mod partikolari l-koproduzzjonijiet, magħmula minn dak ix-xandar, jenħtieġ li jitqiesu, b'kunsiderazzjoni xierqa tal-prinċipju tal-proporzjonalità. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri li jistabbilixxu, f'konformità mal-politika kulturali tagħhom u soġġett għall-kompatibbiltà ma' regoli ta' għajnuna tal-Istat, il-livell ta' kontribuzzjonijiet finanzjarja pagabbli mill-fornituri tas-servizz tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom. |
(38) |
Meta Stat Membru jivvaluta skont il-każ jekk servizz tal-media awdjoviżiva on-demand stabbilit fi Stat Membru ieħor ikunx qiegħed jimmira lejn udjenzi fit-territorju tiegħu, huwa jenħtieġ li jirreferi għal indikaturi bħar-reklamar jew promozzjonijiet oħra li jimmiraw speċifikament lejn il-konsumaturi fit-territorju tiegħu, il-lingwa ewlenija tas-servizz jew l-eżistenza ta' kontenut jew komunikazzjonijiet kummerċjali li jimmiraw speċifikament lejn l-udjenza fl-Istat Membru li jirċievi. |
(39) |
Meta Stati Membru jimponi kontribuzzjonijiet finanzjarji fuq fornituri tas-servizzi tal-media, jenħtieġ li l-kontribuzzjonijiet bħal dawn ifittxu li jiksbu promozzjoni adegwata ta' xogħlijiet Ewropej filwaqt li jevitaw ir-riskju ta' impożizzjoni doppja għall-fornituri tas-servizzi tal-media. B'dan il-mod, jekk l-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-fornitur tas-servizzi tal-media jimponi tali kontribuzzjoni finanzjarja, jenħtieġ li dan jikkunsidra kull kontribuzzjoni finanzjarja imposta mill-Istati Membri fil-mira. |
(40) |
Sabiex jiġi żgurat li l-obbligi dwar il-promozzjoni ta' xogħlijiet Ewropej ma jdgħajfux l-iżvilupp tas-suq u sabiex ikun permess id-dħul ta' parteċipanti ġodda fis-suq, jenħtieġ li l-fornituri mingħajr preżenza sinifikanti fis-suq ma jkunux soġġetti għal rekwiżiti bħal dawn. Dan huwa l-każ b'mod partikolari għall-fornituri bi dħul baxx jew udjenza żgħira. Udjenza żgħira tista' tiġi ddeterminata, pereżempju, abbażi ta' ħin ta' xandir jew bejgħ, skont in-natura tas-servizz, filwaqt li biex jiġi ddeterminat id-dħul baxx jenħtieġ li jiġu kkunsidrati d-daqsijiet differenti ta' swieq awdjoviżivi fl-Istati Membri. Jista' wkoll ma jkunx xieraq li dawn ir-rekwiżiti jiġu imposti f'każijiet fejn, minħabba n-natura jew is-suġġett tas-servizzi tal-media awdjoviżiva, dawn ikunu imprattikabbli jew mhux ġustifikati. |
(41) |
Huwa importanti li x-xandara jkollhom aktar flessibbiltà u jkunu jistgħu jiddeċiedu meta jagħmlu r-reklamar sabiex jimmassimizzaw id-domanda ta' dawk li jirreklamaw u l-fluss tat-telespettaturi. Huwa neċessarju wkoll, madankollu, li jinżamm livell suffiċjenti ta' protezzjoni tal-konsumatur f'dak ir-rigward peress li tali flessibilità tista' tesponi lit-telespettaturi għal ammont eċċessiv ta' reklamar matul il-ħin bl-aktar telespettaturi. Għalhekk jenħtieġ li japplikaw limiti speċifiċi fil-perijodu mis-06.00 sas-18.00 u mis-18.00 sa 24.00. |
(42) |
Il-frames newtrali jisseparaw il-kontenut editorjali mir-reklamar televiżiv jew mill-ispots ta' telebejgħ, kif ukoll jisseparaw l-ispots individwali. Dawn jippermettu li t-telespettatur jiddistingwi b'mod ċar meta jintemm tip wieħed ta' kontenut awdjoviżiv u meta jibda ieħor. Huwa neċessarju li jiġi ċċarat li l-frames newtrali huma esklużi mil-limitu kwantitattiv stabbilit għar-reklamar televiżiv. Dan sabiex jiġi żgurat li l-ħin li jintuża fil-frames newtrali ma jkollux impatt fuq il-ħin li jintuża għar-reklamar u li d-dħul iġġenerat mir-reklamar ma jkunx affettwat b'mod negattiv. |
(43) |
Il-ħin ta' trażmissjoni allokat għal avviżi magħmula mix-xandar b'rabta mal-programmi tiegħu stess u prodotti anċillari derivati direttament minn dawk il-programmi,, jew għal avviżi ta' servizz pubbliku u appelli għall-karità mxandra mingħajr ħlas, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż li saru mit-trażmissjoni ta' tali appelli, jenħtieġ li ma jiġix inkluż fl-ammonti massimi ta' ħin ta' trażmissjoni li jistgħu jiġu allokati għar-reklamar televiżiv jew għat-telebejgħ. Barra minn hekk, bosta xandara huma parti minn gruppi akbar ta' xandara u jagħmlu avviżi mhux biss b'konnessjoni mal-programmi tagħhom stess u prodotti anċillari derivati direttament minn dawk il-programmi, iżda wkoll b'rabta ma' programmi u servizzi tal-media awdjoviżiva minn entitajiet oħra li jappartjenu għall-istess grupp ta' xandara. Il-ħin ta' trażmissjoni allokat għal tali avviżi jenħtieġ ukoll li ma jiġix inkluż fl-ammonti massimi ta' ħin ta' trażmissjoni li jistgħu jiġu allokati għar-reklamar televiżiv jew għat-telebejgħ. |
(44) |
Il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing koperti mid-Direttiva 2010/13/UE jipprovdu servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni skont it-tifsira tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). Dawn il-fornituri huma konsegwentement soġġetti għar-regoli dwar is-suq intern stabbiliti f'dik id-Direttiva, jekk huma stabbiliti fi Stat Membru. Huwa xieraq li jkun żgurat li l-istess regoli japplikaw ukoll għall-fornituri ta' pjattaformi ta' video-sharing li mhumiex stabbiliti fi Stat Membru bil-għan li tiġi salvagwardata l-effikaċja tal-miżuri għall-protezzjoni tal-minorenni u l-pubbliku ġenerali stabbiliti fid-Direttiva 2010/13/UE u li jkunu żgurati, kemm jista' jkun, kondizzjonijiet ekwi, sakemm dawk il-fornituri jkollhom jew impriża prinċipali jew impriża sussidjarja li tkun stabbilita fi Stat Membru, jew fejn dawk il-fornituri jkunu parti minn grupp u impriża oħra ta' dak il-grupp tkun stabbilita fi Stat Membru. Għalhekk,, jenħtieġ li d-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2010/13/UE jkunu bbażati fuq prinċipji u jenħtieġ li jiżguraw li ma jkunx possibbli għal impriża li teskludi lilha nfisha mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-Direttiva billi toħloq struttura ta' grupp li jkun fih saffi multipli ta' impriżi stabbiliti fl-Unjoni jew 'il barra minnha. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun infurmata dwar il-fornituri taħt il-ġurisdizzjoni ta' kull Stat Membru skont ir-regoli dwar l-istabbiliment stabbiliti fid-Direttivi 2000/31/KE u 2010/13/UE. |
(45) |
Hemm sfidi ġodda, b'mod partikolari b'rabta mal-pjattaformi ta' video-sharing, li fuqhom l-utenti, b'mod partikolari dawk minorenni, qegħdin jikkunsmaw dejjem aktar kontenut awdjoviżiv. F'dan il-kuntest, il-kontenut ta' ħsara u d-diskors ta' mibegħda pprovdut fuq servizzi ta' pjattaformi ta' video-sharing qegħdin iqajmu dejjem aktar tħassib. Sabiex il-minorenni u l-pubbliku inġenerali jiġu protetti minn tali kontenut, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti regoli proporzjonati dwar dawk il-kwistjonijiet. |
(46) |
Il-komunikazzjonijiet kummerċjali fuq servizzi ta' pjattaformi ta' video-sharing huma diġà regolati mid-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), li tipprojbixxi prattiki kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumaturi, inkluż prattiki qarrieqa u aggressivi li jsiru f'servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni. Fir-rigward ta' komunikazzjonijiet kummerċjali dwar it-tabakk u prodotti relatati fi pjattaformi ta' video-sharing, il-projbizzjonijiet eżistenti previsti fid-Direttiva 2003/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), kif ukoll il-projbizzjonijiet applikabbli għall-komunikazzjonijiet kummerċjali dwar is-sigaretti elettroniċi u l-kontenituri ta' rikarika skont id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), jiżguraw li l-konsumaturi huma protetti biżżejjed mit-tabakk u prodotti relatati. Peress li l-utenti jiddependu dejjem aktar fuq servizzi ta' pjattaformi ta' video-sharing biex jaċċessaw kontenut awdjoviżiv, huwa neċessarju li jiġi żgurat livell suffiċjenti ta' protezzjoni tal-konsumatur permezz tal-allinjament tar-regoli dwar il-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi, sal-punt xieraq, fost il-fornituri kollha. Huwa għalhekk importanti li l-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi fuq pjattaformi ta' video-sharing ikunu identifikati b'mod ċar u jirrispettaw sett ta' rekwiżiti kwalitattivi minimi. |
(47) |
Sehem sinifikanti tal-kontenut ipprovdut fuq servizzi ta' pjattaformi ta' video-sharing ma jaqax taħt ir-responsabbiltà editorjali tal-fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing. Madankollu, dawk il-fornituri tipikament jiddeterminaw l-organizzazzjoni tal-kontenut, jiġifieri programmi, videos iġġenerati mill-utenti u komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi, inkluż b'mezzi awtomatiċi jew algoritmi. Għalhekk, jenħtieġ li dawk il-fornituri jkunu meħtieġa jieħdu miżuri xierqa biex jipproteġu l-minorenni mill-kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tagħhom. Jenħtieġ li jkunu meħtieġa wkoll jieħdu miżuri xierqa biex jipproteġu lill-pubbliku ġenerali mill-kontenut li fih inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda diretta kontra grupp jew membru ta' grupp għal kwalunkwe raġuni msemmija fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”), jew li t-tixrid tiegħu jikkostitwixxi reat kriminali skont il-liġi tal-Unjoni. |
(48) |
Fid-dawl tan-natura tal-involviment tal-fornituri mal-kontenut ipprovdut fuq servizzi ta' pjattaformi ta' video-sharing, jenħtieġ li l-miżuri xierqa biex jiġu protetti l-minorenni u l-pubbliku ġenerali għandhom jirrelataw mal-organizzazzjoni tal-kontenut u mhux mal-kontenut bħala tali. Ir-rekwiżiti f'dan ir-rigward kif stabbiliti fid-Direttiva 2010/13/UE għalhekk għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 12 sa 14 tad-Direttiva 2000/31/KE, li tipprevedi eżenzjoni mir-responsabbiltà għal informazzjoni illegali trażmessa, jew maħżuna awtomatikament, immedjatament jew temporanjament, jew maħżuna minn ċerti fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni. Meta jkunu qed jiġu provduti servizzi koperti mill-Artikoli 12 sa 14 tad-Direttiva 2000/31/KE, dawk ir-rekwiżiti għandhom japplikaw ukoll mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 ta' dik id-Direttiva, li jipprekludi li jiġu imposti fuq dawk il-fornituri obbligi ġenerali għall-monitoraġġ ta' tali informazzjoni u għal tiftix b'mod attiv ta' fatti jew ta' ċirkostanzi li jindikaw attività illegali, mingħajr madankollu ma jirrigwarda l-monitoraġġ tal-obbligi f'każijiet speċifiċi u, b'mod partikolari, mingħajr ma jaffettwa l-ordnijiet minn awtoritajiet nazzjonali skont il-liġi nazzjonali. |
(49) |
Huwa xieraq li kemm jista' jkun jiġu involuti l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing meta jkunu qegħdin jiġu implimentati l-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu skont id-Direttiva 2010/13/UE. Jenħtieġ għalhekk li l-koregolamentazzjoni tkun imħeġġa. Għandu jibqa' possibbli wkoll li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jieħdu miżuri aktar stretti fuq bażi volontarja skont il-liġi tal-Unjoni, b'rispett għal-libertà ta' espressjoni u informazzjoni u l-pluraliżmu tal-media. |
(50) |
Id-dritt għal rimedju effettiv u d-dritt għal proċess ġust quddiem il-qorti huma drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikolu 47 tal-Karta. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/13/UE ma għandhomx, għalhekk, jiġu interpretati b'mod li jipprevjeni lill-partijiet milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' aċċess għas-sistema ġudizzjarja. |
(51) |
Meta jittieħdu l-miżuri xierqa għall-protezzjoni tal-minorenni minn kontenut ta' ħsara u għall-protezzjoni tal-pubbliku ġenerali minn kontenut li fih inċitament għall-vjolenza, għall-mibegħda u għat-terroriżmu skont id-Direttiva 2010/13/UE, jenħtieġ li d-drittijiet fundamentali applikabbli, kif stabbiliti fil-Karta, jiġu bbilanċjati bir-reqqa. Dan jikkonċerna b'mod partikolari, skont ma jkun il-każ, id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja u l-protezzjoni ta' data personali, il-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni, il-libertà tat-twettiq ta' negozju, il-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni u d-drittijiet tat-tfal. |
(52) |
Il-Kumitat ta' Kuntatt għandu l-għan li jiffaċilita implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva 2010/13/UE u jenħtieġ li jiġi kkonsultat b'mod regolari dwar kwalunkwe problema prattika li tirriżulta mill-applikazzjoni tagħha. Il-ħidma tal-Kumitat ta' Kuntatt m'għandhiex tkun limitata għal kwistjonijiet ta' politika awdjoviżiva eżistenti, iżda għandha tkopri wkoll l-iżviluppi rilevanti li jinħolqu f'dan is-settur. Dan huwa magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tal-Istati Membri. Meta jaħtru r-rappreżentanti tagħhom, l-Istati Membri huma mħeġġa jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-kompożizzjoni tal-Kumitat ta' Kuntatt. |
(53) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji jew il-korpi nazzjonali tagħhom huma legalment distinti mill-gvern. Madankollu, jenħtieġ li dan ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jeżerċitaw superviżjoni f'konformità mal-liġi kostituzzjonali nazzjonali tagħhom. Jenħtieġ li l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jitqiesu li jkunu kisbu l-livell meħtieġ ta' indipendenza jekk dawk l-awtoritajiet jew il-korpi, inkluż dawk li huma kostitwiti bħala awtoritajiet jew korpi pubbliċi, huma funzjonalment u effettivament indipendenti mill-gvernijiet rispettivi tagħhom u minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor. Dak jitqies li huwa essenzjali biex tiġi żgurata l-imparzjalità tad-deċiżjonijiet meħuda minn awtorità jew korp regolatorju nazzjonali. Jenħtieġ li r-rekwiżit ta' indipendenza jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jistabbilixxu awtoritajiet regolatorji li jissorveljaw setturi differenti, bħas-settur awdjoviżiv u dak tat-telekomunikazzjoni. Jenħtieġ li l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jkollhom is-setgħat ta' infurzar u r-riżorsi meħtieġa biex jaqdu l-kompiti tagħhom, f'termini ta' persunal, għarfien espert u mezzi finanzjarji. L-attivitajiet tal-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji stabbiliti skont id-Direttiva 2010/13/UE jenħtieġ li jiżguraw ir-rispett lejn l-għanijiet tal-pluraliżmu tal-media, id-diversità kulturali, il-protezzjoni tal-konsumatur, il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni ġusta. |
(54) |
Peress li wieħed mill-għanijiet tas-servizzi tal-media awdjoviżiva huwa li sservi l-interessi tal-individwi u li tifforma l-opinjoni pubblika, huwa essenzjali li tali servizzi jkunu jistgħu jinfurmaw lill-individwi u lis-soċjetà kompletament kemm jista' jkun u bl-ogħla livell ta' varjetà. Dak l-għan jista' jinkiseb biss jekk id-deċiżjonijiet editorjali jibqgħu ħielsa minn kwalunkwe ndħil jew influwenza statali mill-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali li tmur lil hinn mis-sempliċi implimentazzjoni tal-liġi u li ma sservix bħala salvagwardja ta' dritt protett legalment li għandu jkun protett irrispettivament minn opinjoni partikolari. |
(55) |
Għandu jkun hemm mekkaniżmi ta' appell effettivi fil-livell nazzjonali. Il-korp ta' appell rilevanti jenħtieġ li jkun indipendenti mill-partijiet involuti. Dan il-korp jista' jkun qorti. Jenħtieġ li din il-proċedura ta' appell tkun mingħajr preġudizzju għad-diviżjoni tal-kompetenzi fis-sistemi ġudizzjarji nazzjonali. |
(56) |
Bl-għan li tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju awdjoviżiv tal-Unjoni madwar l-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni stabbiliet l-ERGA bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Frar 2014 (15). Ir-rwol tal-ERGA huwa li jipprovdi parir espert tekniku lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti tad-Direttiva 2010/13/UE fl-Istati Membri kollha u biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet jew korpi regolatorji nazzjonali, u bejn l-awtoritajiet jew korpi regolatorji nazzjonali u l-Kummissjoni. |
(57) |
L-ERGA kkontribwixxa b'mod pożittiv għall-prattika regolatorja konsistenti u ta parir ta' livell għoli lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet marbutin mal-implimentazzjoni. Dan jitlob ir-rikonoxximent formali u t-tisħiħ tar-rwol tiegħu fid-Direttiva 2010/13/UE. Jenħtieġ għalhekk li l-ERGA jiġi stabbilit permezz ta' dik id-Direttiva. |
(58) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun libera li tikkonsulta lill-ERGA dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mas-servizzi tal-media awdjoviżiva u mal-pjattaformi ta' video-sharing. Jenħtieġ li l-ERGA jassisti lill-Kummissjoni billi jipprovdi kompetenza esperta u pariri tekniċi u billi jiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki, inkluż dwar kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji u koregolatorji. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonsulta lill-ERGA fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2010/13/UE sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni konverġenti tagħha. Fuq it-talba tal-Kummissjoni, jenħtieġ li l-ERGA jipprovdi opinjonijiet mhux vinkolanti dwar il-ġurisdizzjoni, dwar miżuri li jidderogaw mil-libertà ta' riċezzjoni u dwar miżuri li jindirizzaw iċ-ċirkomvenzjoni tal-ġurisdizzjoni. Jenħtieġ li ERGA jkun ukoll kapaċi jipprovdi pariri tekniċi dwar kwalunkwe kwistjoni regolatorja relatata mal-qafas tas-servizzi tal-media awdjoviżiva, inkluż fil-qasam tad-diskors ta' mibegħda u tal-protezzjoni tal-minorenni, kif ukoll dwar il-kontenut ta' komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal ikel b'ħafna xaħam, melħ jew sodju u zokkor. |
(59) |
“Litteriżmu fil-media” jirreferi għal ħiliet, għarfien u intendiment li jippermettu liċ-ċittadini jużaw il-media b'mod effettiv u sikur. Sabiex iċ-ċittadini jkun jista' jkollhom aċċess għall-informazzjoni u biex jużaw, jivvalutaw b'mod kritiku u joħolqu kontenut tal-media b'mod responsabbli u sikur, jeħtieġ li jkollhom ħiliet avvanzati tal-litteriżmu fil-media. Il-litteriżmu fil-media jenħtieġ li ma jkunx limitat għat-tagħlim dwar l-għodod u t-teknoloġiji, iżda jenħtieġ li jkollu l-għan li jgħammar liċ-ċittadini bil-ħiliet ta' riflessjoni kritika meħtieġa biex jeżerċitaw il-kapaċità ta' ġudizzju, janalizzaw realtajiet kumplessi u jagħrfu d-differenza bejn opinjoni u fatti. Għalhekk huwa neċessarju li kemm il-fornituri tas-servizzi tal-media u l-fornituri ta' pjattaformi ta' video-sharing, f'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, jippromwovu l-iżvilupp tal-litteriżmu fil-media fit-taqsimiet kollha tas-soċjetà, għaċ-ċittadini ta' kull età, u għall-media kollha u li l-progress f'dan ir-rigward jiġi segwit mill-qrib. |
(60) |
Id-Direttiva 2010/13/UE hija mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Istati Membri li jirrispettaw u jipproteġu d-dinjità tal-bniedem. Tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta. B'mod partikolari, id-Direttiva 2010/13/UE tfittex li tiżgura r-rispett sħiħ tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni, il-libertà ta' impriża, id-dritt għal reviżjoni ġudizzjarja u li tippromwovi l-applikazzjoni tad-drittijiet tat-tfal minquxa fil-Karta. |
(61) |
Kwalunkwe miżura meħuda mill-Istati Membri taħt id-Direttiva 2010/13/UE għandha tirrispetta l-libertà ta' espressjoni u informazzjoni u l-pluraliżmu tal-media, kif ukoll tad-diversità kulturali u lingwistika skont il-Konvenzjoni tal-Unesco dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali. |
(62) |
Id-dritt ta' aċċess għal programmi tal-aħbarijiet politiċi huwa kruċjali biex tiġi salvagwardata l-libertà fundamentali li wieħed jirċievi l-informazzjoni u biex jiġi żgurat li l-interessi tat-telespettaturi fl-Unjoni jitħarsu bis-sħiħ u b'mod xieraq. Minħabba l-importanza dejjem akbar tas-servizzi tal-media awdjoviżiva għas-soċjetajiet u d-demokrazija, jenħtieġ li x-xandiriet ta' aħbarijiet politiċi, sa l-aktar li jkun possibbli, u mingħajr preġudizzju għar-regoli tad-drittijiet tal-awtur, ikunu disponibbli b'mod transkonfinali fl-Unjoni. |
(63) |
Id-Direttiva 2010/13/UE ma tikkonċernax regoli ta' dritt internazzjonali privat, b'mod partikolari regoli li jirregolaw il-ġurisdizzjoni tal-qrati kif ukoll il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali u mhux kuntrattwali. |
(64) |
F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (16), l-Istati Membri impenjaw rwieħhom li, f'każijiet ġustifikati, jehmżu man-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom dokument wieħed, jew aktar, li jispjega r-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti ta' strumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li t-trażmissjoni ta' tali dokumenti hija ġustifikata. |
(68) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2010/13/UE tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2010/13/UE hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
it-titolu tal-Kapitolu II huwa sostitwit b'dan li ġej: “DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI GĦAS-SERVIZZI TAL-MEDIA AWDJOVIŻIVA”; |
(3) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-libertà tar-riċezzjoni u ma għandhomx jirrestrinġu t-trażmissjonijiet mill-ġdid fit-territorju tagħhom ta' servizzi tal-media awdjoviżiva minn Stati Membri oħra għal raġunijiet li jaqgħu taħt l-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva. 2. Stat Membru jista' proviżorjament jidderoga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fejn servizz tal-media awdjoviżiva pprovdut minn fornitur ta' servizz tal-media taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru ieħor manifestament, serjament u gravement jikser il-punt (a) tal-Artikolu 6(1) jew l-Artikolu 6a(1) jew jippreġudika jew jippreżenta riskju ta' preġudizzju serju u gravi għas-saħħa pubblika. Id-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi n-notifika tal-miżuri meħuda mill-Istat Membru kkonċernat u wara li l-ERGA jkun intalab jagħti opinjoni f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 30b(3), il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk dawk il-miżuri humiex kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Kumitat ta' Kuntatt infurmat kif xieraq. Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li dawk il-miżuri mhumiex kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, hija għandha tirrikjedi li l-Istat Membru jtemm il-miżuri inkwistjoni b'urġenza. 3. Stat Membru jista' proviżorjament jidderoga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu meta servizz tal-media awdjoviżiva pprovdut minn fornitur ta' servizz tal-media taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru ieħor manifestament, serjament u gravement jikser il-punt (b) tal-Artikolu 6(1) jew jippreġudika jew jippreżenta riskju ta' preġudizzju serju u gravi għas-sigurtà pubblika, inkluż is-salvagwardja tas-sigurtà u d-difiża nazzjonali. Id-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
L-Istat Membru kkonċernat għandu jirrispetta d-drittijiet ta' difiża tal-fornitur tas-servizz tal-media kkonċernat u, b'mod partikolari, jagħti lil dak il-fornitur l-opportunità li jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar l-allegat ksur. Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi n-notifika tal-miżuri meħuda minn Stat Membru kkonċernat u wara li tkun talbet lill-ERGA biex jagħti opinjoni f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 30b(3), il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk dawk il-miżuri humiex kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Kumitat ta' Kuntatt infurmat kif xieraq. Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li dawk il-miżuri mhumiex kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, hija għandha tirrikjedi li l-Istat Membru jtemm il-miżuri inkwistjoni b'urġenza. 4. Il-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' kwalunkwe proċedura, rimedju jew sanzjoni għall-ksur inkwistjoni fl-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni fuq il-fornitur tas-servizzi tal-media kkonċernat. 5. L-Istati Membri jistgħu, f'każijiet urġenti, sa mhux aktar tard minn xahar wara l-allegat ksur, jidderogaw mill-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3. Fejn dan ikun il-każ, il-miżuri meħuda għandhom jiġu nnotifikati fl-iqsar żmien possibbli lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru li l-fornitur ta' servizzi jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu, b'indikazzjoni tar-raġunijiet li għalihom l-Istat Membru jikkunsidra li hemm urġenza. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-kompatibbiltà tal-miżuri notifikati mal-liġi tal-Unjoni fl-iqsar żmien possibbli. Fejn tikkonkludi li l-miżuri mhumiex kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tirrikjedi lill-Istat Membru inkwistjoni jtemm dawk il-miżuri b'mod urġenti. 6. Jekk il-Kummissjoni ma jkollhiex l-informazzjoni meħtieġa biex tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 2 jew 3, hija għandha, fi żmien xahar minn meta tasal in-notifika, titlob lill-Istati Membru kkonċernat l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tasal għal dik id-deċiżjoni. Il-limitu ta' żmien li fih il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjoni għandu jiġi sospiż sakemm dak l-Istat Membru ma jkunx ipprovda tali informazzjoni meħtieġa. Fi kwalunkwe każ, is-sospensjoni tal-limitu ta' żmien m'għandiex idum iktar minn xahar. 7. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom regolarment jikkondividu l-esperjenzi u l-aħjar prattiki dwar il-proċedura stabbilita f'dan l-artikolu fil-qafas tal-Kumitat ta' Kuntatt u l-ERGA.”; |
(5) |
L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 4 1. L-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jirrikjedu lill-fornituri tas-servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom biex jikkonformaw ma' regoli aktar dettaljati jew aktar stretti fl-oqsma koordinati minn din id-Direttiva, dment li tali regoli jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni. 2. Fejn Stat Membru:
huwa jista' jitlob lill-Istat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni biex jindirizza kwalunkwe problema identifikata fir-rigward ta' dan il-paragrafu. Iż-żewġ Stati Membri għandhom jikkooperaw b'mod sinċier u rapidu bil-ħsieb li jiksbu soluzzjoni sodisfaċenti għat-tnejn li huma. Meta jirċievi talba sostanzjata skont l-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni għandu jitlob lill-fornitur tas-servizzi tal-media biex jikkonforma mar-regoli tal-interess pubbliku ġenerali inkwistjoni. L-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni għandu jinforma regolarment lill-Istat Membru li jagħmel talba dwar il-passi meħuda biex jiġu indirizzati dawk il-problemi identifikati. Fi żmien xahrejn mill-wasla tat-talba, l-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni għandu jinforma lill-Istat Membru li jagħmel it-talba u l-Kummissjoni dwar ir-riżultati miksuba u jispjega r-raġunijiet fejn ma tkunx instabet soluzzjoni. Kull wieħed mill-Istati Membri jista' jistieden lill-Kumitat ta' Kuntatt biex jeżamina l-każ fi kwalunkwe ħin. 3. L-Istat Membru kkonċernat jista' jadotta miżuri xierqa kontra l-fornitur tas-servizz tal-media kkonċernat fejn:
Tali miżuri għandhom ikunu oġġettivament meħtieġa, applikati b'mod nondiskriminatorju u proporzjonati mal-objettivi li huma jfittxu li jwettqu. 4. Stat Membru jista' biss jieħu miżuri skont il-paragrafu 3 meta l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:
5. Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi n-notifika prevista fil-punt (a) tal-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk dawk il-miżuri humiex kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni. Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li mhumiex, hija għandha tirrikjedi lill-Istat Membru kkonċernat biex iżomm lura milli jieħu l-miżuri maħsuba. Jekk il-Kummissjoni ma jkollhiex l-informazzjoni meħtieġa biex tieħu d-deċiżjoni skont l-ewwel subparagrafu, hija għandha, fi żmien xahar minn meta tirċievi n-notifika, titlob lill-Istat Membru kkonċernat, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tasal għal dik id-deċiżjoni. It-terminu ta' żmien li fih il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjoni għandu jiġi sospiż sakemm dak l-Istat Membru ma jkunx ipprovda tali informazzjoni meħtieġa. Fi kwalunkwe każ, is-sospensjoni tal-limitu ta' żmien stipulat ma għandux idum iktar minn xahar. 6. L-Istati Membri għandhom, b'mezzi xierqa, jiżguraw, fil-qafas tal-liġi nazzjonali tagħhom, li l-fornituri tas-servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jikkonformaw b'mod effikaċi ma' din id-Direttiva. 7. Id-Direttiva 2000/31/KE għandha tapplika dment li ma ġiex previst mod ieħor f'din id-Direttiva. Fil-każ ta' konflitt bejn id-Direttiva 2000/31/KE u din id-Direttiva, din id-Direttiva għandha tipprevali, dment li ma ġiex previst mod ieħor f'din id-Direttiva.”; |
(6) |
Jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 4a 1. L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu ta' koregolamentazzjoni u t-trawwim ta' awtoregolamentazzjoni permezz ta' kodiċijiet ta' kondotta adottati fil-livell nazzjonali fl-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva sal-limitu permess mis-sistemi legali tagħhom. Dawn il-kodiċijiet għandhom:
2. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jrawmu l-awtoregolamentazzjoni permezz ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni mfassla minn fornituri tas-servizzi tal-media, fornituri tas-servizzi ta' pjattaforma ta' video-sharing jew organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom, f'kooperazzjoni, kif meħtieġ, ma' setturi oħra bħas-settur tal- industrija, tal-kummerċ, ta' assoċjazzjonijiet jew organizzazzjonijiet professjonali u tal-konsumaturi. Dawk il-kodiċijiet għandhom ikunu tali li jiġu aċċettati b'mod ġenerali mill-partijiet ikkonċernati ewlenin fil-livell tal-Unjoni u għandhom jikkonformaw mal-punti (b) sa (d) tal-paragrafu 1. Il-kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kodiċijiet ta' kondotta nazzjonali. F'kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni, fejn xieraq, f'konformità mal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità. Il-firmatarji tal-kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni għandhom jippreżentaw l-abbozzi ta' dawk il-kodiċijiet u l-emendi għalihom lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat ta' Kuntatt dwar dak l-abbozz ta' kodiċijiet jew l-emendi għalihom. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed il-kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u tista' tirriklamahom kif xieraq. 3. L-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jirrikjedu lil fornituri ta' servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom biex jikkonformaw ma' regoli aktar dettaljati jew aktar stretti f'konformità ma' din id-Direttiva u mal-liġi tal-Unjoni, inkluż fejn l-awtoritajiet regolatorji jew il-korpi indipendenti nazzjonali tagħhom jikkonkludu li xi kodiċi ta' kondotta jew partijiet minnu taw prova li mhumiex effettivi biżżejjed. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw tali regoli lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed.”; |
(7) |
It-titolu tal-Kapitolu III huwa sostitwit b'dan li ġej: “DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAS-SERVIZZI TAL-MEDIA AWDJOVIŻIVA”; |
(8) |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 5 1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li fornitur ta' servizz tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu għandu jagħmel aċċessibbli faċilment, direttament u b'mod permanenti lir-riċevituri ta' servizz tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
2. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri leġislattivi li jipprevedu li, minbarra l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1, il-fornituri tas-servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jagħtu aċċess għal informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda tagħhom, inkluż is-sidien benefiċjarji. Tali miżuri għandhom jirrispettaw id-drittijiet fundamentali kkonċernati, bħall-ħajja privata u tal-familja tas-sidien benefiċjarji. Tali miżuri għandhom ikunu neċessarji u proporzjonati u għandhom jippruvaw jiksbu objettiv ta' interess ġenerali.”; |
(9) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 6 1. Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Istati Membri li jirrispettaw u jħarsu d-dinjità umana, l-Istati Membri għandhom jiżguraw b'mezzi xierqa li s-servizzi tal-media awdjoviżiva pprovduti minn fornituri tas-servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ma jinkludu l-ebda:
2. Il-miżuri meħuda għall-finijiet ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu neċessarji u proporzjonati u għandhom jirrispettaw id-drittijiet u josservaw il-prinċipji mniżżla fil-Karta.”; |
(10) |
Jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 6a 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li s-servizzi tal-media awdjoviżiva provduti minn fornituri tas-servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, li jistgħu jfixklu l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni jkunu disponibbli biss b'tali mod li jkun żgurat li l-minorenni normalment ma jarawhomx jew ma jisimgħuhomx. Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu l-għażla tal-ħin tax-xandira, l-għodod li jivverifikaw l-età jew miżuri tekniċi oħra. Huma għandhom ikunu proporzjonati għall-ħsara potenzjali tal-programm. L-aktar kontenut ta' ħsara, bħal vjolenza u pornografija bla ħlas, għandhom ikunu soġġetti għall-aktar miżuri stretti. 2. Data personali ta' minuri miġbura jew iġġenerata b'mod ieħor mill-fornituri tas-servizzi tal-media skont il-paragrafu 1 ma għandhiex tiġi pproċessata għal finijiet kummerċjali, bħall-kummerċjalizzazzjoni diretta, it-tfassil ta' profili u r-reklamar immirat skont l-imġiba. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi tal-media jipprovdu biżżejjed informazzjoni lit-telespettaturi dwar kontenut li jista' jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni. Għal dan il-għan, il-fornituri tas-servizzi tal-media għandhom jużaw sistema li tiddeskrivi n-natura potenzjalment ta' ħsara tal-kontenut tas-servizzi tal-media awdjoviżiva. Għall-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu tal-koregolamentazzjoni kif previst fl-Artikolu 4a(1). 4. Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-fornituri tas-servizzi tal-media biex jagħmlu skambju tal-aħjar prattiki dwar kodiċijiet ta' kondotta koregolatorji. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jrawmu l-awtoregolamentazzjoni, għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, permezz tal-kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni kif imsemmija fl-Artikolu 4a(2).”; |
(11) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 7 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, mingħajr dewmien żejjed, li s-servizzi pprovduti mill-fornituri ta' servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom isiru kontinwament u progressivament aktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà permezz ta' miżuri proporzjonati. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-media jirrappurtaw fuq bażi regolari lill-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1. Sad-19 ta' Diċembru 2022 u kull tliet snin wara dan, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1. 3. L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-fornituri ta' servizzi tal-media biex jiżviluppaw pjanijiet ta' azzjoni għall-aċċessibbiltà biex kontinwament u progressivament irendu s-servizzi tagħhom aktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà. Kwalunkwe pjan ta' azzjoni bħal dan għandu jkun ikkomunikat lill-awtoritajiet jew lill-korpi regolatorji nazzjonali. 4. Kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta' kuntatt online uniku, li huwa faċilment aċċessibbli, inkluż minn persuni b'diżabbiltà, u disponibbli b'mod pubbliku, fejn tingħata informazzjoni u fejn jaslu lmenti fir-rigward ta' kwalunkwe kwistjoni ta' aċċessibbiltà msemmija f'dan l-Artikolu. 5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni ta' emerġenza, inkluż komunikazzjonijiet u tħabbir pubbliku f'sitwazzjonijiet ta' diżastri naturali, li ssir disponibbli għall-pubbliku permezz ta' servizzi tal-media awdjoviżiva, tingħata b'mod li huwa aċċessibbli għal persuni b'diżabbiltà.”; |
(12) |
Jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin: “Artikolu 7a L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri biex jiżguraw il-prominenza xierqa ta' servizzi tal-media awdjoviżiva ta' interess ġenerali. Artikolu 7b L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa u proporzjonati biex jiżguraw li s-servizzi tal-media awdjoviżiva pprovduti mill-fornituri ta' servizzi tal-media ma jkunux, mingħajr il-kunsens espliċitu ta' dawk il-fornituri, sovrapposti għal skopijiet kummerċjali jew modifikati. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw id-dettalji regolatorji, inkluż eċċezzjonijiet, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda s-salvagwardja tal-interessi leġittimi tal-utenti filwaqt li jitqiesu l-interessi leġittimi tal-fornituri ta' servizzi tal-media li oriġinarjament ipprovdew is-servizzi tal-media awdjoviżiva.”; |
(13) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 9 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi pprovduti minn fornituri tas-servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
2. Il-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal xorb alkoħoliku f'servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand, bl-eċċezzjoni tal-isponsorizzazzjoni u l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali, għandhom jikkonformaw mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 22. 3. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu tal-koregolamentazzjoni u jrawmu l-awtoregolamentazzjoni permezz ta' kodiċijiet ta' kondotta kif previst fl-Artikolu 4a(1) fir-rigward ta' komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi mhux xierqa għal xorb alkoħoliku. Dawk il-kodiċijiet għandhom jimmiraw li jnaqqsu b'mod effikaċi l-esponiment tal-minorenni għall-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal xorb alkoħoliku. 4. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu tal-koregolamentazzjoni u t-trawwim tal-awtoregolamentazzjoni permezz ta' kodiċijiet ta' kondotta kif previst fl-Artikolu 4a(1) fir-rigward ta' komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi mhux xierqa, li jakkumpanjaw programmi għat-tfal jew huma inklużi fihom, għal ikel u xorb li fihom nutrijenti u sustanzi b'effett nutrizzjonali jew fiżjoloġiku, b'mod partikolari xaħam, xaħam saturat, aċidi xaħmija trans, melħ jew sodju u zokkor, li t-teħid eċċessiv tagħhom fid-dieta ġenerali mhuwiex irrakkomandat. Dawk il-kodiċijiet għandhom jimmiraw li jnaqqsu b'mod effikaċi l-esponiment tat-tfal għall-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal tali ikel u xorb. L-għan tagħhom huwa li tali komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi ma jenfasizzawx il-kwalità pożittiva tal-aspetti nutrizzjonali ta' tali ikel u xorb. 5. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jrawmu l-awtoregolamentazzjoni, għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, permezz tal-kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4a(2).”; |
(14) |
l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
(15) |
L-Artikolu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 11 1. Dan l-Artikolu għandu japplika biss għal programmi prodotti wara d-19 ta' Diċembru 2009. 2. L-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali għandha tkun permessa fis-servizzi kollha tal-media awdjoviżiva, ħlief fl-aħbarijiet u fi programmi dwar ġrajjiet kurrenti, fil-programmi dwar affarijiet tal-konsumaturi, fil-programmi reliġjużi u fil-programmi għat-tfal. 3. Il-programmi li fihom issir l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (d) ħlief għall-programmi prodotti jew ikkummissjonati minn fornitur ta' servizzi tal-media jew minn kumpannija affiljata ma' dak il-fornitur tas-servizzi tal-media. 4. Fi kwalunkwe każ, fil-programmi ma għandux ikun hemm l-inklużjoni ta' prodotti kummerċjali ta':
|
(16) |
Jitħassar it-titolu tal-Kapitolu IV; |
(17) |
Jitħassar l-Artikolu 12; |
(18) |
L-Artikolu 13 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 13 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-media ta' servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jiżguraw li l-katalgi tagħhom ikollhom mill-inqas sehem ta' 30 % ta' xogħlijiet Ewropej u li dawk ix-xogħlijiet jingħataw prominenza. 2. Meta l-Istati Membri jirrikjedu lill-fornituri tas-servizzi tal-media li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom biex jikkontribwixxu finanzjarjament għall-produzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej, inkluż b'investiment dirett fil-kontenut u l-kontribuzzjoni għall-fondi nazzjonali, huma jistgħu wkoll jirrikjedu lill-fornituri tas-servizzi tal-media li jimmiraw udjenzi fit-territorji tagħhom, iżda stabbiliti fi Stati Membri oħra, biex jagħmlu kontribuzzjonijiet finanzjarji bħal dawn, li għandhom ikunu proporzjonati u nondiskriminatorji. 3. Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 2, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun ibbażata biss fuq dħul miksub fl-Istati Membri mmirati. Jekk l-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-fornitur jimponi kontribuzzjoni finanzjarja bħal din, dan għandu jqis kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja imposta mill-Istati Membri mmirati. Kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun konformi mal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. 4. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 sad-19 ta' Diċembru 2021 u kull sentejn wara dan. 5. Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u ta' studju indipendenti, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, b'kunsiderazzjoni tas-suq u tal-iżviluppi teknoloġiċi u tal-objettiv ta' diversità kulturali. 6. L-obbligu impost skont il-paragrafu 1 u r-rekwiżit fuq fornituri tas-servizzi tal-media li jimmiraw udjenzi fi Stati Membri oħra stabbiliti fil-paragrafu 2 ma għandhomx japplikaw għal fornituri tas-servizzi tal-media bi dħul baxx jew b'udjenza żgħira. L-Istati Membri jistgħu wkoll jirrinunzjaw obbligi jew rekwiżiti bħal dawn fejn ikun imprattikabbli jew mhux ġustifikat minħabba n-natura jew is-suġġett tas-servizzi tal-media awdjoviżiva. 7. Il-Kummissjoni għandha toħroġ linji gwida rigward il-kalkolu tas-sehem ta' xogħlijiet Ewropej imsemmija fil-paragrafu 1 u rigward id-definizzjoni ta' udjenza żgħira u dħul baxx imsemmija fil-paragrafu 6 wara li tikkonsulta l-Kumitat ta' Kuntatt.”; |
(19) |
Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Spots iżolati ta' reklamar televiżiv u ta' telebejgħ għandhom ikunu ammissibbli f'avvenimenti sportivi. Spots iżolati ta' reklamar televiżiv u ta' telebejgħ, li mhumiex trażmissjonijiet ta' avvenimenti sportivi, għandhom jibqgħu l-eċċezzjoni.”; |
(20) |
Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. It-trażmissjoni ta' films magħmula għat-televiżjoni (esklużi sensiliet, serje u dokumentarji), xogħlijiet ċinematografiċi u programmi tal-aħbarijiet tista' tiġi interrotta minn reklamar televiżiv, minn telebejgħ, jew mit-tnejn, darba waqt kull perijodu skedat ta' mill-inqas 30 minuta. It-trażmissjoni ta' programmi tat-tfal tista' tiġi interrotta minn reklamar televiżiv darba għal kull perijodu skedat ta' mill-inqas 30 minuta, dment li t-tul ta' ħin skedat tal-programm ikun aktar minn 30 minuta. It-trażmissjoni tat-telebejgħ għandha tkun ipprojbita matul il-programmi tat-tfal. Waqt servizzi reliġjużi ma għandu jiddaħħal l-ebda reklamar televiżiv jew telebejgħ.”; |
(21) |
L-Artikolu 23 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 23 1. Il-proporzjon ta' spots ta' reklamar televiżiv u spots ta' telebejgħ fil-perijodu bejn is-06.00 u s-18.00 ma għandux jaqbeż 20 % ta' dak il-perijodu. Il-proporzjon ta' spots ta' reklamar televiżiv u spots ta' telebejgħ fil-perijodu bejn is-18.00 u 24.00 ma għandux jaqbeż 20 % ta' dak il-perijodu. 2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal:
|
(22) |
Il-Kapitolu VIII huwa mħassar; |
(23) |
Jiddaħħal il-Kapitolu li ġej: “KAPITOLU IXA DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAS-SERVIZZI TA' PJATTAFORMA TA' VIDEO-SHARING Artikolu 28a 1. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing stabbilit fit-territorju ta' Stat Membru skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2000/31/KE għandu jkun taħt il-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru. 2. Fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing li mhux stabbilit fit-territorju ta' Stat Membru skont il-paragrafu 1 għandu jitqies li huwa stabbilit fit-territorju ta' Stat Membru għall-finijiet ta' din id-Direttiva jekk dak il-fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing:
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu:
3. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 2, fejn l-impriża prinċipali, l-impriża sussidjarja jew l-impriżi l-oħra tal-grupp huma kollha stabbiliti fi Stati Membri differenti, il-fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing għandu jitqies li huwa stabbilit fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-impriża prinċipali tiegħu jew, fin-nuqqas ta' dan, fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-impriża sussidjarja tiegħu jew, fin-nuqqas ta' stabbiliment bħal dan, fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-impriża l-oħra tal-grupp. 4. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 3, meta jkun hemm diversi impriżi sussidjarji u kull waħda minnhom hija stabbilita fi Stat Membru differenti, il-fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing għandu jitqies li huwa stabbilit fl-Istat Membru fejn waħda mill-impriżi sussidjarji bdiet l-attività tagħha inizjalment, dment li hija żżomm rabta stabbli u effettiva mal-ekonomija ta' dak l-Istat Membru. Meta jkun hemm diversi impriżi oħra li huma parti mill-grupp u kull waħda hija stabbilita fi Stat Membru differenti, il-fornitur ta' pjattaforma ta' video-sharing għandu jitqies li huwa stabbilit fl-Istat Membru fejn waħda minn dawn l-impriżi bdiet l-attività tagħha inizjalment, dment li hija żżomm rabta stabbli u effettiva mal-ekonomija ta' dak l-Istat Membru. 5. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-Artikoli 3 u l-Artikoli 12 sa 15 tad-Direttiva 2000/31/KE għandhom japplikaw għall-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing meqjusa li huma stabbiliti fi Stat Membru skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. 6. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu lista aġġornata tal-fornituri ta' pjattaformi ta' video-sharing stabbiliti jew meqjusa li huma stabbiliti fit-territorju tagħhom u jindikaw fuq liema mill-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 hija bbażata l-ġurisdizzjoni tagħhom. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dik il-lista, inkluż kwalunkwe aġġornament tagħha, lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li tali listi jsiru disponibbli f'bażi tad-data ċentralizzata. Fil-każ ta' inkonsistenzi bejn il-listi, il-Kummissjoni għandha tikkuntattja lill-Istati Membri kkonċernati sabiex tinstab soluzzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jkollhom aċċess għal dik il-bażi tad-data. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni fil-bażi tad-data disponibbli għall-pubbliku. 7. Meta, fl-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri kkonċernati ma jaqblux dwar liema Stat Membru għandu ġurisdizzjoni, huma għandhom iressqu l-kwistjoni għall-attenzjoni tal-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed. Il-Kummissjoni tista' titlob lill-ERGA biex jagħti opinjoni dwar il-kwistjoni f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 30b(3). L-ERGA għandu jagħti tali opinjoni fi żmien 15-il jum ta' ħidma minn meta tiġi ppreżentata t-talba tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Kumitat ta' Kuntatt infurmat kif xieraq. Artikolu 28b 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 12 sa 15 tad-Direttiva 2000/31/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipproteġu:
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-pjattaformi ta' video-sharing taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9(1) fir-rigward tal-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi li jiġu kkummerċjalizzati, jinbiegħu jew jiġu organizzati minn dawk il-fornituri tal-pjattaformi ta' video-sharing. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jieħdu miżuri xierqa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9(1) fir-rigward tal-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi li mhumiex ikkummerċjalizzati, mibjugħa jew organizzati minn dawk il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing, b'kont meħud tal-kontroll limitat eżerċitat minn dawk il-pjattaformi ta' video-sharing fuq dawk il-komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżivi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing jinfurmaw b'mod ċar lill-utenti meta l-programmi u l-videos iġġenerati mill-utenti jkun fihom komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi, dment li tali komunikazzjonijiet huma ddikjarati taħt il-punt (c) tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3 jew il-fornitur jkun jaf dwar dan il-fatt. L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu tal-koregolamentazzjoni u t-trawwim tal-awtoregolamentazzjoni permezz ta' kodiċijiet ta' kondotta kif previst fl-Artikolu 4a(1) li għandhom l-għan li jnaqqsu effettivament l-esponiment ta' tfal għal komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal ikel u xorb li fihom nutrijenti, u sustanzi b'effett nutrizzjonali jew fiżjoloġiku, b'mod partikolari xaħam, aċidi xaħmija trans, melħ jew sodju u zokkor, li t-teħid eċċessiv tagħhom fid-dieta ġenerali mhuwiex rakkomandat. L-għan ta' dawk il-kodiċijiet għandu jkun li tali komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi ma jenfasizzawx il-kwalità pożittiva tal-aspetti nutrizzjonali ta' tali ikel u xorb. 3. Għall-iskopijiet tal-paragrafi 1 u 2, il-miżuri xierqa għandhom jiġu ddeterminati fid-dawl tan-natura tal-kontenut inkwistjoni, il-ħsara li jista' jikkawża, il-karatteristiċi tal-kategorija ta' persuni li għandhom jiġu protetti kif ukoll id-drittijiet u l-interessi leġittimi involuti, inkluż dawk tal-fornituri tal-pjattaformi ta' video-sharing u l-utenti li jkunu ħolqu jew tellgħu l-kontenut, kif ukoll l-interess pubbliku ġenerali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri kollha ta' pjattaformi ta' video-sharing taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom għandhom japplikaw dawk il-miżuri. Dawk il-miżuri għandhom ikunu prattikabbli u proporzjonati, b'kont meħud tad-daqs ta' servizz ta' pjattaforma ta' video-sharing u n-natura tas-servizz li jiġi pprovdut. Dawk il-miżuri ma għandhom iwasslu għall-ebda miżura ta' kontroll ex ante jew filtraġġ tal-kontenut imtella' li ma jikkonformax mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/31/KE. Għall-iskopijiet tal-protezzjoni tal-minuri, prevista fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-aktar kontenut ta' ħsara għandu jkun soġġett għall-miżuri l-aktar stretti tal-kontroll tal-aċċess. Dawk il-miżuri għandhom jikkonsistu minn, kif xieraq:
Data personali ta' minorenni miġbura jew iġġenerata b'mod ieħor mill-fornituri ta' pjattaformi ta' video-sharing skont il-punti (f) u (h) tat-tielet subparagrafu ma għandhiex tiġi pproċessata għal finijiet kummerċjali, bħall-kummerċjalizzazzjoni diretta, it-tfassil ta' profili u r-reklamar immirat skont l-imġiba. 4. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 3 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu tal-koregolamentazzjoni kif previst fl-Artikolu 4a(1). 5. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmi meħtieġa biex jivvalutaw l-adegwatezza tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 3 meħudin minn fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing. L-Istati Membri għandhom jinkarigaw lill-awtoritajiet jew lill-korpi regolatorji nazzjonali bil-valutazzjoni ta' dawk il-miżuri. 6. L-Istati Membri jistgħu jimponu fuq il-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing miżuri li huma aktar dettaljati jew stretti mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Meta jadottaw tali miżuri, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni applikabbli, bħal pereżempju dawk stabbiliti fl-Artikoli 12 sa 15 tad-Direttiva 2000/31/KE jew fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 2011/93/UE. 7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mekkaniżmi ta' rimedju barra mill-qorti jkunu disponibbli għas-soluzzjoni ta' tilwim bejn l-utenti u l-fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing b'rabta mal-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 3. Mekkaniżmi bħal dawn għandhom jagħmluha possibbli li t-tilwimiet jiġu solvuti b'mod imparzjali u m'għandhomx iċaħħdu lill-utent mill-protezzjoni legali mogħtija mil-liġi nazzjonali. 8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti jkunu jistgħu jasserixxu d-drittijiet tagħhom quddiem qorti fir-rigward ta' fornituri ta' pjattaforma ta' video-sharing skont il-paragrafi 1 u 3. 9. Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi lill-fornituri ta' pjattaformi ta' video-sharing biex jagħmlu skambju tal-aħjar prattiki dwar il-kodiċijiet ta' kondotta koregolatorji msemmija fil-paragrafu 4. 10. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jrawmu l-awtoregolamentazzjoni permezz tal-kodiċijiet ta' kondotta tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4a(2). (*1) Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1).”" |
(24) |
It-titolu tal-Kapitolu XI huwa sostitwit b'dan li ġej: “AWTORITAJIET UKORPI REGOLATORJI TAL-ISTATI MEMBRI”; |
(25) |
L-Artikolu 30 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 30 1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità jew korp regolatorju nazzjonali wieħed jew aktar, jew it-tnejn. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li huma legalment distinti mill-gvern u funzjonalment indipendenti mill-gvernijiet rispettivi tagħhom u minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jistabbilixxu awtoritajiet regolatorji li jissorveljaw setturi differenti. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'mod imparzjali u trasparenti u skont l-objettivi ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari l-pluraliżmu tal-media, id-diversità kulturali u lingwistika, il-protezzjoni tal-konsumatur, l-aċċessibbiltà, in-nondiskriminazzjoni, il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni ġusta. L-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali ma għandhomx ifittxu jew jieħdu istruzzjonijiet mill-ebda korp ieħor b'rabta mal-eżerċizzju tal-kompiti assenjati lilhom taħt il-liġi nazzjonali li timplimenta l-liġi tal-Unjoni. Dan ma għandux jipprevjeni is-superviżjoni skont il-liġi kostituzzjonali nazzjonali. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kompetenzi u s-setgħat tal-awtoritajiet jew tal-korpi regolatorji nazzjonali, kif ukoll il-modi ta' kif jerfgħu r-responsabbiltà tagħhom ikunu definiti b'mod ċar fil-liġi. 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jkollhom riżorsi finazjarji u umani u setgħat ta' infurzar adegwati biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod effikaċi u jikkontribwixxu għall-ħidma tal-ERGA. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jingħataw il-baġits annwali tagħhom stess, li għandhom isiru pubbliċi. 5. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali tagħhom il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-ħatra u għat-tkeċċija tal-kapijiet ta' awtoritajiet u ta' korpi regolatorji nazzjonali jew tal-membri tal-korp kolleġġjali li jaqdu tali funzjoni, inkluż it-tul ta' żmien tal-mandat. Il-proċeduri għandhom ikunu trasparenti, nondiskriminatorji u jiggarantixxu l-grad rikjest ta' indipendenza. Il-kap ta' awtorità jew korp regolatorju nazzjonali jew il-membri tal-korp kolleġġjali li jissodisfaw dik il-funzjoni fi ħdan awtorità jew korp regolatorju nazzjonali, jistgħu jitkeċċew jekk ma jibqgħux jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-prestazzjoni tal-kompiti tagħhom li huma stabbiliti minn qabel fil-livell nazzjonali. Deċiżjoni ta' tkeċċija għandha tkun debitament ġustifikata, soġġetta għal notifika minn qabel u tkun disponibbli għall-pubbliku. 6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi ta' appell effikaċi fil-livell nazzjonali. Il-korp ta' appell, li jista' jkun qorti, għandu jkun indipendenti mill-partijiet involuti fl-appell. Sakemm ikun magħruf l-eżitu tal-appell, id-deċiżjoni tal-awtorità jew il-korp regolatorju nazzjonali għandha tibqa' valida, sakemm ma jingħatawx miżuri interim skont il-liġi nazzjonali.”; |
(26) |
Jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin: “Artikolu 30a 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jieħdu miżuri adegwati biex jipprovdu lil xulxin u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari l-Artikoli 2, 3 u 4. 2. Fil-kuntest tal-iskambju ta' informazzjoni skont il-paragrafu 1, meta l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali jirċievu informazzjoni minn fornitur ta' servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom li ser jipprovdi servizz kompletament jew fil-biċċa l-kbira tiegħu dirett lejn l-udjenza ta' Stat Membru ieħor, l-awtorità jew il-korp regolatorju nazzjonali fl-Istat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni għandu jinforma lill-awtorità jew lill-korp regolatorju nazzjonali tal-Istat Membru fil-mira. 3. Jekk l-awtorità jew il-korp regolatorju ta' Stat Membru li t-territorju tiegħu jinsab fil-mira ta' servizz ta' fornitur ta' servizz tal-media taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru ieħor jibgħat talba li tikkonċerna l-attivitajiet ta' dak il-fornitur lill-awtorità jew korp regolatorju tal-Istat Membru li jkollu ġurisdizzjoni fuqu, l- awtorità jew il-korp regolatorju tal-aħħar għandu jagħmel l-almu tiegħu biex jindirizza t-talba fi żmien xahrejn, mingħajr preġudizzju għal-limiti ta' żmien aktar stretti applikabbli skont din id-Direttiva. Meta mitluba, l-awtorità jew il-korp regolatorju tal-Istat Membru fil-mira għandu jipprovdi kwalunkwe informazzjoni lill-awtorità jew lill-korp regolatorju tal-Istat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni li tista' tassistih biex jindirizza t-talba. Artikolu 30b 1. Il-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (ERGA) huwa b'dan stabbilit. 2. Huwa għandu jkunu magħmul minn rappreżentati ta' awtoritajiet jew korpi regolatorji nazzjonali fil-qasam tas-servizzi tal-media awdjoviżiva bir-responsabbiltà primarja għas-sorveljanza tas-servizzi tal-media awdjoviżiva, jew fejn m'hemmx awtorità jew korp regolatorju nazzjonali, minn rappreżentanti oħra kif magħżul permezz tal-proċeduri tagħhom. Rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-ERGA. 3. L-ERGA għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:
4. L-ERGA għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.”; |
(27) |
L-Artikolu 33 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 33 Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-applikazzjoni mill-Istati Membri ta' din id-Direttiva. Mhux aktar tard mid-19 ta' Diċembru 2022, u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Mhux aktar tard mid-19 ta' Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tippreżenta evalwazzjoni ex-post lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjata fejn xieraq minn proposti għar-rieżami tagħha, dwar l-impatt ta' din id-Direttiva u l-valur miżjud tagħha. Il-Kummissjoni għandha żżomm il-Kumitat ta' Kuntatt u l-ERGA debitament infurmati dwar il-ħidma u l-attivitajiet ta' xulxin. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni li tasal mingħand l-Istati Membri dwar kwalunkwe miżura li jkunu ħadu fl-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva tiġi kkomunikata lill-Kumitat ta' Kuntatt u l-ERGA.”; |
(28) |
Jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 33a 1. L-Istati Membri għandhom jippromwovu u jieħdu miżuri għall-iżvilupp ta' ħiliet fil-litteriżmu fil-media. 2. Sad-19 ta' Diċembru 2022 u kull tliet snin wara dan, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1. 3. Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-Kumitat ta' Kuntatt, toħroġ linji gwida dwar il-kamp ta' applikazzjoni ta' tali rapporti.”. |
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sad-19 ta' Settembru 2020. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Novembru 2018.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
K. EDTSTADLER
(1) ĠU C 34, 2.2.2017, p. 157.
(2) ĠU C 185, 9.6.2017, p. 41.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Ottubru 2018 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2018.
(4) Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 ta' Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni (ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23).
(5) Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).
(6) Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27).
(7) Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali, (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 55).
(8) Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).
(9) Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(10) Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1).
(11) Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).
(12) Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).
(13) Direttiva 2003/33/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-reklamar u l-patrunaġġ tal-prodotti tat-tabakk (ĠU L 152, 20.6.2003, p. 16).
(14) Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1).
(15) Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 462 finali tat-3 ta' Frar 2014 dwar it-twaqqif tal-Grupp Ewropew ta' Regolaturi għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva.