EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018L1028

Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1028 tad-19 ta' Lulju 2018 li tikkoreġi d-Direttiva ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2109 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE fir-rigward tal-inklużjoni tal-ispeċi ġodda u l-isem botaniku tal-ispeċi Lolium x boucheanum Kunth (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2018/4380

ĠU L 184, 20.7.2018, p. 7–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_impl/2018/1028/oj

20.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/7


DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1028

tad-19 ta' Lulju 2018

li tikkoreġi d-Direttiva ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2109 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE fir-rigward tal-inklużjoni tal-ispeċi ġodda u l-isem botaniku tal-ispeċi Lolium x boucheanum Kunth

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-marketing ta' żerriegħa ta' pjanti tal-għalf (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21a tagħha,

Billi:

(1)

Minħabba żball klerikali fid-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2109 (2) li emendat id-Direttiva 66/401/KEE, ir-referenza f'qiegħ il-paġna “(1)” fl-Anness III tad-Direttiva 66/401/KEE tħassret bi żball mill-entrata “Poaceae (Gramineae)”. B'riżultat ta' dan, m'għadux possibbli għall-Istati Membri li jawtorizzaw li l-piż massimu tal-lott jiżdied b'25 tunnellata meta l-fornitur ikun ġie awtorizzat fir-rigward ta' dan minn awtorità kompetenti.

(2)

Għalhekk l-Anness rilevanti għad-Direttiva ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2109 jenħtieġ li jiġi kkoreġut skont dan.

(3)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emenda għad-Direttiva ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2109

L-Anness tad-Direttiva ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2109 qed jiġi emendat skont l-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2018, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2019.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom immedjatament jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Lulju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66.

(2)  Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2109 tal-1 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE fir-rigward tal-inklużjoni tal-ispeċi ġodda u l-isem botaniku tal-ispeċi Lolium x boucheanum, Kunth (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 59).


ANNESS

Fil-punt 2 tal-Anness tad-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2109, li temenda l-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE, fl-ewwel kolonna tat-tabella, l-entrata għal “Poaceae (Gramineae)” tiġi sostiwita bl-entrata li ġejja bin-nota ta' qiegħ il-paġna li takkumpanja:

Poaceae (Gramineae)  (1)



Top