This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D2078
Council Decision (CFSP) 2018/2078 of 21 December 2018 amending Decision 2014/512/CFSP concerning restrictive measures in view of Russia's actions destabilising the situation in Ukraine
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/2078 tal-21 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/2078 tal-21 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina
ST/15262/2018/INIT
ĠU L 331, 28.12.2018, p. 224–224
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Extended validity | 32014D0512 | 29/12/2018 | 31/07/2019 | ||
Modifies | 32014D0512 | Sostituzzjoni | artikolu 9 paragrafu 1 | 29/12/2018 |
28.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 331/224 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/2078
tal-21 ta' Diċembru 2018
li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1). |
(2) |
Fid-19 ta' Marzu 2015, il-Kunsill Ewropew qabel li kellhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikun hemm rabta ċara bejn id-durata tal-miżuri restrittivi u l-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet ta' Minsk, meta wieħed iqis li l-implimentazzjoni sħiħa kienet prevista għall-31 ta' Diċembru 2015. |
(3) |
Fil-5 ta' Lulju 2018, il-Kunsill ġedded id-Deċiżjoni 2014/512/PESK sal-31 ta' Jannar 2019 sabiex ikun jista' jivvaluta aktar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' Minsk (2). |
(4) |
Wara li saret valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' Minsk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġġedded għal sitt xhur oħra sabiex il-Kunsill ikun jista' jivvaluta aktar l-implimentazzjoni tagħhom. |
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Lulju 2019.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BOGNER-STRAUSS
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/964 tal-5 ta' Lulju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 172, 9.7.2018, p. 3).