Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D2075

    Deċiżjoni tal-Kumitat politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2018/2075 tas-7 ta' Diċembru 2018 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia) (EUMM GEORGIA/1/2018)

    ST/14369/2018/INIT

    ĠU L 331, 28.12.2018, p. 217–217 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/03/2020; Imħassar b' 32020D0200

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/2075/oj

    28.12.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 331/217


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2018/2075

    tas-7 ta' Diċembru 2018

    li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia) (EUMM GEORGIA/1/2018)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK tat-12 ta' Awwissu 2010 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skont id-Deċiżjoni 2010/452/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita kontroll politiku u direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia), inkluż id-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni.

    (2)

    Fid-19 ta' Diċembru 2017, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2438 (2) li taħtar lis-Sur Erik HØEG bħala Kap tal-EUMM Georgia mill-15 ta' Diċembru 2017 sal-14 ta' Diċembru 2018.

    (3)

    Fit-3 ta' Diċembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1884 (3), li estendiet il-mandat tal-EUMM Georgia sal-14 ta' Diċembru 2020.

    (4)

    Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet li jiġi estiż il-mandat tas-Sur Erik HØEG bħala Kap tal-EUMM Georgia mill-15 ta' Diċembru 2018,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-mandat tas-Sur Erik HØEG bħala Kap tal-EUMM Georgia huwa b'dan estiż mill-15 ta' Diċembru 2018.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Hija għandha tiskadi fl-14 ta' Diċembru 2020.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2018.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    S. FROM-EMMESBERGER


    (1)  ĠU L 213, 13.8.2010, p. 43.

    (2)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/2438 tad-19 ta' Diċembru 2017 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia) (EUMM GEORGIA/1/2017) (ĠU L 344, 23.12.2017, p. 39).

    (3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1884 tat-3 ta' Diċembru 2018 li testendi u temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 41).


    Top