Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D2059

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/2059 tad-29 ta' Novembru 2018 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, dwar l-emenda tal-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    ST/13114/2018/INIT

    ĠU L 329, 27.12.2018, p. 13–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/2059/oj

    27.12.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 329/13


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/2059

    tad-29 ta' Novembru 2018

    dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, dwar l-emenda tal-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

    (2)

    Bis-saħħa tal-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, inter alia, l-Anness IX għal dak il-Ftehim, li fih dispożizzjonijiet dwar is-servizzi finanzjarji.

    (3)

    Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (4)

    Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (5)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (6)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness IX għall-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan.

    (7)

    Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozzi ta' deċiżjonijiet mehmużin,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozzi ta' deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmużin ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Novembru 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. SCHRAMBÖCK


    (1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

    (2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

    (3)  Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1).

    (4)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

    (5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b'riskju kbir b'nuqqasijiet strateġiċi (ĠU L 254, 20.9.2016, p. 1).


    ABBOZZ

    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/…

    ta'…

    li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE)

    (2)

    Ir-Regolament (UE) 2015/847 iħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

    (3)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness IX għal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness IX għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    It-test tal-punt 23ba (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    32015 R 0847: Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1).

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, għandhom jinqraw bl-adattament li ġej:

    B'deroga mill-Artikoli 4 u 6, fir-rigward ta' trasferimenti ta' fondi fi Franki Svizzeri fil-Liechtenstein u minn u lejn il-Liechtenstein fi ħdan l-Unjoni Monetarja tiegħu mal-Isvizzera, l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 4 u 6 għandha tinġabar u tkun disponibbli meta mitluba mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas tal-benfiċjarju fi żmien tliet ijiem ta' xogħol, iżda mhux neċessarjament tkun trasferita immedjatament mat-trasferimenti tal-fondi kif previst fl-Artikoli 4 u 6. Din id-deroga għandha tkun applikabbli għal perjodu transitorju li jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2022.”

    2.

    Jitħassar it-test tal-punt 23d (ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) 2015/847 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta' … (2) [li tinkorpora AMLD IV (celex 32015L0849) fil-Ftehim ŻEE], skont liema data tkun l-iżjed tard.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


    (1)  ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1.

    (*1)  [Ma hu indikat ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]

    (2)  ĠU L …


    ABBOZZ

    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/…

    ta' …

    li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b'riskju kbir b'nuqqasijiet strateġiċi (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (3)

    Id-Direttiva (UE) 2015/849 tħassar id-Direttiva tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (4), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandhom jitħassru skont il-Ftehim ŻEE.

    (4)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness IX għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    It-test tal-punt 23b (id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    32015 L 0849: Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

    Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

    (a)

    Il-punt (d) tal-Artikolu 3(4) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “frodi li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, fejn tkun mill-inqas serja, kif definit hawn taħt:

    (i)

    fir-rigward tal-infiq, kwalunkwe att jew ommissjoni intenzjonali li għandhom x'jaqsmu ma':

    l-użu jew il-preżentazzjoni ta' dikjarazzjonijiet jew dokumenti foloz, mhux korretti jew mhux kompluti, li jkollhom bħala effett l-approprjazzjoni jew iż-żamma bla dritt ta' fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jew mill-baġits amministrati minn, jew f'isem, l-Unjoni Ewropea,

    in-nuqqas ta' divulgazzjoni ta' informazzjoni bi ksur ta' obbligu speċifiku, bl-istess effett,

    l-użu ħażin ta' tali fondi għal skopijiet oħra għajr dawk li għalihom ġew mogħtija oriġinarjament;

    (ii)

    fir-rigward ta' dħul kif imfisser fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (5) kull att jew omissjoni maħsuba li għandhom x'jaqsmu ma':

    l-użu jew il-preżentazzjoni ta' dikjarazzjonijiet jew dokumenti foloz, mhux korretti jew mhux kompluti, li jkollhom bħala effett it-tnaqqis illegali tar-riżorsi tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropej jew ta' baġits amministrati minn, jew f'isem, l-Unjoni Ewropea,

    in-nuqqas ta' divulgazzjoni ta' informazzjoni bi ksur ta' obbligu speċifiku, bl-istess effett,

    l-użu ħażin ta' xi benefiċċju miksub legalment, bl-istess effett.

    Biex jitqies bħala frodi serju, il-frodi għandu jinvolvi ammont minimu ffissat li ma jaqbiżx l-EUR 50 000.””

    2.

    It-test tal-punt 23ba (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    32016 R 1675: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b'riskju kbir b'nuqqasijiet strateġiċi (ĠU L 254, 20.9.2016, p. 1).”

    3.

    Jiżdied l-inċiż li ġej fil-punt 31bc (ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    “—

    32015 L 0849: Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva (UE) 2015/849 u tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1675 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Novembru 2018.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


    (1)  ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73.

    (2)  ĠU L 254, 20.9.2016, p. 1.

    (3)  ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

    (4)  ĠU L 214, 4.8.2006, p. 29.

    (5)  ĠU L 253, 7.10.2000, p. 42.

    (*1)  [Ma hu indikat ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]

    Dikjarazzjoni mill-Istati tal-EFTA

    għad-Deċiżjoni Nru […] li tinkorpora d-Direttiva (UE) 2015/849 fil-Ftehim ŻEE

    Id-Direttiva (UE) 2015/849 fiha dispożizzjonijiet b'referenzi għal atti adottati taħt it-Titolu V TFUE. Ta' min ifakkar li l-inkorporazzjoni ta' atti b'tali dispożizzjonijiet fil-Ftehim ZEE hija mingħajr preġudizzju għall-prinċipju li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea adottata bis-saħħa tat-Titolu V TFUE ma taqax fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE.

    Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti

    għad-Deċiżjoni Nru […] li tinkorpora d-Direttiva (UE) 2015/849 fil-Ftehim ŻEE

    Il-partijiet Kontraenti qablu li jinkludu każijiet serji ta' frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea fil-lista ta' reati predikati għall-ħasil tal-flus. Għal raġunijiet prattiċi, ir-Raba' Direttiva dwar il-Ħasil tal-Flus (Direttiva (UE) 2015/849) ġiet inkorporata mingħajr ftehim reċiproku biex jiġu protetti wkoll l-interessi finanzjarji tal-Istati tal-EFTA membri taż-ŻEE. Minkejja dan, il-prinċipji ta' reċiproċità u omoġeneità kif stabbilit fl-Artikolu 1 tal-Ftehim ŻEE u msemmi fil-Premessa 4 tiegħu, jibqgħu applikabbli bis-sħiħ ukoll għall-protezzjoni reċiproka kontra attività kriminali li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kontraenti fis-sens ta' [din id-Deċiżjoni].


    Top