This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D1540
Council Decision (CFSP) 2018/1540 of 15 October 2018 amending Decision (CFSP) 2016/1693 concerning restrictive measures against ISIL (Da'esh) and Al-Qaeda and persons, groups, undertakings and entities associated with them
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1540 tal-15 ta' Ottubru 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1540 tal-15 ta' Ottubru 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom
ST/12370/2018/INIT
ĠU L 257I, 15.10.2018, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32016D1693 | Żieda | anness punt 3 | 15/10/2018 | |
Modifies | 32016D1693 | Sostituzzjoni | artikolu 6 paragrafu 5 | 15/10/2018 |
15.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 257/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1540
tal-15 ta' Ottubru 2018
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 tal-20 ta' Settembru 2016 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fl-20 ta' Settembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693. |
(2) |
Il-miżuri restrittivi mniżżla fl-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 3(3) u (4) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 japplikaw sal-31 ta' Ottubru 2018. Abbażi ta' reviżjoni ta' dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġu estiżi sal-31 ta' Ottubru 2019. |
(3) |
Jenħtieġ li tiżdied persuna waħda mal-lista ta' persuni, gruppi, impriżi u entitajiet fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693. |
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 6(5) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“5. Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 3(3) u (4) għandhom japplikaw sal-31 ta' Ottubru 2019.”.
Artikolu 2
L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
ANNESS
Il-persuna li ġejja tiżdied mal-lista mniżżla fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693:
“3. |
Hocine BOUGUETOF; data tat-twelid: 1 ta' Lulju 1959; post tat-twelid: Tebessa (l-Alġerija); nazzjonalità: Alġerina.” |