Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1528

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1528 tal-11 ta' Ottubru 2018 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, il-governanza u l-kummerċ fis-settur forestali

    ST/10860/2018/INIT

    ĠU L 257, 15.10.2018, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1528/oj

    Related international agreement

    15.10.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 257/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1528

    tal-11 ta' Ottubru 2018

    dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, il-governanza u l-kummerċ fis-settur forestali

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(3), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    F'Mejju 2003, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolata “Forest Law Enforcement, Governance and Trade (FLEGT): Proposal for an EU Action Plan” (“L-Infurzar tal-Liġi, il-Governanza u l-Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT): Proposta għal Pjan ta' Azzjoni tal-UE”), li għamlet appell biex jittieħdu miżuri sabiex jiġi indirizzat il-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam billi jiġu żviluppati ftehimiet ta' sħubija volontarji ma' pajjiżi li jipproduċu l-injam (il-“Pjan ta' Azzjoni tal-UE”). Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE ġew adottati f'Ottubru 2003 (1) u l-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar dak is-suġġett fis-7 ta' Lulju 2005 (2).

    (2)

    Fil-5 ta' Diċembru 2005, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati għal ftehimiet ta' sħubija ma' pajjiżi li jipproduċu l-injam sabiex jiġi implimentat il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE.

    (3)

    Fl-20 ta' Diċembru 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 2173/2005 (3) li stabbilixxa skema tal-ħruġ tal-liċenzji FLEGT għall-importazzjonijiet tal-injam fl-Unjoni minn pajjiżi li magħhom l-Unjoni kkonkludiet ftehimiet ta' sħubija volontarji.

    (4)

    In-negozjati mar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam ġew konklużi pożittivament, u l-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, il-governanza u l-kummerċ fis-settur forestali (“il-Ftehim”) ġie inizjalat fil-11 ta' Mejju 2017.

    (5)

    Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, il-governanza u l-kummerċ fis-settur forestali huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi (4).

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni..

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, il-11 ta' Ottubru 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. MOSER


    (1)  ĠU C 268, 7.11.2003, p. 1.

    (2)  ĠU C 157E, 6.7.2006, p. 482.

    (3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' skema ta' liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta' injam fil-Komunità Ewropea (ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1).

    (4)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


    Top