This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D1479
Commission Implementing Decision (EU) 2018/1479 of 3 October 2018 postponing the expiry date of approval of sulfuryl fluoride for use in biocidal products of product-type 8 (Text with EEA relevance.)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1479 tat-3 ta' Ottubru 2018 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tas-sulfuril tal-fluworur għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 8 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1479 tat-3 ta' Ottubru 2018 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tas-sulfuril tal-fluworur għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 8 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2018/5410
ĠU L 249, 4.10.2018, p. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
4.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 249/16 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1479
tat-3 ta' Ottubru 2018
li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tas-sulfuril tal-fluworur għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 8
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(5) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,
Billi:
(1) |
Is-sustanza attiva sulfuril tal-fluworur ddaħħlet fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) biex tintuża fi prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 8, u b'hekk skont l-Artikolu 86 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 hija meqjusa li hi approvata skont dak ir-Regolament soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness I ta' dik id-Direttiva. |
(2) |
L-approvazzjoni tas-sulfuril tal-fluworur għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 8 se tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2018. Fit-28 ta' Ġunju 2017 tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta' din is-sustanza attiva, bi qbil mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
(3) |
L-awtorità kompetenti li tevalwa tal-Iżvezja infurmat lis-servizzi tal-Kummissjoni fl-14 ta' Frar 2018 dwar id-deċiżjoni tagħha skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 li trid titwettaq evalwazzjoni sħiħa. Biex issir evalwazzjoni sħiħa jingħata perjodu ta' 365 jum skont l-Artikolu 8(1) ta' dak ir-Regolament (UE). Skont l-Artikolu 8(2) ta' dak ir-Regolament, waqt din l-evalwazzjoni, l-awtorità kompetenti li tevalwa tista', jekk ikun hemm il-bżonn, titlob li l-applikant jipprovdi biżżejjed data għat-twettiq tal-evalwazzjoni. F'dak il-każ, il-perjodu ta' 365 jum jiġi sospiż għal perjodu li b'kollox ma jistax jaqbeż total ta' 180 jum sakemm dan ma jkunx iġġustifikat minħabba t-tip ta' data li tintalab jew minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali. |
(4) |
Skont l-Artikolu 14(3) ta' tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, fi żmien 270 jum minn meta tirċievi rakkomandazzjoni mill-awtorità kompetenti li tevalwa, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) trid tħejji opinjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva u tippreżentaha lill-Kummissjoni. |
(5) |
Għaldaqstant, għal raġunijiet li mhumiex fil-kontroll tal-applikant, l-approvazzjoni tas-sulfuril tal-fluworur għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 8 x'aktarx li se tiskadi qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħha. Għalhekk jixraq li tiġi posposta d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tas-sulfuril tal-fluworur għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 8 għal perjodu ta' żmien twil biżżejjed biex ikun jista' jsir l-istudju tal-applikazzjoni. Meta wieħed iqis il-perjodi ta' żmien permessi għall-evalwazzjoni mill-awtorità kompetenti li tevalwa u għat-tħejjija u għall-preżentazzjoni ta' opinjoni mill-Aġenzija, huwa xieraq li tiġi posposta d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni sat-30 ta' Ġunju 2021. |
(6) |
Minbarra d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni, jenħtieġ li s-sulfuril tal-fluworur għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 8 jibqa' approvat suġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tas-sulfuril tal-fluworur għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 8 hija posposta għat-30 ta' Ġunju 2021.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).