Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0997

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/997 tat-13 ta' Lulju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger)

    ST/9668/2018/INIT

    ĠU L 178, 16.7.2018, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/997/oj

    16.7.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 178/7


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/997

    tat-13 ta' Lulju 2018

    li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-16 ta' Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/392/PESK (1) li stabbilixxiet missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer sabiex tappoġġa t-tisħiħ tal-kapaċità tal-atturi tas-sigurtà Niġerini biex jiġġieldu kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata (EUCAP SAHEL Niger).

    (2)

    Fit-18 ta' Lulju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1172 (2) li testendi l-EUCAP SAHEL Niger sal-15 ta' Lulju 2018. Fil-11 ta' Lulju 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1253 (3) li tipprevedi ammont ta' referenza finanzjarja għall-EUCAP SAHEL Niger sal-15 ta' Lulju 2018.

    (3)

    EUCAP SAHEL Niger u l-ammont ta' referenza previst għaliha jenħtieġ li jiġu estiżi sat-30 ta' Settembru 2018.

    (4)

    Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/392/PESK tiġi emendata skont dan.

    (5)

    L-EUCAP Sahel Niger ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2012/392/PESK hija emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 13(1), l-aħħar subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

    “L-ammont ta' referenza finanzjarja biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Sahel Niger għall-perijodu mis-16 ta' Lulju 2017 sat-30 ta' Settembru 2018 għandu jkun ta' EUR 31 000 000.”;

    (2)

    fl-Artikolu 16, it-tieni sentenza tinbidel b'dan li ġej:

    “Hija għandha tapplika sat-30 ta' Settembru 2018.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Għandha tapplika mis-16 ta' Lulju 2018.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Lulju 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    H. LÖGER


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/392/PESK tas-16 ta' Lulju 2012 dwar il-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 187, 17.7.2012, p. 48).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1172 tat-18 ta' Lulju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 193, 19.7.2016, p. 106).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1253 tal-11 ta' Lulju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 179, 12.7.2017, p. 15).


    Top