This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D0619
Commission Implementing Decision (EU) 2018/619 of 20 April 2018 not approving PHMB (1415; 4.7) as an existing active substance for use in biocidal products of product-types 1, 5 and 6 (Text with EEA relevance. )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/619 tal-20 ta' April 2018 li ma tapprovax il-PHMB (1415; 4.7) bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi 1, 5 u 6 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/619 tal-20 ta' April 2018 li ma tapprovax il-PHMB (1415; 4.7) bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi 1, 5 u 6 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2018/2258
ĠU L 102, 23.4.2018, p. 21–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32018D0619R(01) | (HU) |
23.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/21 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/619
tal-20 ta' April 2018
li ma tapprovax il-PHMB (1415; 4.7) bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi 1, 5 u 6
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 89(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi eżistenti li jridu jiġu evalwati bil-ħsieb li possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi l-PHMB (1415; 4.7) (Nru tal-KE: n.a., Nru tal-CAS: 32289-58-0 u 1802181-67-4). |
(2) |
Il-PHMB (1415; 4.7) ġie evalwat għall-użu fil-prodotti tat-tip 1, iġjene tal-bniedem, tat-tip 5, ilma tax-xorb, u tat-tip 6, preservattivi għal prodotti matul il-ħżin, kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
(3) |
Franza ntgħażlet bħala l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni u, fit-13 ta' Diċembru 2016, bagħtet ir-rapporti tal-valutazzjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha. |
(4) |
Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014, l-opinjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ġew ifformulati fl-4 ta' Ottubru 2017 mill-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali, wara li qies il-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni. |
(5) |
Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali li jintużaw għall-prodotti tat-tipi 1, 5 u 6 li fihom il-PHMB (1415; 4.7) ma jistgħux jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Għal dawk it-tipi ta' prodotti, ix-xenarji evalwati fil-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem identifikaw xi riskji inaċċettabbli. |
(6) |
Għalhekk, mhuwiex xieraq li l-PHMB (1415; 4.7) jiġi approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi 1, 5 u 6. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-PHMB (1415; 4.7) (Nru tal-KE: n.a., Nru tal-CAS: 32289-58-0 u 1802181-67-4) mhuwiex approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi 1, 5 u 6.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).