Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0601

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/601 tas-16 ta' April 2018 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali

    ĠU L 101, 20.4.2018, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/601/oj

    Related international agreement

    20.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 101/5


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/601

    tas-16 ta' April 2018

    dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a), tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    Fit-22 ta' Lulju 2013, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma' New Zealand bil-għan li jiġi konkluż Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali (“il-Ftehim”). In-negozjati ġew konklużi b'suċċess bl-inizjalar tal-Ftehim fit-23 ta' Settembru 2015. Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/600 (2), il-Ftehim ġie ffirmat fit-3 ta' Lulju 2017.

    (2)

    L-għan tal-Ftehim huwa li jistabbilixxi l-bażi legali għal qafas ta' kooperazzjoni li jimmira li jiżgura l-katina tal-provvista u li jiffaċilita l-kummerċ leġittimu, kif ukoll li jippermetti l-iskambju ta' informazzjoni biex tkun żgurata l-applikazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni doganali u l-prevenzjoni, l-investgazzjoni u l-ġlieda kontra l-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali.

    (3)

    Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

    It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu jagħti, f'isem l-Unjoni, in-notifika prevista fl-Artikolu 21(1) tal-Ftehim (3).

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta' April 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    R. PORODZANOV


    (1)  Kunsens tat-13 ta' Marzu 2018 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/600 tal-10 ta' Ottubru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali (ara l-paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

    (3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppublikata f'Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


    Top