Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0479

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/479 tal-20 ta' Marzu 2018 dwar l-iskema ta' għajnuna nazzjonali fit-tul għall-agrikoltura fir-reġjuni tat-Tramuntana tal-Iżvezja (notifikata bid-dokument C(2018) 1622)

    C/2018/1622

    ĠU L 79, 22.3.2018, p. 55–69 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/479/oj

    22.3.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 79/55


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/479

    tal-20 ta' Marzu 2018

    dwar l-iskema ta' għajnuna nazzjonali fit-tul għall-agrikoltura fir-reġjuni tat-Tramuntana tal-Iżvezja

    (notifikata bid-dokument C(2018) 1622)

    (It-test bl-Iżvediż biss huwa awtentiku)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tal-Awstrija, il-Finlandja u l-Iżvezja, u b'mod partikolari l-Artikolu 142 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Permezz tad-Deċiżjoni 96/228/KE (1), il-Kummissjoni kienet approvat l-iskema ta' għajnuna nazzjonali fit-tul għall-agrikoltura fir-reġjuni tat-Tramuntana tal-Iżvezja (“l-iskema tal-għajnuna Nordika”) kif innotifikat mill-Iżvezja skont l-Artikolu 143 tal-Att tal-Adeżjoni fir-rigward tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 142 tal-Att tal-Adeżjoni. Id-Deċiżjoni 96/228/KE ġiet sostitwita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 6050 (2). Dik id-Deċiżjoni ġiet emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015)6592 (3).

    (2)

    Permezz ta' ittra tas-17 ta' Novembru 2017, l-Iżvezja pproponiet li l-Kummissjoni temenda d-Deċiżjoni C(2010) 6050 sabiex tiġi ssimplifikata l-amministrazzjoni tal-iskema u biex jitqies it-tibdil fil-politika agrikola komuni, kif ukoll l-iżviluppi ekonomiċi fl-agrikoltura fir-reġjuni tat-Tramuntana tal-Iżvezja. Fis-6 ta' Diċembru 2017, l-Iżvezja bagħtet iktar informazzjoni dwar il-proposta lill-Kummissjoni.

    (3)

    Minħabba l-emendi li saru fid-Deċiżjoni C(2010) 6050 u l-għadd ta' emendi preċedenti, jixraq li dik id-Deċiżjoni tiġi sostitwita b'Deċiżjoni ġdida.

    (4)

    L-għajnuna nazzjonali fit-tul imsemmija fl-Artikolu 142 tal-Att tal-Adeżjoni hija maħsuba biex tiżgura li l-attività agrikola tinżamm fir-reġjuni tat-Tramuntana kif determinat mill-Kummissjoni.

    (5)

    Meta jitqiesu l-fatturi msemmija fl-Artikolu 142(1) u (2) tal-Att tal-Adeżjoni, jixraq li jiġu speċifikati l-unitajiet amministrattivi, miġbura skont is-sottoreġjuni, li jinsabu fit-Tramuntana tat-62 parallel jew ħdejn dak il-parallel, u li huma milquta minn kundizzjonijiet klimatiċi komparabbli li jagħmlu l-attività agrikola partikolarment diffiċli. Dawn is-sottoreġjuni għandhom densità tal-popolazzjoni ta' 10 abitanti jew inqas għal kull kilometru kwadru, erja agrikola użata (EAU) meqjusa li jiffurmaw 10 % jew inqas tal-erja tas-superfiċje sħiħa tal-muniċipalità, u parti mill-EAU ta' 20 % jew inqas użata għal għelejjel li jinħartu maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Is-sottoreġjuni mdawra minn oħrajn f'dawn iż-żoni jenħtieġ li jiġu inklużi, anki meta dawn ma jissodisfawx l-istess rekwiżiti.

    (6)

    Sabiex tiġi ffaċilitata l-amministrazzjoni tal-iskema u biex tiġi kkordinata ma' appoġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), jixraq li fiż-żoni li jirċievu l-għajnuna skont din id-Deċiżjoni jiġu inklużi l-istess unitajiet muniċipali bħal dawk li jappartjenu għaż-żona delimitata skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali.

    (7)

    Bl-użu tal-istatistika nazzjonali disponibbli bħala bażi u bil-ħsieb li tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tas-setturi kollha ta' produzzjoni, jenħtieġ li s-sena 1993 tkun il-perjodu referenzjarju li jrid jitqies fir-rigward tal-iżvilupp tal-produzzjoni agrikola u l-livell tal-appoġġ ġenerali.

    (8)

    Skont l-Artikolu 142 tal-Att tal-Adeżjoni, l-ammont totali tal-għajnuna mogħtija jenħtieġ li jkun biżżejjed biex tinżamm attività agrikola fir-reġjuni tat-Tramuntana tal-Iżvezja, iżda l-appoġġ ġenerali ma għandux jaqbeż il-livell tal-appoġġ waqt il-perjodu referenzjarju ta' qabel l-adeżjoni, li jrid jiġi stabbilit. Sabiex jingħata appoġġ skont l-Artikolu 142 tal-Att tal-Adeżjoni f'livell adegwat, filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż tal-produzzjoni attwali mingħajr ma jinqabeż il-livell tal-appoġġ stabbilit waqt il-perjodu referenzjarju ta' qabel l-adeżjoni, jixraq li meta jiġi stabbilit il-livell massimu tal-għajnuna permess skont dak l-Artikolu, jitqies l-iżvilupp fl-indiċi tal-prezzijiet tal-konsumatur mill-1993 sal-2017 fl-Iżvezja.

    (9)

    Għaldaqstant, abbażi tad-dejta tal-2017 u meta jitqiesu l-perjodi tar-rapportar ta' ħames snin stabbiliti fl-Artikolu 143(2) tal-Att tal-Adeżjoni, jenħtieġ li l-ammont massimu ta' għajnuna annwali jiġi stabbilit għal SEK 422,92 miljun, ikkalkulat bħala medja fuq perjodu ta' ħames snin mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2022.

    (10)

    Sabiex tiġi ssimplifikata l-iskema tal-għajnuna Nordika u biex l-Iżvezja jkollha l-flessibilità biex l-għajnuna tingħata lil setturi ta' produzzjoni differenti, jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont massimu ta' għajnuna medja annwali għall-appoġġ totali, inkluż appoġġ massimu separat għall-produzzjoni u t-trasport tal-ħalib tal-baqra bil-ħsieb li tiġi żgurata d-distribuzzjoni bilanċjata tal-appoġġ.

    (11)

    Jenħtieġ li din l-għajnuna tingħata kull sena abbażi tal-fatturi ta' produzzjoni (unitajiet ta' bhejjem u ettari), minbarra l-ħalib tal-baqra li jenħtieġ li jingħata abbażi tal-unitajiet ta' produzzjoni (kilogrammi) fi ħdan il-limiti totali stabbiliti b'din id-Deċiżjoni.

    (12)

    Bil-ħsieb li jiġu permessi reazzjonijiet rapidi għall-volatilità tal-prezzijiet tal-produzzjoni agrikola u li jinżammu l-attivitajiet agrikoli fir-reġjuni tat-Tramuntana tal-Iżvezja, jixraq li għal kull sena kalendarja, l-Iżvezja titħalla tistabbilixxi l-ammont tal-għajnuna għal kull settur fi ħdan kategorija ta' għajnuna u għal kull unità ta' produzzjoni.

    (13)

    Jenħtieġ li l-Iżvezja tiddistingwi l-għajnuna fir-reġjuni tat-Tramuntana tagħha u tistabbilixxi ammonti ta' għajnuna annwali skont is-severità tal-iżvantaġġi naturali u kriterji oġġettivi, trasparenti u ġustifikati oħra marbuta mal-għanijiet stipulati fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 142(3) tal-Att tal-Adeżjoni, li huma ż-żamma tal-produzzjoni primarja u l-iproċessar tradizzjonali adattati b'mod partikolari għall-kundizzjonijiet klimatiċi tar-reġjuni kkonċernati, it-titjib fl-istrutturi għall-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-ipproċessar tal-prodotti agrikoli, li jiġi ffaċilitat id-disponiment ta' dawn il-prodotti, u li jiġi żgurat il-ħarsien tal-ambjent u l-konservazzjoni tal-pajżaġġ.

    (14)

    Jenħtieġ li l-għajnuna titħallas kull sena abbażi tan-numru attwali tal-fatturi ta' produzzjoni eliġibbli. Madankollu, jenħtieġ li l-Iżvezja titħalla tħallas l-għajnuna f'pagamenti kull xahar għall-ħalib tal-baqra, għat-tiġieġ tal-bajd u għall-ħnieżer għall-qatla, kif ukoll għat-trasport tal-ħalib tal-baqra. L-għajnuna għall-ħalib tal-baqra għandha tkun ibbażata fuq il-produzzjoni attwali sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fil-produzzjoni.

    (15)

    Jenħtieġ li jiġi evitat ir-riskju li jingħata kumpens żejjed lill-prodotturi billi jiġu rkuprati pagamenti mhux dovuti mill-iktar fis u sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju tas-sena ta' wara.

    (16)

    Kif previst fl-Artikolu 142(2) tal-Att ta' Adeżjoni, jenħtieġ li l-għajnuna mogħtija skont din id-Deċiżjoni ma twassalx għal żieda fil-produzzjoni ġenerali meta mqabbla mal-livell ta' produzzjoni tradizzjonali fiż-żona koperta mill-iskema tal-għajnuna Nordika.

    (17)

    Għaldaqstant, hemm bżonn li jiġi stabbilit numru massimu annwali ta' fatturi ta' produzzjoni eliġibbli għal kull kategorija ta' għajnuna, u ammont massimu annwali eliġibbli għall-produzzjoni tal-ħalib tal-baqra, fl-istess livell jew inqas minn dak tal-perjodi referenzjarji.

    (18)

    Sabiex jiġu rispettati l-medji ta' ħames snin, meta n-numru ta' fatturi ta' produzzjoni f'kategorija, jew l-ammont ta' produzzjoni tal-ħalib tal-baqra, jaqbeż il-livell massimu f'sena partikolari, jenħtieġ li n-numru ta' fatturi ta' produzzjoni jew l-ammont ta' ħalib tal-baqra eliġibbli jitnaqqas b'numru korrispondenti ta' fatturi ta' produzzjoni fis-sena kalendarja ta' wara s-sena li jinqabeż l-ammont massimu, għajr għall-għajnuna għat-trasport tal-ħalib tal-baqra, għat-tiġieġ tal-bajd u għall-ħnieżer għall-qatla, u għall-ħalib tal-baqra li l-ammont eliġibbli għalihom jista' jitnaqqas b'ammont li jikkorrispondi għall-ammont żejjed fl-aħħar xahar tas-sena li fiha jinqabeż l-ammont massimu.

    (19)

    L-Iżvezja trid tagħti l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-effetti tal-għajnuna lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 143(2) tal-Att tal-Adeżjoni. Sabiex jiġu vvalutati aħjar l-effetti fit-tul tal-għajnuna u bil-ħsieb li jiġu stabbiliti l-livelli tal-għajnuna bħala medji ta' ħames snin, huwa xieraq li jsir rapport fuq l-effetti soċjoekonomiċi tal-għajnuna kull ħames snin u jingħataw rapporti annwali li jkun fihom informazzjoni finanzjarja jew ta' implimentazzjoni oħra meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

    (20)

    Huwa xieraq li jiġu speċifikati r-regoli applikabbli għall-emendi tal-iskema introdotti mill-Kummissjoni jew proposti mill-Iżvezja sabiex jitħarsu l-aspettattivi leġittimi tal-benefiċjarji tal-għajnuna u biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-iskema ħalli jkunu jistgħu jiġu segwiti b'mod effiċjenti l-għanijiet tal-Artikolu 142 tal-Att tal-Adeżjoni.

    (21)

    Jenħtieġ li l-Iżvezja tiżgura li jittieħdu l-miżuri ta' kontroll xierqa fejn jidħlu l-benefiċjarji tal-għajnuna. Sa fejn huwa possibbli, jenħtieġ li dawk il-miżuri ta' kontroll ikunu allinjati ma' dawk imwettqa skont il-politika agrikola komuni, sabiex tiġi żgurata l-effettività ta' dawk il-miżuri u t-trasparenza fl-implimentazzjoni tal-iskema tal-għajnuna Nordika.

    (22)

    Sabiex jintlaħaq l-għan taż-żamma ta' produzzjoni, kif iddikjarat fl-Artikolu 142 tal-Att tal-Adeżjoni, u biex tiġi ffaċilitata l-amministrazzjoni tal-għajnuna, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Jannar 2018.

    (23)

    Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni C(2010) 6050 titħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2018. Huwa xieraq li jiġu previsti miżuri tranżizzjonali fir-rigward tar-rapportar skont l-Artikolu 142 tal-Att tal-Adeżjoni, dwar l-appoġġ imħallas fl-2017 skont id-Deċiżjoni C(2010) 6050,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Għajnuna awtorizzata

    1.   Mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2022, l-Iżvezja hija awtorizzata li timplimenta skema ta' għajnuna fit-tul għall-agrikoltura fir-reġjuni tat-Tramuntana tagħha elenkati fl-Anness I.

    2.   L-ammont totali tal-għajnuna mogħtija ma għandux jaqbeż SEK 422,92 miljun kull sena kalendarja. L-ammonti massimi annwali għandhom jiġu kkunsidrati bħala medji annwali tal-għajnuna mogħtija fil-perjodu ta' ħames snin kalendarji koperti b'din id-Deċiżjoni.

    3.   Il-kategoriji tal-għajnuna u s-setturi ta' produzzjoni għal kull kategorija, l-ammonti medji massimi annwali permessi, kif speċifikat fil-paragrafu 2, inkluż l-ammont massimu separat għall-produzzjoni u t-trasport tal-ħalib tal-baqra, kif ukoll in-numru massimu annwali tal-fatturi ta' produzzjoni eliġibbli għal kull kategorija ta' għajnuna, huma stabbiliti fl-Anness II.

    4.   L-għajnuna għandha tingħata abbażi tal-fatturi ta' produzzjoni jew l-ammonti ta' produzzjoni eliġibbli kif ġej:

    (a)

    kull kilogramma ta' ħalib tal-produzzjoni attwali għall-produzzjoni tal-ħalib tal-baqra;

    (b)

    kull unità ta' bhejjem għat-trobbija tal-annimali;

    (c)

    kull ettaru għall-produzzjoni tal-għelejjel u l-ortikultura, inkluż il-frott artab;

    (d)

    bħala kumpens għall-ispejjeż attwali tat-trasport tal-ħalib tal-baqra, bi tnaqqis ta' kwalunkwe appoġġ pubbliku ieħor għall-istess spejjeż.

    Tista' tingħata għajnuna marbuta biss mal-ammonti ta' produzzjoni lill-produzzjoni tal-ħalib tal-baqra, u l-għajnuna ma għandha qatt tkun marbuta ma' produzzjoni futura.

    Ir-rati tal-konverżjoni f'unitajiet ta' bhejjem għal tipi differenti ta' bhejjem huma stabbiliti fl-Anness II.

    5.   Skont il-paragrafu 3 u fil-limiti stabbiliti fl-Anness II, l-Iżvezja għandha tiddistingwi l-għajnuna fir-reġjuni tat-Tramuntana tagħha u tistabbilixxi ammonti ta' għajnuna annwali għal kull fattur ta' produzzjoni, spiża jew unità ta' produzzjoni abbażi tal-kriterji oġġettivi marbuta mal-iżvantaġġi naturali u fatturi oħra li jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 142(3) tal-Att tal-Adeżjoni.

    Artikolu 2

    Perjodi Referenzjarji

    Il-perjodu referenzjarju msemmi fit-tieni inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 142(3) tal-Att tal-Adeżjoni għandu jkun l-1993 fir-rigward kemm tal-kwantitajiet kif ukoll tal-livell tal-appoġġ stabbiliti fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna

    1.   Fil-limiti previsti f'din id-Deċiżjoni, l-Iżvezja għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna lid-diversi kategoriji ta' benefiċjarji. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jinkludu l-kriterji ta' eliġibbiltà u għażla applikati u jiżguraw it-trattament indaqs tal-benefiċjarji.

    2.   L-għajnuna għandha titħallas lill-benefiċjarji abbażi tal-fatturi ta' produzzjoni attwali jew, fir-rigward tal-produzzjoni tal-ħalib tal-baqra, l-ammont tal-produzzjoni attwali, imsemmija fl-Artikolu 1(4).

    3.   L-għajnuna għandha titħallas kull sena, għajr għall-ħalib tal-baqra, l-għajnuna għat-trasport tal-ħalib tal-baqra, it-tiġieġ tal-bajd u l-ħnieżer għall-qatla li l-għajnuna għalihom tista' titħallas f'pagamenti kull xahar.

    4.   Meta jinqabżu n-numru massimu annwali tal-fatturi ta' produzzjoni jew l-ammonti eliġibbli għall-għajnuna, kif stabbilit fl-Anness II, għandhom jitqiesu bħala tnaqqis korrispondenti fin-numru tal-fatturi ta' produzzjoni fis-sena ta' wara l-qbiż meta l-għajnuna titħallas f'pagamenti annwali jew fl-aħħar tax-xahar meta l-għajnuna titħallas fix-xahar.

    5.   L-Iżvezja għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tevita il-qbiż imsemmi fil-paragrafu 4 meta abbażi tal-projezzjonijiet statistiċi uffiċjali jew verifikati uffiċjalment, dan il-qbiż ikun jidher probabbli.

    6.   Pagament żejjed jew pagament mhux dovut lil benefiċjarju għandu jiġi rkuprat billi jitnaqqsu l-ammonti korrispondenti mill-għajnuna mħallsa lill-benefiċjarju s-sena ta' wara jew jiġi rkuprat mod ieħor f'dik is-sena meta ma tkun dovuta l-ebda għajnuna lill-benefiċjarju. L-ammonti mhux dovuti għandhom jiġu rkuprati sal-1 ta' Ġunju tas-sena ta' wara.

    Artikolu 4

    Miżuri ta' informazzjoni u ta' kontroll

    1.   Bħala parti mill-informazzjoni prevista skont l-Artikolu 143(2) tal-Att tal-Adeżjoni, kull sena qabel l-1 ta' Ġunju, l-Iżvezja għandha tippreżenta lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-għajnuna mogħtija skont din id-Deċiżjoni waqt is-sena kalendarja ta' qabel.

    L-informazzjoni għandha tinkludi b'mod partikolari:

    (a)

    l-identifikazzjoni tal-unitajiet muniċipali li fihom titħallas l-għajnuna permezz ta' mappa dettaljata u fejn meħtieġ permezz ta' dejta oħra;

    (b)

    il-produzzjoni totali, li tkopri s-sena rrapportata, tas-sottoreġjuni eliġibbli għall-għajnuna skont din id-Deċiżjoni, espressa fi kwantitajiet għal kull wieħed mill-prodotti speċifikati fl-Anness II;

    (c)

    in-numru totali tal-fatturi ta' produzzjoni u l-kwantitajiet, in-numru tal-fatturi ta' produzzjoni u l-kwantitajiet eliġibbli għall-għajnuna u n-numru tal-fatturi ta' produzzjoni u l-kwantitajiet appoġġati għal kull settur ta' produzzjoni speċifikat fl-Anness II bi tqassim għal kull prodott f'kull settur, inkluż l-indikazzjoni ta' kwalunkwe qbiż tan-numru massimu annwali permess ta' fatturi ta' produzzjoni u kwantitajiet, kif ukoll id-deskrizzjoni tal-miżuri, jekk ikun hemm, meħuda sabiex jiġi evitat il-qbiż;

    (d)

    l-għajnuna totali mħallsa, l-ammont totali ta' għajnuna għal kull kategorija ta' għajnuna u t-tip ta' produzzjoni, l-ammonti mħallsin lill-benefiċjarji għal kull fattur ta' produzzjoni/unità oħra, kif ukoll il-kriterji biex issir differenza bejn l-ammonti ta' għajnuna għas-sottoreġjuni u t-tipi ta' azjendi agrikoli jew abbażi ta' kunsiderazzjonijiet oħra;

    (e)

    is-sistema ta' pagament applikata bid-dettalji li jikkonċernaw kwalunkwe ħlas bil-quddiem ibbażati fuq stimi, pagamenti finali, kif ukoll pagamenti żejda osservati u l-irkupru tagħhom;

    (f)

    l-ammonti tal-għajnuna mħallsa skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 fl-unitajiet amministrattivi koperti b'din id-Deċiżjoni;

    (g)

    ir-referenzi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali fejn tkun implimentata l-għajnuna.

    2.   Qabel l-1 ta' Ġunju 2023, minbarra r-rapport annwali li jkopri s-sena 2022, l-Iżvezja għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni li jkopri perjodu ta' ħames snin mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2022. Dan ir-rapport għandu jkopri l-appoġġ mogħti skont id-Deċiżjoni C(2010) 6050 matul l-2016 u l-2017.

    Dak ir-rapport għandu jindika b'mod partikolari:

    (a)

    it-total tal-għajnuna mħallsa matul il-perjodu ta' ħames snin u t-tqassim tiegħu fost il-kategoriji tal-għajnuna, it-tipi ta' produzzjoni u s-sottoreġjuni;

    (b)

    għal kull kategorija ta' għajnuna, l-ammonti totali tal-produzzjoni kull sena, u għal perjodu ta' ħames snin, in-numru ta' fatturi ta' produzzjoni u l-livelli tad-dħul tal-bdiewa fir-reġjuni eliġibbli għall-għajnuna;

    (c)

    l-evoluzzjoni tal-produzzjoni agrikola, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni fil-kuntest soċjali u ekonomiku tar-reġjuni tat-Tramuntana;

    (d)

    l-effetti tal-għajnuna fuq il-ħarsien tal-ambjent u l-konservazzjoni tal-pajżaġġ;

    (e)

    il-proposti għall-iżvilupp fuq terminu medju tal-għajnuna bbażati fuq id-dejta ppreżentata fir-rapport.

    3.   L-Iżvezja għandha tipprovdi d-dejta f'forma kompatibbli mal-istandards statistiċi użati mill-Unjoni.

    4.   L-Iżvezja għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tapplika din id-Deċiżjoni u l-miżuri ta' kontroll xierqa fejn jidħlu l-benefiċjarji tal-għajnuna.

    5.   Sa fejn possibbli, il-miżuri ta' kontroll għandhom ikunu armonizzati mas-sistemi ta' kontroll applikati skont l-iskemi ta' appoġġ tal-Unjoni.

    Artikolu 5

    Applikazzjoni ta' kwalunkwe emenda

    1.   Abbażi tal-informazzjoni dwar l-iskema tal-appoġġ imsemmija fl-Artikolu 4, u wara li tikkunsidra l-kuntest nazzjonali u tal-Unjoni tal-produzzjoni agrikola, kif ukoll fatturi rilevanti oħra, fl-2022 l-Iżvezja għandha tagħmel proposti xierqa lill-Kummissjoni biex l-għajnuna awtorizzata skont din id-Deċiżjoni tiġi emendata u estiża għal perjodu ta' ħames snin.

    2.   Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li temenda din id-Deċiżjoni, b'mod partikolari abbażi ta' kwalunkwe bidla fl-organizzazzjonijiet tas-suq komuni jew fl-iskema tal-appoġġ dirett jew bidla fir-rata ta' kwalunkwe għajnuna agrikola tal-Istat nazzjonali awtorizzata, kwalunkwe emenda fl-għajnuna awtorizzata b'din id-Deċiżjoni għandha tapplika biss mis-sena ta' wara dik li tiġi adottata l-emenda.

    Artikolu 6

    Tħassir

    Id-Deċiżjoni C(2010) 6050 titħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2018.

    Madankollu, l-Artikolu 6(1) ta' dik id-Deċiżjoni għandu jkompli japplika għall-għajnuna mogħtija fl-2017 skont dik id-Deċiżjoni.

    Artikolu 7

    Applikazzjoni

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2018.

    Artikolu 8

    Destinatarju

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Iżvezja.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Marzu 2018.

    Għall-Kummissjoni

    Phil HOGAN

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 76, 26.3.1996, p. 29.

    (2)  Commission Decision C(2010) 6050 of 8 September 2010 on a long-term national aid scheme to assist farmers in northern areas of Sweden.

    (3)  Commission Implementing Decision C(2015) 6592 of 1 October 2015 amending Decision C(2010) 6050 on the long-term national aid scheme for agriculture in the northern regions of Sweden.

    (4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487)


    ANNESS I

    SOTTOREĠJUN 1

    Provinċja

    Unità muniċipali

    Parroċċa

    Dalarna

    Älvdalen

    Idre

    Jämtland

    Krokom

    Hotagen

     

    Strömsund

    Frostviken

     

    Åre

    Åre

     

     

    Kall

     

     

    Undersåker

     

    Berg

    Storsjö

     

    Härjedalen

    Linsell

     

     

    Hede

     

     

    Ljusnedal

     

     

    Tännäs

    Västerbotten

    Storuman

    Tärna

     

    Sorsele

    Sorsele

     

    Dorotea

    Risbäck

     

    Vilhelmina

    Vilhelmina

    Norrbotten

    Arvidsjaur

    Arvidsjaur

     

    Arjeplog

    Arjeplog

     

    Jokkmokk

    Jokkmokk

     

     

    Porjus

     

    Pajala

    Muonionalusta

     

     

    Junosuando

     

    Gällivare

    Gällivare

     

     

    Nilivaara

     

     

    Malmberget

     

    Kiruna

    Jukkasjärvi

     

     

    Vittangi

     

     

    Karesuando

    Żona agrikola tas-sottoreġjun 1

    6 700 ha

    SOTTOREĠJUN 2

    Provinċja

    Unità muniċipali

    Distrett

    Dalarna

    Malung

    Lima

     

     

    Transtrand

     

    Älvdalen

    Särna

    Västernorrland

    Örnsköldsvik

    Trehörningsjö

    Jämtland

    Ragunda

    Borgvattnet

     

     

    Stugun

     

    Bräcke

    Bräcke

     

     

    Nyhem

     

     

    Håsjö

     

     

    Sundsjö

     

     

    Revsund

     

     

    Bodsjö

     

    Krokom

    Näskott

     

     

    Aspås

     

     

    Ås

     

     

    Laxsjö

     

     

    Föllinge

     

     

    Offerdal

     

     

    Alsen

     

    Strömsund

    Ström

     

     

    Alanäs

     

     

    Gåxsjö

     

     

    Hammerdal

     

     

    Bodum

     

     

    Tåsjö

     

    Åre

    Mattmar

     

     

    Mörsil

     

     

    Hallen

     

    Berg

    Berg

     

     

    Hackås

     

     

    Oviken

     

     

    Myssjö

     

     

    Åsarne

     

     

    Klövsjö

     

     

    Rätan

     

    Härjedalen

    Sveg

     

     

    Vemdalen

     

     

    Ängersjö

     

     

    Lillhärdal

     

    Östersund

    Östersund

     

     

    Frösö

     

     

    Sunne

     

     

    Näs

     

     

    Lockne

     

     

    Marieby

     

     

    Brunflo

     

     

    Kyrkås

     

     

    Lit

     

     

    Häggenås

    Västerbotten

    Vindeln

    Vindeln

     

     

    Åmsele

     

    Norsjö

    Norsjö

     

    Malå

    Malå

     

    Storuman

    Stensele

     

    Sorsele

    Gargnäs

     

    Dorotea

    Dorotea

     

    Åsele

    Åsele

     

     

    Fredrika

     

    Lycksele

    Lycksele

     

     

    Björksele

     

     

    Örträsk

     

    Skellefteå

    Boliden

     

     

    Fällfors

     

     

    Jörn

     

     

    Kalvträsk

    Norrbotten

    Jokkmokk

    Vuollerim

     

    Övertorneå

    Svanstein

     

    Pajala

    Pajala

     

     

    Korpilombolo

     

     

    Tärendö

     

    Gällivare

    Hakkas

    Żona agrikola tas-sottoreġjun 2

    46 600 ha

    SOTTOREĠJUN 3

    Provinċja

    Unità muniċipali

    Distrett

    Värmland

    Torsby

    Södra Finnskoga

    Dalarna

    Älvdalen

    Älvdalen

    Gävleborg

    Nordanstig

    Hassela

     

    Ljusdal

    Hamra

     

     

    Los

     

     

    Kårböle

    Västernorrland

    Ånge

    Haverö

     

    Timrå

    Ljustorp

     

    Härnösand

    Stigsjö

     

     

    Viksjö

     

    Sundsvall

    Indal

     

     

    Holm

     

     

    Liden

     

    Kramfors

    Nordingrå

     

     

    Vibyggerå

     

     

    Ullånger

     

     

    Torsåker

     

    Sollefteå

    Graninge

     

     

    Junsele

     

     

    Edsele

     

     

    Ramsele

     

    Örnsköldsvik

    Örnsköldsvik

     

     

    Anundsjö

     

     

    Skorped

     

     

    Sidensjö

     

     

    Nätra

     

     

    Själevad

     

     

    Mo

     

     

    Gideå

     

     

    Björna

    Jämtland

    Ragunda

    Ragunda

     

    Bräcke

    Hällesjö

     

    Krokom

    Rödön

     

    Strömsund

    Fjällsjö

     

    Åre

    Marby

     

    Härjedalen

    Älvros

     

     

    Överhogdal

     

     

    Ytterhogdal

     

    Östersund

    Norderö

    Västerbotten

    Nordmaling

    Nordmaling

     

    Bjurholm

    Bjurholm

     

    Robertsfors

    Bygdeå

     

     

    Nysätra

     

    Vännäs

    Vännäs

     

    Umeå

    Umeå Landsförsamling

     

     

    Tavelsjö

     

     

    Sävar

     

    Skellefteå

    Skellefteå Landsförsamling

     

     

    Kågedalen

     

     

    Byske

     

     

    Lövånger

     

     

    Burträsk

    Norrbotten

    Överkalix

    Överkalix

     

    Kalix

    Nederkalix

     

     

    Töre

     

    Övertorneå

    Övertorneå

     

     

    Hietaniemi

     

    Älvsbyn

    Älvsby

     

    Luleå

    Luleå Domkyrkoförsamling

     

     

    Örnäset

     

     

    Nederluleå

     

     

    Råneå

     

    Piteå

    Piteå Stadsförsamling

     

     

    Hortlax

     

     

    Piteå Landsförsamling

     

     

    Norrfjärden

     

    Boden

    Överluleå

     

     

    Gunnarsbyn

     

     

    Edefors

     

     

    Sävast

     

    Haparanda

    Nedertorneå-Haparanda

     

     

    Karl Gustav

    Żona agrikola tas-sottoreġjun 3

    108 650 ha

    SOTTOREĠJUN 4

    Provinċja

    Unità muniċipali

    Distrett

    Värmland

    Torsby

    Lekvattnet

     

     

    Nyskoga

     

     

    Norra Finnskoga

     

     

    Dalby

     

     

    Norra Ny

     

    Filipstad

    Rämmen

     

    Hagfors

    Gustav Adolf

    Dalarna

    Vansbro

    Järna

     

     

    Nås

     

     

    Äppelbo

     

    Malung

    Malung

     

    Rättvik

    Boda

     

     

    Ore

     

    Orsa

    Orsa

     

    Mora

    Våmhus

     

     

    Venjan

     

    Falun

    Bjursås

     

    Ludvika

    Säfsnäs

    Gävleborg

    Ovanåker

    Ovanåker

     

     

    Voxna

     

    Nordanstig

    Ilsbo

     

     

    Harmånger

     

     

    Jättendal

     

     

    Gnarp

     

     

    Bergsjö

     

    Ljusdal

    Ljusdal

     

     

    Färila

     

     

    Ramsjö

     

     

    Järvsö

     

    Bollnäs

    Rengsjö

     

     

    Undersvik

     

     

    Arbrå

     

    Hudiksvall

    Bjuråker

    Västernorrland

    Ånge

    Borgsjö

     

     

    Torp

     

    Timrå

    Timrå

     

     

    Hässjö

     

     

    Tynderö

     

    Härnösand

    Härnösands Domkyrkoförsamling

     

     

    Högsjö

     

     

    Häggdånger

     

     

    Säbrå

     

     

    Hemsö

     

    Sundsvall

    Sundsvalls Gustav Adol

     

     

    Skönsmon

     

     

    Skön

     

     

    Alnö

     

     

    Sättna

     

     

    Selånger

     

     

    Stöde

     

     

    Tuna

     

     

    Attmar

     

     

    Njurunda

     

    Kramfors

    Gudmundrå

     

     

    Nora

     

     

    Skog

     

     

    Bjärtrå

     

     

    Styrnäs

     

     

    Dal

     

     

    Ytterlännäs

     

    Sollefteå

    Sollefteå

     

     

    Multrå

     

     

    Långsele

     

     

    Ed

     

     

    Resele

     

     

    Helgum

     

     

    Ådals-Liden

     

     

    Boteå

     

     

    Överlännäs

     

     

    Sånga

     

    Örnsköldsvik

    Arnäs

     

     

    Grundsunda

    Jämtland

    Ragunda

    Fors

    Västerbotten

    Umeå

    Umeå Stadsförsamling

     

     

    Teg

     

     

    Ålidhem

     

     

    Holmsund

     

     

    Hörnefors

     

     

    Holmön

     

     

    Umeå Maria

     

    Skellefteå

    Skellefteå Sankt Olov

     

     

    Skellefteå Sankt Örjan

     

     

    Bureå

    Żona agrikola tas-sottoreġjun 4

    69 050 ha

    SOTTOREĠJUN 5

    Provinċja

    Unità muniċipali

    Distrett

    Värmland

    Kil

    Boda

     

    Eda

    Eda

     

     

    Järnskog

     

     

    Skillingmark

     

     

    Köla

     

    Torsby

    Fryksände

     

     

    Vitsand

     

     

    Östmark

     

    Grums

    Värmskog

     

    Årjäng

    Silbodal

     

     

    Sillerud

     

     

    Karlanda

     

     

    Holmedal

     

     

    Blomskog

     

     

    Trankil

     

     

    Västra Fågelvik

     

     

    Töcksmark

     

     

    Östervallskog

     

    Sunne

    Gräsmark

     

     

    Lysvik

     

    Filipstad

    Gåsborn

     

    Hagfors

    Hagfors

     

     

    Ekshärad

     

     

    Norra Råda

     

     

    Sunnemo

     

    Arvika

    Arvika Östra

     

     

    Arvika Västra

     

     

    Stavnäs

     

     

    Högerud

     

     

    Glava

     

     

    Bogen

     

     

    Gunnarskog

     

     

    Ny

     

     

    Älgå

     

     

    Mangskog

     

     

    Brunskog

     

    Säffle

    Svanskog

     

     

    Långserud

    Dalarna

    Gagnef

    Mockfjärd

     

     

    Gagnef

     

     

    Floda

     

    Leksand

    Leksand

     

     

    Djura

     

     

    Ål

     

     

    Siljansnäs

     

    Rättvik

    Rättvik

     

    Mora

    Mora

     

     

    Sollerön

     

    Falun

    Svärdsjö

     

     

    Enviken

    Gävleborg

    Ockelbo

    Ockelbo

     

    Ovanåker

    Alfta

     

    Gävle

    Hamrånge

     

    Söderhamn

    Söderhamn

     

     

    Sandarne

     

     

    Skog

     

     

    Ljusne

     

     

    Söderala

     

     

    Bergvik

     

     

    Mo

     

     

    Trönö

     

     

    Norrala

     

    Bollnäs

    Bollnäs

     

     

    Segersta

     

    Bollnäs

    Hanebo

     

    Hudiksvall

    Hudiksvall

     

     

    Idenor

     

     

    Hälsingtuna

     

     

    Rogsta

     

     

    Njutånger

     

     

    Enånger

     

     

    Delsbo

     

     

    Norrbo

     

     

    Forsa

     

     

    Hög

    Żona agrikola tas-sottoreġjun 5

    72 300 ha


    ANNESS II

     

    L-għajnuna medja massima annwali għal perjodu ta' ħames snin mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2022 (f'miljuni SEK)

    In-numru massimu annwali tal-fatturi jew tal-ammonti ta' produzzjoni eliġibbli (1)

    Ħalib tal-baqra u għajnuna għat-trasport tal-ħalib tal-baqra

     

    450 000 000 kg

    Mogħoż, ħnieżer għall-qatla, ħnieżer nisa, tiġieġ tal-bajd

     

    17 000 LU

    Frott artab, ħaxix u patata

     

    3 660 ettaru

    GĦAJNUNA TOTALI

    422,92 (2)

     


    (1)  Rati tal-konverżjoni f'unitajiet ta' bhejjem (LU): Mogħża hija 0,15 LU, ħanzir għall-qatla hu 0,10 LU, ħanżira mara hija 0,33 LU, u tiġieġa tal-bajd hija 0,01 LU.

    (2)  Li minnhom jista' jingħata appoġġ massimu ta' SEK 395,9 miljun għall-kategorija ħalib tal-baqra u għajnuna għat-trasport tal-ħalib tal-baqra.


    Top