Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0167

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/167 tat-2 ta' Frar 2018 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

    ĠU L 31, 3.2.2018, p. 84–85 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/167/oj

    3.2.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 31/84


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/167

    tat-2 ta' Frar 2018

    li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

    (2)

    Fis-26 ta' Jannar 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1970 (2011) ġedded u emenda l-elenkar ta' bastiment soġġetti għal miżuri restrittivi.

    (3)

    Għalhekk jenħtieġ li l-Anness V għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness V għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Frar 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. ZAHARIEVA


    (1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.


    ANNESS

    Fit-taqsima B (Entitajiet) tal-Anness V għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, l-entrata 2 hija sostitwita b'dan li ġej:

    “2.

    Isem: Lynn S

    Magħruf ukoll bħala.: mhux applikabbli Qabel magħruf bħala: mhux applikabbli Indirizz: mhux applikabbli Elenkat fi:2 ta' Awwissu 2017 (emendat fil-31 ta' Ottubru 2017 u s-26 ta' Jannar 2018)

    Informazzjoni addizzjonali

    OMI: 8706349. Elenkat skont il-paragrafi 10(a) u 10(b) tar-Riżoluzzjoni 2146 (2014), kif estiża u mmodifikata bil-paragrafu 2 tar-Riżoluzzjoni 2362 (2017) (projbizzjoni fuq it-tagħbija, it-trasport jew il-ħatt; projbizzjoni li jidħol fil-portijiet). Skont il-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni 2146, din id-deżinjazzjoni ġiet imġedda mill-Kumitat fis-26 ta' Jannar 2018 (l-estensjoni preċedenti valida sad-29 ta' Jannar 2018) u hija valida sat-28 ta' April 2018, sakemm ma tintemmx qabel mill-Kumitat skont il-paragrafu 12 tar-Riżoluzzjoni 2146. Stat tal-Bandiera: Saint Vincent u l-Grenadini. Fis-6 ta' Ottubru 2017, il-bastiment kien jinsab fl-ibħra territorjali tal-Libanu, meta salpa lejn il-punent.”.


    Top