Kies de experimentele functies die u wilt uitproberen

Dit document is overgenomen van EUR-Lex

Document 32018D0086

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/86 tad-19 ta' Jannar 2018 li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fir-Rumanija (notifikata bid-dokument C(2018) 422) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2018/0422

    ĠU L 16, 20.1.2018, blz. 13–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Juridische status van het document Niet meer van kracht, Datum einde geldigheid: 15/03/2018; Imħassar b' 32018D0419

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/86/oj

    20.1.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 16/13


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/86

    tad-19 ta' Jannar 2018

    li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fir-Rumanija

    (notifikata bid-dokument C(2018) 422)

    (It-test bir-Rumen biss huwa awtentiku)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa l-popolazzjonijiet tal-ħnieżer domestiċi u selvaġġi u jista' jkollha impatt serju fuq il-profitti tan-negozji tat-trobbija tal-ħnieżer li jisfratta l-kummerċ fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

    (2)

    F'każ ta' tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista' jinxtered ma' rziezet oħra tal-ħnieżer u mal-ħnieżer selvaġġi. B'hekk, jista' jinxtered minn Stat Membru għall-ieħor u għall-pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ tal-ħnieżer ħajjin jew tal-prodotti tagħhom.

    (3)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (3) tistabbilixxi l-miżuri minimi li jridu jiġu applikati fl-Unjoni għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE jipprevedi t-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fil-każ ta' tifqigħat ta' dik il-marda, fejn għandhom japplikaw il-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 10 u 11 ta' dik id-Direttiva.

    (4)

    Ir-Rumanija infurmat lill-Kummissjoni bis-sitwazzjoni attwali fit-territorju tagħha fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u, b'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE, stabbiliet żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fejn japplikaw il-miżuri msemmija fl-Artikoli 10 u 11 ta' dik id-Direttiva.

    (5)

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/60 (4) ġiet adottata bħala reazzjoni għal dawn il-każijiet.

    (6)

    Sabiex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġu evitati ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jinħtieġ li jiġu deskritti fil-livell tal-Unjoni ż-żoni stabbiliti bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza għad-deni Afrikan tal-ħnieżer fir-Rumanija, b'kollaborazzjoni ma' dak l-Istat Membru.

    (7)

    Għaldaqstant, iż-żoni identifikati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fir-Rumanija jenħtieġ li jiġu stipulati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni u jenħtieġ li jiġi stabbilit it-tul ta' żmien ta' din ir-regjonalizzazzjoni. Din id-Deċiżjoni għandha tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni (UE) 2018/60.

    (8)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Ir-Rumanija għandha tiżgura li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti b'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/60 titħassar.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Marzu 2018.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Jannar 2018.

    Għall-Kummissjoni

    Vytenis ANDRIUKAITIS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

    (2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

    (3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).

    (4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/60 tat-12 ta' Jannar 2018 li tikkonċerna ċerti miżuri interim ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fir-Rumanija (ĠU L 10, 13.1.2018, p. 20).


    ANNESS

    Rumanija

    Żoni kif imsemmija fl-Artikolu 1

    Data sa meta applikabbli

    Żona ta' protezzjoni

    Micula locality, Micula commune

    Micula Noua locality, Micula commune

    31 ta' Marzu 2018

    Żona ta' sorveljanza

    Cidreag locality, Halmeu commune

    Porumbesti locality, Halmeu commune

    Halmeu locality

    Dorobolt locality, Halmeu commune

    Mesteacan locality, Halmeu commune

    Turulung locality, Turulung commune

    Draguseni locality, Turulung commune

    Agris locality, Agris commune

    Ciuperceni locality, Agris commune

    Dumbrava locality, Livada commune

    Vanatoresti locality, Odoreu commune

    Botiz locality, Odoreu commune

    Lazuri locality, Lazuri commune

    Noroieni locality, Lazuri commune

    Peles locality, Lazuri commune

    Pelisor locality, Lazuri commune

    Nisipeni locality, Lazuri commune

    Bercu locality, Lazuri commune

    Bercu Nou locality, Micula commune

    31 ta' Marzu 2018


    Naar boven