This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R2466
Council Regulation (EU) 2017/2466 of 18 December 2017 amending Regulation (EU) No 1388/2013 opening and providing for the management of autonomous tariff quotas of the Union for certain agricultural and industrial products
Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2466 tat-18 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali
Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2466 tat-18 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali
ĠU L 351, 30.12.2017, p. 1–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R2283
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32013R1388 | Tħassir | anness ENDNOTE (*) | 01/01/2018 | |
Modifies | 32013R1388 | Emenda | anness TABL | 01/01/2018 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32017R2466R(01) | (PT) | |||
Implicitly repealed by | 32021R2283 | 01/01/2022 |
30.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 351/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/2466
tat-18 ta' Diċembru 2017
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata il-provvista suffiċjenti u mingħajr interruzzjoni ta' ċerti prodotti li ma jiġux immanifatturati biżżejjed fl-Unjoni u sabiex jiġi evitat tfixkil fis-suq għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali, infetħu kwoti tariffarji awtonomi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 (1). Il-prodotti li ma jaqbżux dawk il-kwoti tariffarji jistgħu jiġu importati fl-Unjoni b'rati ta' dazju mnaqqsa jew żero. |
(2) |
Minħabba dawk ir-raġunijiet, huwa neċessarju li b'effett mill-1 ta' Jannar 2018, jinfetħu kwoti tariffarji b'rati ta' dazju żero għal volum xieraq fir-rigward ta' 12-il prodott ġdid. Fil-każ ta' ħames prodotti addizzjonali, jenħtieġ li jiżdiedu l-volumi tal-kwota, peress li żieda hija fl-interessi tal-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni. |
(3) |
Fil-każ ta' prodott wieħed addizzjonali, jenħtieġ li l-volum tal-kwota jonqos, peress li l-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni żdiedet. |
(4) |
Fil-każ ta' ħames prodotti, jenħtieġ li l-perjodu tal-kwota u l-volum tal-kwota jiġu adattati, peress li kienu nfetħu għal perjodu ta' sitt xhur biss. |
(5) |
Fil-każ ta' prodott ieħor, jenħtieġ li d-deskrizzjoni tiegħu tiġi emendata. |
(6) |
Fil-każ ta' 12-il prodott ieħor, jenħtieġ li l-kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni jingħalqu b'effett mill-1 ta' Jannar 2018, peress li mhux fl-interess tal-Unjoni li dawn il-kwoti jinżammu minn dik id-data 'l quddiem. |
(7) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Sabiex tiġi evitata kwalunkwe interruzzjoni fl-applikazzjoni tal-iskema tal-kwoti u biex ikun hemm konformità mal-linji gwida stabbiliti fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi (2), jenħtieġ li l-bidliet previsti f'dan ir-Regolament fir-rigward tal-kwoti għall-prodotti kkonċernati għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2018. Għaldaqstant jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b'urġenza, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1388/2013 huwa emendat kif ġej:
(1) |
ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2872, 09.2874, 09.2878, 09.2880, 09.2886, 09.2876, 09.2888, 09.2866, 09.2906, 09.2909, 09.2910 u 09.2932 li jidhru fl-Anness I għal dan ir-Regolament jiddaħħlu fit-tabella skont l-ordni tal-kodiċijiet tan- NM indikati fit-tieni kolonna; |
(2) |
fit-tabella, ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2828, 09.2929, 09.2704, 09.2842, 09.2844, 09.2671, 09.2846, 09.2723, 09.2848, 09.2870, 09.2662, 09.2850 u 09.2868 huma sostitwiti bir-ringieli korrispondenti li jidhru fl-Anness II għal dan ir-Regolament; |
(3) |
fit-tabella, ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2703, 09.2691, 09.2692, 09.2680, 09.2977, 09.2693, 09.2712, 09.2714, 09.2666, 09.2687, 09.2689 u 09.2669 jitħassru; |
(4) |
in-nota fit-tmiem (*) li fiha t-test “Miżura ġdida li għadha kif iddaħħlet jew miżura b'kundizzjonijiet emendati.” titħassar. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
K. SIMSON
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 7/2010 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 319).
(2) ĠU C 363, 13.12.2011, p. 6.
ANNESS I
Fit-tabella tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1388/2013, ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu skont l-ordni tal-kodiċijiet NM indikati fit-tieni kolonna ta' dik it-tabella:
Nru tal-Ordni |
Il-kodiċi tan-NM |
TARIC |
Deskrizzjoni |
Il-perjodu tal-kwota |
L-ammont tal-kwota |
Il-kwota tad-dazji (%) |
||||||||
“09.2872 |
ex 2833 29 80 |
40 |
Sulfat taċ-ċesju (CAS RN 10294-54-9) f'forma solida jew bħala soluzzjoni milwiema li fiha piż skont il-piż ta' iżjed minn 48 % ta' sulfat taċ-ċesju iżda mhux iżjed minn 52 % |
1.1.-31.12. |
160 tunnellata |
0 |
||||||||
09.2874 |
ex 2924 29 70 |
87 |
Paracetamol (INN) (CAS RN 103-90-2) |
1.1.-31.12. |
20 000 tunnellata |
0 |
||||||||
09.2878 |
ex 2933 29 90 |
85 |
Enżalutammid INN (CAS RN 915087-33-1) |
1.1.-31.12. |
1 000 kg |
0 |
||||||||
09.2880 |
ex 2933 59 95 |
39 |
Ibrutinib (INN) (CAS RN 936563-96-1) |
1.1.-31.12. |
5 tunnellata |
0 |
||||||||
09.2886 |
ex 2934 99 90 |
51 |
Kanagliflożin (INN) (CAS RN 928672-86-0) |
1.1.-31.12. |
10 tunnellata |
0 |
||||||||
09.2876 |
ex 3811 29 00 |
55 |
Additivi li jikkonsistu fi prodotti tar-reazzjoni ta' difenilammina unoneni ramifikati bi:
użati għall-manifattura taż-żjut lubrifikanti (2) |
1.1.-31.12. |
900 tunnellata |
0 |
||||||||
09.2888 |
ex 3824 99 92 |
89 |
Taħlita ta' ammini terzjarji tal-alkildimetil li fiha, skont il-piż:
|
1.1.-31.12. |
16 000 tunnellata |
0 |
||||||||
09.2866 |
ex 7019 12 00 ex 7019 12 00 |
06 26 |
Stratifils (rovings/fibri) tal-ħġieġ-S:
għall-użu fil-manifattura tal-ajrunawtiċi (2) |
1.1.-31.12. |
1 000 tunnellata |
0 |
||||||||
09.2906 |
ex 7609 00 00 |
20 |
Fittings tal-aluminju f'għamla ta' tubu jew pajp maħsuba biex jiġu mwaħħla mar-radjaturi tal-muturi (2) |
1.1.-31.12. |
3 000 000 biċċa |
0 |
||||||||
09.2909 |
ex 8481 80 85 |
40 |
Valv tal-egżost maħsub biex jintuża fil-manifattura ta' sistemi tal-gass tal-egżost tal-muturi (2) |
1.1.-31.12. |
1 000 000 biċċa |
0 |
||||||||
09.2910 |
ex 8708 99 97 |
75 |
Brekit ta' appoġġ tal-ħadid jew tal-azzar, b'toqob tal-immuntar, bi skorfini ta' twaħħil jew mingħajrhom, maħsuba biex twaħħal il-gerboks mal-karozzerija għall-użu fil-manifattura ta' oġġetti tal-Kapitolu 87 (2) |
1.1.-31.12. |
200 000 biċċa |
0 |
||||||||
09.2932 |
ex 9027 10 90 |
20 |
Sensuri lambda maħsuba biex jiġu inkorporati b'mod permanenti f'sistemi tal-egżost tal-muturi (2) |
1.1.-31.12. |
1 000 000 biċċa |
0” |
(2) Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għal superviżjoni doganali tal-użu finali f'konformità mal-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
ANNESS II
Fit-tabella tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1388/2013, ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2828, 09.2929, 09.2704, 09.2842, 09.2844, 09.2671, 09.2846, 09.2723, 09.2848, 09.2870, 09.2662, 09.2850 u 09.2868 jinbidlu b'dan li ġej:
Nru tal-Ordni |
Il-kodiċi tan-NM |
TARIC |
Deskrizzjoni |
Il-perjodu tal-kwota |
L-ammont tal-kwota |
Il-kwota tad-dazji (%) |
||||||||||
“09.2828 |
2712 20 90 |
|
Xema' bajda (tal-parafina) li fiha anqas minn 0,75 % żejt bil-piż |
1.1.-31.12. |
120 000 tunnellata |
0 |
||||||||||
09.2929 |
2903 22 00 |
|
Trikloroetilen (CAS RN 79-01-6) |
1.1.-31.12. |
15 000 tunnellata |
0 |
||||||||||
09.2704 |
ex 2909 49 80 |
20 |
2,2,2′,2′- tetrakis(idrossimetil)-3,3′- ossidipropan-1-ol (CAS RN 126-58-9) |
1.1.-31.12. |
500 tunnellata |
0 |
||||||||||
09.2842 |
2932 12 00 |
|
2-Furaldeide (furfuraldeide) |
1.1.-31.12. |
10 000 tunnellata |
0 |
||||||||||
09.2844 |
ex 3824 99 92 |
71 |
Taħlitiet li fihom f'piż:
|
1.1.-31.12. |
6 000 tunnellata |
0 |
||||||||||
09.2671 |
ex 3905 99 90 |
81 |
Poli(butiral tal-vinil) (CAS RN 63148-65-2):
|
1.1.-31.12. |
12 500 tunnellata |
0 |
||||||||||
09.2846 |
ex 3907 40 00 |
25 |
Taħlita ta' polimeri ta' polikarbonat u poli(metilmetakrilat) b'kontenut ta' polikarbonat ta' 98,5 % skont il-piż, f'forma ta' gerbub jew bċejjeċ żgħar, bi trażmittanza luminuża ta' mhux anqas minn 88,5 %, imkejla bl-użu ta' kampjun għall-ittestjar ta' ħxuna ta' 4 mm b'tul tal-mewġa ta' λ = 400 nm (skont ISO 13468-2) |
1.1.-31.12. |
2 000 tunnellata |
0 |
||||||||||
09.2723 |
ex 3911 90 19 |
10 |
Poly(oxy-1,4-phenylenesulfonyl-1,4-phenyleneoxy-4,4′-biphenylene) |
1.1.-31.12. |
3 500 tunnellata |
0 |
||||||||||
09.2848 |
ex 5505 10 10 |
10 |
Fdal ta' fibri sintetiċi (li jinkludi fibri li jibqgħu fil-moxt, fdal tal-ħjut u materjal “garnetted”) ta' najlon jew ta' poliammidi oħra (PA6 u PA66) |
1.1.-31.12. |
10 000 tunnellata |
0 |
||||||||||
09.2870 |
ex 7019 40 00 ex 7019 52 00 |
70 30 |
Drapp tal-fibra tal-ħġieġ E:
għall-użu esklussiv fil-manifattura ta' prepregs u laminati miksija bir-ram (2) |
1.1.-31.12.2018 |
6 000 000 m |
0 |
||||||||||
09.2662 |
ex 7410 21 00 |
55 |
Pjanċi:
|
1.1.-31.12. |
80 000 m2 |
0 |
||||||||||
09.2850 |
ex 8414 90 00 |
70 |
Rota tal-kompressur ta' liga tal-aluminju:
għall-użu fil-manifattura ta' magni bil-kombustjoni (2) |
1.1.-31.12. |
5 900 000 biċċa |
0 |
||||||||||
09.2868 |
ex 8714 10 90 |
60 |
Pistuni għal sistemi ta' sospensjoni, b'dijametru ta' mhux aktar minn 55 mm, tal-azzar sinterizzat |
1.1.-31.12. |
2 000 000 biċċa |
0” |
(2) Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għal superviżjoni doganali tal-użu finali f'konformità mal-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).