Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R2420

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2420 tal-21 ta' Diċembru 2017 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu japplika għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa mill-1 sa-7 ta' Diċembru 2017 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 891/2009 fis-settur taz-zokkor u s-sospensjoni tat-tressiq tal-applikazzjoni għal liċenzji bħal dawn

ĠU L 343, 22.12.2017, p. 59–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/2420/oj

22.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/59


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2420

tal-21 ta' Diċembru 2017

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu japplika għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa mill-1 sa-7 ta' Diċembru 2017 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 891/2009 fis-settur taz-zokkor u s-sospensjoni tat-tressiq tal-applikazzjoni għal liċenzji bħal dawn

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 tal-Kummissjoni (2) fetaħ kwoti tarrifarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti fis-settur taz-zokkor.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' importazzjoni mressqa mill-1 sas-7 ta' Diċembru 2017 għas-subperjodu mill-1 sal-31 ta' Diċembru 2017 għan-numru tal-ordni 09.4321 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jixraq li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li jenħtieġ li jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkolat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3). Huwa xieraq li t-tressiq ta' applikazzjonijiet ġodda għal dak in-numru tal-ordni jiġi sospiż sa tmiem il-perjodu tal-kwota.

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati tal-importazzjoni mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 mill-1 sas-7 ta' Diċembru 2017 jenħtieġ jinħarġu skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet ġodda għal liċenzji ta' importazzjoni skont l-ordinijiet bin-numri indikati fl-Anness hija sospiża sa tmiem il-perjodu tal-kwota 2017/2018.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

“Il-konċessjonijiet CXL taz-zokkor”

Il-perjodu tal-kwota 2017/2018

Applikazzjonijiet li tressqu mill-1 sas-7 ta' Diċembru 2017

In-numru tal-ordni

Il-pajjiż

Il-koeffiċjent ta' allokazzjoni

(f'perċentwal)

Applikazzjonijiet ġodda

09.4317

L-Awstralja

 

09.4318

Il-Brażil

 

09.4319

Kuba

 

09.4320

Kull pajjiż terz

 

09.4321

L-Indja

25,000213

Sospiżi

09.4329

Il-Brażil

 

09.4330

Il-Brażil

disponibbli fl-2022/2023 u fl-2023/2024


“Iz-zokkor mill-Balkani”

Il-perjodu tal-kwota 2017/2018

Applikazzjonijiet li tressqu mill-1 sas-7 ta' Diċembru 2017

In-numru tal-ordni

Il-pajjiż

Il-koeffiċjent ta' allokazzjoni

(f'perċentwal)

Applikazzjonijiet ġodda

09.4324

L-Albanija

 

09.4325

Il-Bożnija-Ħerzegovina

 

09.4326

Is-Serbja

 

09.4327

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

 


Top