This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R2365
Commission Delegated Regulation (EU) 2017/2365 of 18 December 2017 amending Directive 2014/24/EU of the European Parliament and of the Council in respect of the application thresholds for the procedures for the award of contracts (Text with EEA relevance. )
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2365 tat-18 ta' Diċembru 2017 li jemenda d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli limitu ta' applikazzjoni għall-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2365 tat-18 ta' Diċembru 2017 li jemenda d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli limitu ta' applikazzjoni għall-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/7689
ĠU L 337, 19.12.2017, pp. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32014L0024 | Sostituzzjoni | artikolu 13 paragrafu 1 punt (a) TEXT | 01/01/2018 | |
| Modifies | 32014L0024 | Sostituzzjoni | artikolu 13 paragrafu 1 punt (b) TEXT | 01/01/2018 | |
| Modifies | 32014L0024 | Sostituzzjoni | artikolu 4 punt (a) Test | 01/01/2018 | |
| Modifies | 32014L0024 | Sostituzzjoni | artikolu 4 punt (b) Test | 01/01/2018 | |
| Modifies | 32014L0024 | Sostituzzjoni | artikolu 4 punt (c) Test | 01/01/2018 |
|
19.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 337/19 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2365
tat-18 ta' Diċembru 2017
li jemenda d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli limitu ta' applikazzjoni għall-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(5) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2014/115/UE (2), il-Kunsill approva l-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (“il-Ftehim”) (3) konkluż fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-Ftehim huwa strument plurilaterali u għandu l-għan li jiftaħ is-swieq tal-akkwist pubbliku b'mod reċiproku fost il-partijiet kontraenti tiegħu. Huwa japplika għal kwalunkwe kuntratt ta' akkwist pubbliku b'valur li jilħaq jew li jaqbeż l-ammonti (“il-livelli limitu”) stipulati fil-Ftehim u espressi bħala drittijiet speċjali ta' prelevament. |
|
(2) |
Wieħed mill-għanijiet tad-Direttiva 2014/24/UE huwa li l-awtoritajiet kontraenti li japplikaw dik id-Direttiva jkunu jistgħu, fl-istess waqt, jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim. Biex jinkiseb dan, jenħtieġ li l-livelli limitu stabbiliti f'dik id-Direttiva għall-kuntratti pubbliċi, li huma koperti wkoll mill-Ftehim, jiġu allinjati sabiex jiġi żgurat li jikkorrispondu mal-ekwivalenti f'euro, imqarrba għall-eqreb elf, tal-livelli limitu stipulati fil-Ftehim. |
|
(3) |
Għal raġunijiet ta' koerenza, huwa xieraq li jiġu allinjati wkoll il-livelli limitu fid-Direttiva 2014/24/UE, li mhumiex koperti mill-Ftehim. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2014/24/UE tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2014/24/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2018.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/115/UE tat-2 ta' Diċembru 2013 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern (ĠU L 68, 7.3.2014, p. 1).