Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1991

    Regolament (UE) 2017/1991 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju u r-Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 293, 10.11.2017, p. 1–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1991/oj

    10.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 293/1


    REGOLAMENT (UE) 2017/1991 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-25 ta’ Ottubru 2017

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju u r-Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolamenti (UE) Nru 345/2013 (4) u (UE) Nru 346/2013 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxu rekwiżiti uniformi u kundizzjonijiet għal maniġers ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv li jixtiequ jużaw id-denominazzjonijiet “EuVECA” jew “EuSEF” fl-Unjoni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti u fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti rispettivament. Ir-Regolamenti (UE) Nru 345/2013 u (UE) Nru 346/2013 għandhom regoli li jirregolaw, b’mod partikolari, l-investimenti kwalifikanti, l-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti u l-investituri eliġibbli. Skont ir-Regolamenti (UE) Nru 345/2013 u (UE) Nru 346/2013, huma biss il-maniġers b’assi ġestiti li b’kollox ma jaqbżux il-livell limitu msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) li jikkwalifikaw għall-użu tad-denominazzjonijiet “EuVECA” u “EuSEF” rispettivament.

    (2)

    Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa tipprovdi strateġija komprensiva biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ finanzjament li qed iżomm lura l-potenzjal tal-Ewropa li tikber u tipprovdi impjiegi għaċ-ċittadini tagħha. Hija timmira li tikseb investiment privat billi tuża finanzjament pubbliku u billi ttejjeb il-qafas ġuridiku għall-ambjent tal-investiment.

    (3)

    Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Settembru 2015 dwar Pjan ta’ Azzjoni għall-Bini ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali hija element importanti tal-Pjan ta’ Investiment. Hija timmira li tnaqqas il-frammentazzjoni fis-swieq finanzjarji u żżid il-provvista ta’ kapital għan-negozji, kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra l-Unjoni, permezz tat-twaqqif ta’ suq kapitali uniku ġenwin. Dik il-komunikazzjoni tispeċifika li r-Regolamenti (UE) Nru 345/2013 u (UE) Nru 346/2013 jeħtieġ li jiġu emendati biex jiġi żgurat li l-oqfsa jistgħu jappoġġaw bl-aħjar mod l-investiment fl-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).

    (4)

    Is-suq għall-fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti u l-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jenħtieġ li jiġu miftuħa sabiex iżidu l-effetti fuq skala, jitnaqqsu l-kostijiet ta’ tranżazzjoni u operazzjonali, itejbu l-kompetizzjoni u jsaħħu l-għażla tal-investitur. L-estensjoni tal-bażi ta’ maniġers prospettivi tikkontribwixxi għall-ftuħ ta’ dak is-suq u tibbenefika impriżi li jfittxu investimenti billi jagħtihom aċċess għal finanzjament minn firxa akbar u aktar varjata ta’ sorsi ta’ investiment ta’ riskji. Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 345/2013 u (UE) Nru 346/2013, għalhekk, jenħtieġ li jiġu estiżi billi jinfetaħ l-użu tad-denominazzjonijiet “EuVECA” u “EuSEF” għal maniġers ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv awtorizzati permezz tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/61/UE.

    (5)

    Sabiex jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-investituri, il-maniġers ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv awtorizzati permezz tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/61/UE jenħtieġ li jibqgħu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva filwaqt li jenħtieġ li jibqgħu jkunu konformi ma’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 345/2013 jew r-Regolament (UE) Nru 346/2013, jiġifieri dawkt rigward investimenti eliġibbli, investituri fil-mira u rekwiżiti tal-informazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti li lilhom id-Direttiva 2011/61/UE tikkonferixxi setgħat superviżorji jenħtieġ li jeżerċitaw ukoll dawk is-setgħat fir-rigward ta’ dawk il-maniġers.

    (6)

    Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkunu konxji ta’ kull użu ġdid tad-denominazzjonijiet “EuVECA” u “EuSEF”, il-maniġers ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv awtorizzati permezz tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/61/UE jenħtieġ li jirreġistraw kull fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti jew fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li huma biħsiebhom jiġġestixxu u jikkummerċjalizzaw. Jenħtieġ li dan jiżgura li tali maniġers iżommu l-mudelli ta’ negozju tagħhom billi jkunu jistgħu jiġġestixxu impriżi ta’ investiment kollettiv stabbiliti fi Stati Membri oħra u jwessgħu ulterjorment il-firxa ta’ prodotti li joffru.

    (7)

    Il-firxa ta’ impriżi eliġibbli li l-fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti jistgħu jinvestu fihom jenħtieġ li tiġi estiża, sabiex tkompli tiżdied il-provvista ta’ kapital għan-negozji. Id-definizzjoni ta’ impriżi ta’ portafoll kwalifikanti jenħtieġ li tinkludi, għalhekk, kumpaniji sa 499 impjegat (mid-caps żgħar) mhux ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew f’faċilità multilaterali tan-negozjar, SMEs elenkati fis-swieq tat-tkabbir tal-SMEs. L-għażliet ta’ investiment ġodda jenħtieġ li jippermettu wkoll entitajiet fil-fażi tat-tkabbir li għandhom aċċess għal sorsi oħra ta’ finanzjament, bħal swieq tat-tkabbir tal-SMEs, jirċievu kapital minn fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti li min-naħa tagħhom jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-swieq tat-tkabbir tal-SMEs. Barra minn hekk, investimenti minn fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti f’impriżi ta’ portafoll kwalifikanti ma jiskwalifikawx awtomatikament lil dawk l-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti milli jkunu eliġibbli għal programmi pubbliċi. Sabiex ikompli jissaħħaħ l-investiment, jenħtieġ li jibqa’ possibbli li tiġi stabbilita struttura ta’ fond ta’ fondi taħt ir-Regolamenti (UE) Nru 345/2013 u (UE) Nru 346/2013.

    (8)

    Sabiex l-użu tad-denominazzjoni ‘EuSEF’ ikun aktar attraenti u sabiex tiżdied aktar il-provvista tal-kapital lejn in-negozji soċjali, il-firxa ta’ impriżi eliġibbli li l-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jistgħu jinvestu fihom jenħtieġ li tiġi estiża billi titwessa’ d-definizzjoni ta’ impatt soċjali pożittiv. Tali estensjoni tissimplifika l-ambjent regolatorju għall-fondi ta’ intraprenditorija soċjali, u tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta’ investituri f’tali fondi billi tindirizza d-diskrepanzi bejn interpretazzjonijiet differenti ta’ dak li jikkostitwixxi impatt soċjali pożittiv f’kuntesti differenti tal-Unjoni.

    (9)

    Il-fondi tal-kapital ta’ riskju kwalifikanti jenħtieġ ukoll li jiġu permessi jipparteċipaw, fuq perijodu itwal ta’ żmien, fis-sellum ta’ finanzjament għal SMEs mhux elenkati, mid-caps żgħar mhux elenkati u SMEs elenkati fis-swieq tat-tkabbir tal-SMEs, biex ikomplu jtejbu l-potenzjal tagħhom li jagħmlu redditi minn kumpaniji b’ħafna tkabbir. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu permessi investimenti ta’ segwitu wara l-ewwel investiment.

    (10)

    Il-proċeduri ta’ reġistrazzjoni jenħtieġ li jkunu sempliċi u kosteffikaċi. Għalhekk, ir-reġistrazzjoni ta’ maniġer skont ir-Regolamenti (UE) Nru 345/2013 u (UE) Nru 346/2013 jenħtieġ li sservi l-iskop tar-reġistrazzjoni msemmi fid-Direttiva 2011/61/UE fir-rigward tal-immaniġġjar tal-fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti jew tal-fondi tal-imprenditorija soċjali kwalifikanti. Id-deċiżjonijiet ta’ reġistrazzjoni u r-rifjuti ta’ reġistrazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 jew ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 jenħtieġ li, meta jkun xieraq, jiġu soġġetti għal rieżami amministrattiv jew ġuridiku f’konformità mal-liġi nazzjonali.

    (11)

    L-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni u li ssir disponibbli lill- Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (‘ESMA’), stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jenħtieġ li tintuża fl-organizzazzjoni u t-twettiq ta’ reviżjonijiet bejn il-pari f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, biss fil-qafas tad-Direttiva 2011/61/UE, u ir-Regolamenti (UE) Nru 345/2013, (UE) Nru 346/2013 u (UE) Nru 1095/2010 inklużi r-regoli dwar il-ġbir ta’ informazzjoni. Jenħtieġ li dan ma jaffettwa bl-ebda mod ir-riżultat tar-rieżamijiet leġislattivi li ġejjin tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u tad-Direttiva 2011/61/UE.

    (12)

    It-tariffi u l-ispejjeż l-oħra l-Istati Membri ospitanti jimponu fuq il-maniġers ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti u fuq maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jikkontribwixxu għal diverġenza regolatorja u jistgħu xi kultant jirrappreżentaw ostakoli sinifikanti għall-attivitajiet transfruntiera. Tali tariffi u spejjeż jimpedixxu l-fluss liberu tal-kapital bejn il-fruntieri tal-Unjoni, u b’hekk jimminaw il-prinċipji tas-suq intern. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi enfasizzat u ċċarat li l-projbizzjoni ta’ impożizzjoni mill-Istat Membru ospitanti ta’ rekwiżiti jew proċeduri amministrattivi fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti u fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti fit-territorju tiegħu tinkludi projbizzjoni ta’ impożizzjoni ta’ tariffi u spejjeż oħra fuq il-maniġers għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ tali fondi, sakemm mhux meħtieġ li titwettaq xi ħidma superviżorja.

    (13)

    Ir-Regolamenti (UE) Nru 345/2013 u (UE) Nru 346/2013 jirrikjedu li l-maniġers ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti u l-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti, li mhumiex awtorizzati skont id-Direttiva 2011/61/UE, dejjem ikollhom biżżejjed fondi proprji. Sabiex jiġi żviluppat rekwiżit ta’ fondi proprji xieraq u proporzjonat għall-maniġers ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti u għall-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti, il-livell ta’ fondi proprji jenħtieġ li jkun konsiderevolment aktar baxx u anqas kumpless mill-ammonti stabbiliti fid-Direttiva 2011/61/UE biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet, in-natura u d-daqs żgħir ta’ dawk il-fondi, u biex jiġi rispettat il-prinċipju tal-proporzjonalità. Sabiex jiġi żgurat fehim konsistenti ta’ dawk ir-rekwiżiti għal dawk il-maniġers fl-Unjoni, l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti minimi ta’ kapital u fondi proprji jenħtieġ li tkun prevista f’dan ir-Regolament. Minħabba r-rwol partikolari li fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti u fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jista’ jkollhom fil-kuntest tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, b’mod partikolari t-trawwim ta’ finanzjament ta’ kapital ta’ riskju u ta’ intraprenditorija soċjali, huwa meħtieġ li jiġu previsti regoli speċifiċi u mmirati ta’ fondi proprji għal maniġers reġistrati li jitbiegħdu mill-qafas ta’ fondi proprji previsti għal maniġers awtorizzati kif stabbilit fid-Direttiva 2011/61/UE.

    (14)

    Jenħtieġ li l-ESMA tkun tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, biex jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni. Dawk l-istandards jenħtieġ li jispeċifikaw l-informazzjoni li tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ maniġers jew fondi skont ir-Regolamenti (UE) Nru 345/2013 u (UE) Nru 346/2013, u l-partijiet ta’ dik l-informazzjoni li jenħtieġ li ssir disponibbli lill-ESMA mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jippermettu lill-ESMA torganizza u twettaq reviżjonijiet bejn il-pari taħt ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    (15)

    Peress li dan ir-Regolament jiftaħ l-użu tad-denominazzjonijiet “EuVECA” u “EuSEF” għal maniġers ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv awtorizzati skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/61/UE, il-bażi ta’ data ċentrali, ġestita mill-ESMA skont ir-Regolamenti (UE) Nru 345/2013 u (UE) Nru 346/2013 jenħtieġ li tinkludi wkoll informazzjoni rigward il-fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti u fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li huma mmaniġġjati u kkummerċjalizzati minn dawk il-maniġers.

    (16)

    Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil potenzjali tas-suq huwa meħtieġ li l-maniġers eżistenti ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti eżistenti u ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti eżistenti, jiġu pprovduti, matul it-termini ta’ dawk il-fondi b’deroga mir-regoli dwar fondi proprji skont dan ir-Regolament. Tali maniġers jenħtieġ li madankollu jiżguraw li huma jkunu kapaċi jiġġustifikaw, fi kwalunkwe ħin, is-suffiċjenza tal-fondi tagħhom stess biex iżommu kontinwità operazzjonali.

    (17)

    Fil-kuntest tar-rieżami li jmiss tar-Regolamenti (UE) Nru 345/2013 u (UE) Nru 346/2013, il-Kummissjoni jenħtieġ li tinvestiga jekk ikunx ta’ benefiċċju li tinħoloq opzjoni volontarja addizzjonali għall-investituri fil-livell tal-konsumatur permezz tal-użu ta’ fond ta’ alimentazzjoni skont ir-Regolamenti (UE) Nru 345/2013 u (UE) Nru 346/2013 għal dawk il-fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti u l-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li jixtiequ jkabbru l-bażi tal-investituri tagħhom. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tinvestiga wkoll jekk it-tnaqqis tal-livell ta’ investiment minimu relattivament għoli jistax ikun ta’ benefiċċju, speċjalment peress li jista’ jitqies bħala ostakolu potenzjali għal aktar investiment f’tali fondi. Jenħtieġ li tinvestiga wkoll jekk ikunx xieraq li l-użu tad-denominazzjoni “EuSEF” tiġi estiża għal ċerti entitajiet tal-finanzjament kollettiv u tal-mikrofinanzjament b’impatt soċjali għoli. Għalkemm il-kapital ta’ riskju jibqa’ forma ferm riskjuża ta’ investiment, jenħtieġ li jitfakkar li forom ta’ investiment mhux regolati b’riskju simili qed ikunu disponibbli b’mod aktar frekwenti għall-konsumaturi. Tali forom ta’ investiment, bħall-finanzjament kollettiv, huma attwalment mhux regolati fil-livell tal-Unjoni filwaqt li l-użu tad-denominazzjonijiet “EuVECA” u “EuSEF” huwa regolat u ssorveljat.

    (18)

    Il-ħidma tal-Kummissjoni dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali identifikat id-definizzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni u d-diskrepanzi fl-interpretazzjoni ta’ dik id-definizzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bħala ostakoli sinifikanti għall-investimenti transfruntiera. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel rieżami tal-adegwatezza ta’ dik id-definizzjoni.

    (19)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tanalizza jekk l-introduzzjoni ta’ passaport maniġerjali għal maniġers ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti u fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti hijiex xierqa u jekk id-definizzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni għal kapital ta’ riskju hijiex adatta. Wara dik l-analiżi, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposta leġislattiva.

    (20)

    Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jkompli jissaħħaħ is-suq intern għal fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti u fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti billi jissaħħaħ l-użu tad-denominazzjonijiet “EuVECA” u “EuSEF”, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti tiegħu, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

    (21)

    Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat lill-fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti. Tali fondi jistgħu jservu bħala vetturi għall-għajnuna mill-Istat biex jippromwovu l-investimenti ta’ kapital ta’ riskju f’SMEs permezz, pereżempju, ta’ trattament aktar favorevoli ta’ investituri privati milli tal-istat, dment li tali għajnuna tkun kompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u b’mod partikolari mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (8).

    (22)

    Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) Nru 345/2013 u (UE) Nru 346/2013 jiġu emendati skont dan,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   L-Artikoli 3 sa 6, l-Artikolu 12, il-punti (c) u (i) tal-Artikolu 13(1), l-Artikoli 14a sa 19, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 20(3), u l-Artikoli 21 u 21a ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal maniġers ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv awtorizzati permezz tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/61/UE li jimmaniġġjaw portafolli ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti u bi ħsiebhom jużaw id-denominazzjoni “EuVECA” fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawk il-fondi fl-Unjoni.”

    (2)

    Fl-Artikolu 3, l-ewwel paragrafu huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-punt (d), il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(i)

    fi żmien l-ewwel investiment mill-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti f’dik l-impriża jikkonforma ma’ waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    l-impriża mhijiex ammessa għan-negozjar f’suq regolat jew f’faċilità multilaterali tan-negozjar, kif definit fil-punti (21) u (22) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), u timpjega sa 499 persuna;

    l-impriża hija intrapriża żgħira u ta’ daqs medju, kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, li hija elenkata f’suq tat-tkabbir tal-SMEs kif definit fil-punt (12) tal-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva.

    (*1)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).”"

    (b)

    il-punt (k) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(k)

    ‘Stat Membru tad-domiċilju’ tfisser l-Istat Membru li fih il-maniġer ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu;”

    (c)

    il-punt (m) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(m)

    ‘awtorità kompetenti’ tfisser:

    (i)

    għal maniġers kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2011/61/UE;

    (ii)

    għal maniġers kif imsemmi fl-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;

    (iii)

    għal fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti jkun stabbilit;”

    (d)

    jiżdied il-punt li ġej:

    “(n)

    ‘awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti’ tfisser l-awtorità ta’ Stat Membru għajr dik tal-Istat Membru tad-domiċilju fejn il-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti huwa kummerċjalizzat.”

    (3)

    Fl-Artikolu 7, il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(f)

    jittrattaw lill-investituri b’mod ekwu. Dan ma għandux jipprekludi trattament aktar favorevoli ta’ investituri privati milli ta’ investitur tal-istat, dment li tali trattament ikun kompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, b’mod partikolari l-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (*2), u jkun divulgat fir-regoli tal-fond jew strumenti ta’ inkorporazzjoni;

    (*2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).”"

    (4)

    L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   Kemm il-fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti mmaniġġjati internament kif ukoll il-maniġers esterni ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti għandu jkollhom kapital tal-bidu ta’ EUR 50 000.”

    (b)

    jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    “3.   Il-fondi proprji għandhom f’kull żmien jammontaw għal mill-inqas wieħed minn tmienja tal-ispejjeż ġenerali fissi li l-istess maniġer ikun ġarrab fis-sena preċedenti. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tista’ taġġusta dak ir-rekwiżit fil-każ ta’ modifika materjali li tkun seħħet fin-negozju tal-maniġer mis-sena preċedenti. Meta l-maniġer ta’ fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti ma jkunx wettaq sena ta’ negozju, ir-rekwiżit għandu jammonta għal wieħed minn tmienja tal-ispejjeż ġenerali fissi mistennija fil-pjan tan-negozju tiegħu, sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ma tkunx tirrikjedi aġġustament għal dak il-pjan.

    4.   Meta l-valur tal-fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti mmaniġġjati mill-maniġer jaqbeż il-EUR 250 000 000, il-maniġer għandu jipprovdi ammont addizzjonali ta’ fondi proprji. Dak l-ammont addizzjonali għandu jkun ugwali għal 0,02 % tal-ammont li bih il-valur totali tal-fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti jaqbeż EUR 250 000 000.

    5.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tista’ tawtorizza lill-maniġer ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti biex ma jipprovdix sa 50 % tal-ammont addizzjonali ta’ fondi proprji msemmijin fil-paragrafu 4 jekk dak il-maniġer jibbenefika minn garanzija għall-istess ammont mogħtija minn istituzzjoni tal-kreditu jew minn impriża tal-assigurazzjoni li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru, jew f’pajjiż terz fejn tkun soġġetta għal regoli prudenzjali li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tikkunsidra bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni.

    6.   Il-fondi proprji għandhom jiġu investiti f’assi likwidi jew f’assi li jkunu faċilment konvertibbli f’kontanti fi żmien qasir u ma għandhomx jinkludu pożizzjonijiet spekulattivi.”

    (5)

    Fl-Artikolu 12, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “4.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tagħmel disponibbli l-informazzjoni kollha miġbura skont dan l-Artikolu lill-awtorità kompetenti ta’ kull fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti kkonċernat, lill-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru ospitanti kkonċernat u lill-ESMA fi żmien opportun permezz tal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 22.”

    (6)

    Fl-Artikolu 13(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(b)

    l-ammont ta’ fondi proprji disponibbli għal dak il-maniġer biex iżomm ir-riżorsi umani u tekniċi adegwati meħtieġa għall-ġestjoni xierqa tal-fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti;”

    (7)

    L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, il-punt (e) huwa mħassar;

    (b)

    fil-paragrafu 2, il-punt (d) huwa mħassar;

    (c)

    jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    “4.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tinforma lill-maniġer kif imsemmi fil-paragrafu 1 jekk ġiex irreġistrat bħala maniġer ta’ fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti mhux aktar tard minn xahrejn wara li jkun ipprovda l-informazzjoni kollha msemmija f’dak il-paragrafu.

    5.   Reġistrazzjoni skont dan l-Artikolu għandha tikkostitwixxi reġistrazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2011/61/UE fir-rigward tal-ġestjoni ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti.

    6.   Maniġer ta’ fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti msemmi f’dan l-Artikolu għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju dwar kwalunkwe bidla materjali għall-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni inizjali f’konformità ma’ dan l-Artikolu qabel ma dawn il-bidliet jiġu implimentati.

    Jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiddeċiedi li timponi restrizzjonijiet jew tirrifjuta l-bidliet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, hi għandha tinforma lill-maniġer tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti fi żmien xahar minn meta tasal in-notifika ta’ dawk il-bidliet. L-awtorità kompetenti tista’ testendi dak il-perijodu sa massimu ta’ xahar, jekk tqis li dan huwa neċessarju minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, wara li tkun innotifikat lill-maniġer tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti. Il-bidliet jistgħu jiġu implimentati jekk l-awtorità kompetenti rilevanti ma topponix il-bidliet fi żmien il-perijodu ta’ valutazzjoni rilevanti.

    7.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ulterjorment l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 1 u biex tispeċifika ulterjorment il-kundizzjonijiet kif stabbilit fil-paragrafu 2.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    8.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi fuq forom, mudelli u proċeduri standard għall-għoti ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    9.   L-ESMA għandha torganizza u twettaq reviżjonijiet bejn il-pari f’konformità mal-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-proċessi ta’ reġistrazzjoni mwettqa minn awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament.”

    (8)

    Jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

    “Artikolu 14a

    1.   Maniġers ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv awtorizzati permezz tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/61/UE għandhom japplikaw għal reġistrazzjoni tal-fondi ta’ kapital ta’ riskju li għalihom bi ħsiebhom jużaw id-denominazzjoni ‘EuVECA’.

    2.   L-applikazzjoni tar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir lill-awtorità kompetenti tal-fond ta’ kapital ta’ riskju u għandha tinkludi dan li ġej:

    (a)

    ir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti;

    (b)

    l-informazzjoni dwar l-identità tad-depożitarju;

    (c)

    l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1);

    (d)

    lista ta’ Stati Membri li fihom il-maniġers imsemmija fil-paragrafu 1 stabbilixxew, jew għandhom biħsiebhom jistabbilixxu, fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti.

    Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-informazzjoni dwar l-arranġamenti magħmula għall-konformità mar-rekwiżiti tal-Kapitolu II għandhom jirreferu għall-arranġamenti li saru biex ikun hemm konformità mal-Artikoli 5 u 6 u l-punti (c) u (i) tal-Artikolu 13(1).

    3.   Meta l-awtorità kompetenti ta’ fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jkunu differenti, l-awtorità kompetenti tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti għandha titlob lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jekk il-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-maniġer li jiġġestixxi l-AIFs u jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 14(2) humiex issodisfati.

    L-awtorità kompetenti tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti tista’ titlob ukoll lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju kjarifika u informazzjoni rigward id-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

    L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tipprovdi tweġiba fi żmien xahar mid-data li fiha hija tkun irċeviet it-talba mressqa mill-awtorità kompetenti tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti.

    4.   Il-maniġers kif imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu rikjesti jipprovdu informazzjoni jew dokumenti li jkunu diġà pprovdew skont id-Direttiva 2011/61/UE.

    5.   Wara li tkun ivvalutat id-dokumentazzjoni li tirċievi f’konformità mal-paragrafu 2, u wara li tkun irċeviet kwalunkwe kjarifika u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti rilevanti tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti għandha tirreġistra fond bħala fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti jekk il-maniġer ta’ dak il-fond jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(2).

    6.   L-awtorità kompetenti tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti għandha tinforma lill-maniġer kif imsemmi fil-paragrafu 1 jekk dak il-fond ġiex irreġistrat bħala fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti mhux aktar tard minn xahrejn wara li dak il-maniġer ikun pprovda d-dokumentazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 2.

    7.   Ir-reġistrazzjoni skont dan l-Artikolu għandha tkun valida fit-territorju kollu tal-Unjoni u għandha tippermetti l-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawk il-fondi fl-Unjoni kollha taħt id-denominazzjoni ‘EuVECA’.

    8.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji tekniċi sabiex tispeċifika ulterjorment l-informazzjoni li għandha tiġi tingħata lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-paragrafu 2.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    9.   Bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fuq forom, mudelli u proċeduri standard għall-għoti ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 2.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    10.   L-ESMA għandha torganizza u twettaq reviżjonijiet bejn il-pari skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 sabiex tissaħħaħ il-konsistenza tal-proċessi ta’ reġistrazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament.

    Artikolu 14b

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull rifjut li jiġi rreġistrat maniġer kif imsemmi fl-Artikolu 14 jew fond kif imsemmi fl-Artikolu 14a għandu jiġi ssostanzjat, għandu jiġi nnotifikat lill-maniġers imsemmija f’dawk l-Artikoli u għandu jkun soġġett għal dritt ta’ appell quddiem awtorità ġudizzjarja u amministrattiva nazzjonali jew xi awtorità oħra. Dak id-dritt ta’ appell għandu japplika wkoll fir-rigward ta’ reġistrazzjoni meta ma tkun ittieħdet ebda deċiżjoni dwar reġistrazzjoni fi żmien xahrejn minn meta l-maniġer ikun ipprovda l-informazzjoni kollha meħtieġa. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li maniġer jeżawrixxi kull rimedju amministrattiv preliminari previst fid-dritt nazzjonali qabel ma jeżerċita dak id-dritt ta’ appell.”

    (9)

    Fl-Artikolu 16, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti u lill-ESMA immedjatament dwar kwalunkwe reġistrazzjoni jew tneħħija mir-reġistru ta’ maniġer ta’ fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti, ta’ kwalunkwe żieda jew tneħħija mir-reġistru ta’ fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti u ta’ kwalunkwe żieda jew tneħħija mil-lista ta’ Stati Membri li fihom il-maniġer tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti bi ħsiebu jikkummerċjalizza dawk il-fondi.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti ta’ fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti li ġiet irreġistrata f’konformità mal-Artikolu 14a għandha immedjatament tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti, u lill-ESMA, dwar kwalunkwe żieda jew tneħħija mir-reġistru ta’ fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti jew ta’ kwalunkwe żieda jew tneħħija mil-lista ta’ Stati Membri li fihom il-maniġer ta’ dak il-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti għandu l-ħsieb li jikkummerċjalizza dak il-fond.

    2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti ma għandhomx jimponu fuq il-maniġers ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti xi rekwiżiti jew proċeduri amministrattivi fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni tal-fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti tagħhom, u lanqas ma għandhom jirrikjedu xi approvazzjoni ta’ dik il-kummerċjalizzazzjoni qabel il-bidu tagħha. Tali rekwiżiti jew proċeduri amministrattivi jinkludu drittijiet u imposti oħrajn.”

    (10)

    Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

    “Artikolu 16a

    1.   Bl-għan li torganizza u twettaq reviżjonijiet bejn il-pari f’konformità mal-Artikolu 14(9) u l-Artikolu 14a(10), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jew, jekk differenti, l-awtorità kompetenti tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti, għandha tiżgura li l-aħħar informazzjoni li abbażi tagħha tkun ingħatat ir-reġistrazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 14(1) u (2) u l-Artikolu 14a(2) issir disponibbli lill-ESMA fi żmien xieraq wara r-reġistrazzjoni. Tali informazzjoni għandha ssir disponibbli permezz tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22.

    2.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji tekniċi sabiex tispeċifika ulterjorment l-informazzjoni li għandha ssir disponibbli għall-ESMA skont il-paragrafu 1.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    3.   Sabiex tiżgura applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fuq forom, mudelli u proċeduri standard għall-għoti ta’ informazzjoni li għandha ssir disponibbli għall-ESMA f’konformità mal-paragrafu 1.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

    (11)

    L-Artikolu 17 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 17

    (1)   L-ESMA għandha żżomm aġġornata bażi ta’ data ċentrali li hija pubblikament aċċessibbli fuq l-internet u li telenka l-maniġers kollha ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti kollha li jużaw d-denominazzjoni ‘EuVECA’ u l-fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti li jużaw dik id-denominazzjoni, kif ukoll il-pajjiżi li fihom dawk il-fondi jkunu kkummerċjalizzati.

    (2)   Fuq is-sit web tagħha, l-ESMA għandha tipprovdi links elettroniċi għall-informazzjoni rilevanti rigward pajjiżi terzi li jissodisfaw ir-rekwiżit applikabbli skont il-punt (d)(iv) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3.”

    (12)

    Fl-Artikolu 18, jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

    “1a.   Għall-maniġers kif imsemmija fl-Artikolu 2(2), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tkun responsabbli mis-superviżjoni tal-konformità u tal-adegwatezza tal-arranġamenti u l-organizzazzjoni tal-maniġer sabiex dak il-maniġer ikun f’pożizzjoni li jikkonforma mal-obbligi u r-regoli li huma relatati mal-kostituzzjoni u l-funzjonament tal-fondi kollha ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti li jimmaniġġja.

    1b.   Għal fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti ġestit minn maniġer kif imsemmi fl-Artikolu 2(2), l-awtorità kompetenti tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti għandha tkun responsabbli mis-superviżjoni tal-konformità tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti mar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6 u fil-punti (c) u (i) tal-Artikolu 13(1). L-awtorità kompetenti tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti għandha tkun responsabbli wkoll mis-superviżjoni tal-konformità ta’ dak il-fond mal-obbligi stabbiliti fir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-fond.”

    (13)

    fl-Artikolu 19, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “L-ESMA għandha torganizza u twettaq reviżjonijiet bejn il-pari f’konformità mal-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 sabiex issaħħaħ il-konsistenza tal-proċessi fir-rigward tas-setgħat superviżorji u investigattivi mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament.”

    (14)

    L-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 2, “16 ta’ Mejju 2015” hija sostitwita mit-“2 ta’ Marzu 2020”;

    (b)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “3.   Il-maniġers kif imsemmija fl-Artikolu 2(1) għandhom jikkonformaw f’kull ħin ma’ dan ir-Regolament u għandhom ikunu responsabbli wkoll għal kwalunkwe ksur ta’ dan ir-Regolament, inkluż għal kwalunkwe telf jew ħsara li jirriżultaw minnu.

    Il-maniġers kif imsemmija fl-Artikolu 2(2) għandhom ikunu konformi f’kull ħin mad-Direttiva 2011/61/UE. Huma għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament u għandhom ikunu responsabbli f’konformità mad-Direttiva 2011/61/UE. Dawk il-maniġers għandhom ikunu responsabbli wkoll għal kwalunkwe telf jew ħsara li jirriżultaw mill-ksur ta’ dan ir-Regolament.”

    (15)

    L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-parti introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

    “1.   Filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tal-proporzjonalità, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri xierqa msemmija fil-paragrafu 2, kif applikabbli, fejn il-maniġer ta’ fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti:”

    (ii)

    il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(c)

    juża d-denominazzjoni ‘EuVECA’ iżda mhuwiex reġistrat f’konformità mal-Artikolu 14, jew il-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti ma jkunx reġistrat f’konformità mal-Artikolu 14a;”

    (iii)

    il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(e)

    akkwista reġistrazzjoni permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew b’xi mod irregolari ieħor bi ksur tal-Artikolu 14 jew l-Artikolu 14a;”

    (b)

    il-paragrafi 2, 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “2.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha, kif xieraq:

    (a)

    tieħu l-miżuri li jiżguraw li l-maniġer ta’ fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti jikkonforma mal-Artikoli 5 u 6, mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 7 u mal-Artikoli 12 sa 14a, kif applikabbli;

    (b)

    tipprojbixxi lill-maniġer tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti kkonċernat milli juża d-denominazzjoni ‘EuVECA’ u tneħħi lil dak il-maniġer, jew il-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti kkonċernat, mir-reġistru.

    3.   L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafi 1 għandha tinforma lil kwalunkwe awtorità kompetenti oħra, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru ospitanti f’konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 14(1), u l-ESMA, mingħajr dewmien dwar it-tneħħija ta’ maniġer ta’ fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti mir-reġistru.

    4.   Id-dritt li jkun ikkummerċjalizzat fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti wieħed jew aktar taħt id-denominazzjoni ‘EuVECA’ fl-Unjoni għandu jiskadi b’effett immedjat mid-data tad-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2.”;

    (c)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “5.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jew tal-Istat Membru ospitanti, kif applikabbli, għandhom jinfurmaw lill-ESMA mingħajr dewmien jekk ikollhom raġunijiet ċari u dimostrabbli biex jemmnu li l-maniġer ta’ fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti jkun wettaq xi ksur imsemmi fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 21(1).

    L-ESMA tista’, filwaqt li tirrispetta l-prinċipju ta’ proporzjonalità, toħroġ rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati biex jieħdu kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jew biex iżommu lura milli jieħdu tali miżuri.”

    (16)

    Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

    “Artikolu 21a

    Is-setgħat ikkonferiti lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mad-Direttiva 2011/61/UE, fosthom dawk relatati mal-penali, għandhom ukoll jiġu eżerċitati fir-rigward tal-maniġers imsemmija fl-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament.”

    (17)

    L-Artikolu 26 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-punt (a) tal-paragrafu 2, “22 ta’ Lulju 2017” hija sostitwita mit-“2 ta’ Marzu 2022”;

    (b)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “4.   B’mod parallel mar-rieżami skont l-Artikolu 69 tad- Direttiva 2011/61/UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-maniġers reġistrati skont il-punt (b) tal-Artikolu 3(2) ta’ dik id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tanalizza:

    (a)

    il-ġestjoni ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti u l-adegwatezza tal-introduzzjoni ta’ bidliet fil-qafas ġuridiku, inkluża l-għażla ta’ passaport maniġerjali; u

    (b)

    jekk id-definizzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti hijiex adatta kif ukoll l-impatt li dik id-definizzjoni u l-interpretazzjonijiet nazzjonali differenti tagħha għandhom fuq l-operazzjoni u l-vijabbiltà tal-fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti u fuq id-distribuzzjoni transfruntiera ta’ dawn il-fondi.

    Wara dak ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposta leġislattiva.”

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   L-Artikoli 3 sa 6, l-Artikoli 10 u 13, il-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 14(1), l-Artikoli 15a sa 20, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) u l-Artikoli 22 u 22a ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal maniġers ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv awtorizzati permezz tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/61/UE li jiġġestixxu portafolli ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u biħsiebhom jużaw id-denominazzjoni ‘EuSEF’ fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawk il-fondi fl-Unjoni.”

    (2)

    Fl-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-punt (d), il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(ii)

    tkun kisbet impatti soċjali pożittivi kalkolabbli bħala l-objettiv primarju tagħha skont l-artikoli ta’ stabbiliment, l-istatuti tagħha jew kwalunkwe regola jew strument ta’ inkorporazzjoni oħra li jistabbilixxu n-negozju, fejn l-impriża:

    tipprovdi servizzi jew oġġetti li jiġġeneraw rendiment soċjali;

    timpjega metodu ta’ produzzjoni ta’ oġġetti jew servizzi li jinkludu l-objettivi soċjali tagħha; jew

    tipprovdi appoġġ finanzjarju esklużivament għal impriżi soċjali kif definit fl-ewwel żewġ inċiżi;”

    (b)

    il-punt (k) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(k)

    ‘Stat Membru tad-domiċilju’ tfisser l-Istat Membru li fih il-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jkollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu;”

    (c)

    il-punt (m) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(m)

    ‘awtorità kompetenti’ tfisser:

    (i)

    għall-maniġers kif imsemmija fl-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2011/61/UE;

    (ii)

    għall-maniġers kif imsemmija fl-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;

    (iii)

    għall-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti hu stabbilit;”

    (d)

    jiżdied il-punt li ġej:

    “(n)

    ‘awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti’ tfisser l-awtorità ta’ Stat Membru, li mhuwiex l-Istat Membru tad-domiċilju, li fih il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jiġi kkummerċjalizzat.”

    (3)

    L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   Kemm il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti mmaniġġjati internament kif ukoll il-maniġers esterni ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandu jkollhom kapital tal-bidu ta’ EUR 50 000.”;

    (b)

    jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    “3.   Il-fondi proprji għandhom f’kull żmien jammontaw għal mill-inqas wieħed minn tmienja tal-ispejjeż ġenerali fissi li l-istess maniġer ikun ġarrab fis-sena preċedenti. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tista’ taġġusta dak ir-rekwiżit fil-każ ta’ bidla materjali fin-negozju tal-maniġer mis-sena preċedenti ‘l hawn. Meta l-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti ma jkunx wettaq negozju ta’ sena, ir-rekwiżit għandu jammonta għal wieħed minn tmienja tal-ispejjeż ġenerali fissi mistennija fil-pjan tan-negozju tiegħu, sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ma tkunx tirrikjedi aġġustament għal dak il-pjan.

    4.   Meta l-valur tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti mmaniġġjat mill-maniġer jaqbeż il-EUR 250 000 000, il-maniġer għandu jipprovdi ammont addizzjonali ta’ fondi proprji. Dak l-ammont addizzjonali għandu jkun ugwali għal 0,02 % tal-ammont li bih il-valur totali tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jaqbeż EUR 250 000 000.

    5.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tista’ tawtorizza lill-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti biex ma jipprovdix sa 50 % tal-ammont addizzjonali ta’ fondi proprji msemmijin fil-paragrafu 4 jekk dak il-maniġer jibbenefika minn garanzija għall-istess ammont mogħtija minn istituzzjoni tal-kreditu jew minn impriża tal-assigurazzjoni li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru, jew f’pajjiż terz fejn tkun soġġetta għal regoli prudenzjali li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tikkunsidra bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni.

    6.   Il-fondi proprji għandhom jiġu investiti f’assi likwidi jew f’assi li jkunu faċilment konvertibbli f’kontanti fi żmien qasir u ma għandhomx jinkludu pożizzjonijiet spekulattivi.”

    (4)

    Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(e)

    informazzjoni dwar in-natura, il-valur u l-għan tal-investimenti għajr investimenti kwalifikanti msemmija fl-Artikolu 5(1);”

    (ii)

    jiżdied il-punt li ġej:

    “(f)

    deskrizzjoni ta’ kif ir-riskji marbutin mal-ambjent u t-tibdil fil-klima jiġu kkunsidrati fl-approċċ ta’ investiment tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti.”

    (b)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “5.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tagħmel disponibbli l-informazzjoni kollha miġbura skont dan l-Artikolu lill-awtorità kompetenti ta’ kull fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti kkonċernat, lill-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru ospitanti kkonċernat u lill-ESMA fi żmien xieraq permezz tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 23.”

    (5)

    Fl-Artikolu 14(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(b)

    l-ammont ta’ fondi proprji disponibbli għal dak il-maniġer biex iżomm ir-riżorsi umani u tekniċi meħtieġa għall-ġestjoni xierqa tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti;”

    (6)

    L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, il-punt (e) huwa mħassar;

    (b)

    fil-paragrafu 2, il-punt (d) huwa mħassar;

    (c)

    jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    “4.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tinforma l-maniġer kif imsemmi fil-paragrafu 1 jekk ġiex irreġistrat bħala maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti mhux aktar tard minn xahrejn wara li jkun ipprovda l-informazzjoni kollha msemmija f’dak il-paragrafu.

    5.   Reġistrazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tikkostitwixxi reġistrazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2011/61/UE fir-rigward tal-ġestjoni tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti.

    6.   Maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti kif imsemmi f’dan l-Artikolu għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju dwar kwalunkwe bidla materjali għall-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni inizjali tiegħu f’konformità ma’ dan l-Artikolu qabel ma dawn il-bidliet jiġu implimentati.

    Jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiddeċiedi li timponi restrizzjonijiet jew tirrifjuta l-bidliet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, hi għandha tinforma lill-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti fi żmien xahar minn meta tirċievi n-notifika ta’ dawk il-bidliet. L-awtorità kompetenti tista’ testendi dan il-perijodu sa massimu ta’ xahar, fejn hija tqis li dan huwa neċessarju minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, wara li tkun innotifikat lill-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti. Il-bidliet jistgħu jiġu implimentati jekk l-awtorità kompetenti rilevanti ma topponix il-bidliet fi żmien il-perijodu ta’ valutazzjoni rilevanti.

    7.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ulterjorment l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 1 u biex tispeċifika ulterjorment il-kundizzjonijiet kif stabbilit fil-paragrafu 2.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    8.   Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji ta’ implimentazzjoni fuq forom, mudelli u proċeduri standard għall-għoti ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    9.   L-ESMA għandha torganizza u twettaq reviżjonijiet bejn il-pari skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 sabiex tiżgura l-konsistenza tal-proċessi ta’ reġistrazzjoni mwettqa minn awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament.”

    (7)

    Jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

    “Artikolu 15a

    1.   Maniġers ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv awtorizzati permezz tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/61/UE għandhom japplikaw għar-reġistrazzjoni tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li għalihom biħsiebhom jużaw id-denominazzjoni ‘EuSEF’.

    2.   L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir lill-awtorità kompetenti tal-fond tal-intraprenditorija soċjali kwalifikanti u għandha tinkludi dan li ġej:

    (a)

    ir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti;

    (b)

    l-informazzjoni dwar l-identità tad-depożitarju;

    (c)

    l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(1);

    (d)

    lista ta’ Stati Membri li fihom il-maniġers imsemmija fil-paragrafu 1 stabbilixxew, jew bi ħsiebhom jistabbilixxu, fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti.

    Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-informazzjoni dwar l-arranġamenti li saru għall-konformità mar-rekwiżiti tal-Kapitolu II għandhom jirreferu għall-arranġamenti li saru għall-konformità mal-Artikoli 5, 6 u 10, l-Artikolu 13(2) u l-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 14(1).

    3.   Fejn l-awtorità kompetenti ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jkunu differenti, l-awtorità kompetenti tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandha titlob lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jekk il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-maniġer li jimmaniġġja l-AIFs u jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 15(2) humiex issodisfati.

    L-awtorità kompetenti tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti tista’ titlob ukoll lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għal kjarifika u informazzjoni rigward id-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

    L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tipprovdi tweġiba fi żmien xahar mid-data li fiha hija tkun irċeviet it-talba mressqa mill-awtorità kompetenti tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti.

    4.   Il-maniġers kif imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu rikjesti jipprovdu informazzjoni jew dokumenti li jkunu diġà pprovdew skont id-Direttiva 2011/61/UE.

    5.   Wara li tkun ivvalutat id-dokumentazzjoni li tirċievi f’konformità mal-paragrafu 2, u tkun irċeviet kwalunkwe kjarifika u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tal-fond tal-intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandha tirreġistra fond bħala fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jekk il-maniġer ta’ dak il-fond jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbilit fl-Artikolu 15(2).

    6.   L-awtorità kompetenti ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandha tinforma lill-maniġer kif imsemmi fil-paragrafu 1 jekk dak il-fond ġiex reġistrat bħala fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti mhux aktar tard minn xahrejn wara li dak il-maniġer ikun pprovda d-dokumentazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 2.

    7.   Ir-reġistrazzjoni skont dan l-Artikolu għandha tkun valida fit-territorju sħiħ tal-Unjoni u għandha tippermetti l-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawk il-fondi fl-Unjoni kollha bid-denominazzjoni ‘EuSEF’.

    8.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji tekniċi sabiex tispeċifika ulterjorment l-informazzjoni li għandha tingħata lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-paragrafu 2.

    Il-Kummissjoni tiġi delegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    9.   Bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fuq forom, mudelli u proċeduri standard għall-għoti ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 2.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    10.   L-ESMA għandha torganizza u twettaq reviżjonijiet bejn il-pari skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 sabiex issaħħaħ il-konsistenza tal-proċessi ta’ reġistrazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament.

    Artikolu 15b

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull rifjut biex jiġi rreġistrat maniġer kif imsemmi fl-Artikolu 15 jew fond kif imsemmi fl-Artikolu 15a għandu jiġi ssostanzjat, għandu jiġi nnotifikat lill-maniġers imsemmija f’dawk l-Artikoli u għandu jkun soġġett għal dritt ta’ appell quddiem awtorità nazzjonali ġuridika, jew amministrattiva jew awtorità oħra. Dak id-dritt ta’ appell għandu japplika wkoll fir-rigward ta’ reġistrazzjoni meta ma tkun ittieħdet ebda deċiżjoni fuq reġistrazzjoni fi żmien xahrejn wara li l-maniġer ikun ipprovda l-informazzjoni kollha rikjesta. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li maniġer jeżawrixxi kull rimedju preliminari amministrattiv previst skont il-liġi nazzjonali qabel ma jeżerċita dak id-dritt ta’ appell.”;

    (8)

    Fl-Artikolu 17, il-paragrafi 1 u 2 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

    “1.   L-awtorità kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti u lill-ESMA immedjatament dwar kwalunkwe reġistrazzjoni jew tneħħija mir-reġistru ta’ maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jew ta’ kwalunkwe żieda jew tneħħija mir-reġistru ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali, u ta’ kwalunkwe żieda jew tneħħija mil-lista tal-Istati Membri fejn il-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali bi ħsiebu jikkummerċjalizza dawk il-fondi.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li ġie rreġistrat f’konformità mal-Artikolu 15a għandu jinnotifika minnufih lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti, u lill-ESMA, dwar kwalunkwe żieda jew tneħħija mir-reġistru ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jew kwalunkwe żieda jew tneħħija mil-lista ta’ Stati Membri fejn il-maniġer ta’ dak il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti bi ħsiebu jikkummerċjalizza dak il-fond.

    2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti ma għandhomx jimponu fuq il-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti xi rekwiżit jew proċeduri amministrattivi fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti, u lanqas ma għandhom jeżiġu xi approvazzjoni ta’ dik il-kummerċjalizzazzjoni qabel ma tibda’. Tali rekwiżiti tal-proċeduri amministrattivi jinkludu drittijiet u imposti oħra.”;

    (9)

    Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

    “Artikolu 17a

    1.   Bl-għan li torganizza u twettaq reviżjonijiet bejn il-pari skont l-Artikolu 15(9) u l-Artikolu 15a(10), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jew, jekk differenti, l-awtorità kompetenti ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti, għandhom jiżguraw li l-informazzjoni finali pprovduta fl-applikazzjoni li abbażi tagħha ngħatat ir-reġistrazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 15(1) u (2) u l-Artikolu 15a(2) issir disponibbli għall-ESMA fi żmien xieraq wara r-reġistrazzjoni. Tali informazzjoni għandha ssir disponibbli permezz tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 23.

    2.   Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji tekniċi sabiex tispeċifika ulterjorment l-informazzjoni li għandha ssir disponibbli għall-ESMA f’konformità mal-paragrafu 1.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

    3.   Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fuq forom, mudelli u proċeduri standard għall-għoti ta’ informazzjoni li għandha ssir disponibbli għall-ESMA skont il-paragrafu 1.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

    (10)

    L-Artikolu 18 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 18

    1.   L-ESMA għandha żżomm aġġornata l-bażi ta’ data ċentrali li hija aċċessibbli pubblikament fuq l-internet u li telenka l-maniġers ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti bl-użu tad-denominazzjoni ‘EuSEF’ u l-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li jużaw dik id-denominazzjoni, kif ukoll il-pajjiżi li fihom dawk il-fondi jkunu kkummerċjalizzati.

    2.   Fuq is-sit web tagħha, l-ESMA għandha tipprovdi links elettroniċi għall-informazzjoni rilevanti rigward pajjiżi terzi li jissodisfaw ir-rekwiżit applikabbli skont il-punt (d)(v) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1).”;

    (11)

    Fl-Artikolu 19, jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

    “1a.   Għall-maniġers imsemmija fl-Artikolu 2(2), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tkun responsabbli mis-sorveljanza tal-konformità u tal-adegwatezza tal-arranġamenti u l-organizzazzjoni tal-maniġer, sabiex dak il-maniġer ikun f’pożizzjoni li jikkonforma mal-obbligi u r-regoli li huma relatati mal-kostituzzjoni u l-funzjonament tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li jimmaniġġja.

    1b.   Għal fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti ġestit minn maniġer kif imsemmi fl-Artikolu 2(2), l-awtorità kompetenti ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandha tkun responsabbli mis-superviżjoni tal-konformità tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti mar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6 u l-punti (c) u (i) tal-Artikolu 14(1). L-awtorità kompetenti tal-fond tal-intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandha tkun responsabbli wkoll mis-superviżjoni tal-konformità ta’ dak il-fond mal-obbligi stabbiliti fir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-fond.”

    (12)

    Fl-Artikolu 20, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “L-ESMA għandha torganizza u twettaq reviżjonijiet bejn il-pari skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 sabiex issaħħaħ il-konsistenza tal-proċessi fir-rigward tas-setgħat superviżorji u investigattivi mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament.”

    (13)

    L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 2, “16 ta’ Mejju 2015” hija sostitwita mit-“2 ta’ Marzu 2020”;

    (b)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “3.   Il-maniġers kif imsemmija fl-Artikolu 2(1) għandhom jikkonformaw f’kull ħin ma’ dan ir-Regolament u għandhom ikunu responsabbli wkoll għal kwalunkwe ksur ta’ dan ir-Regolament, inkluż għal kwalunkwe telf jew ħsara li jirriżultaw minnu.

    Il-maniġers kif imsemmija fl-Artikolu 2(2) għandhom ikunu konformi f’kull ħin mad-Direttiva 2011/61/UE. Huma għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament u għandhom ikunu responsabbli f’konformità mad-Direttiva 2011/61/UE. Dawk il-maniġers għandhom ikunu responsabbli wkoll għal kwalunkwe telf jew ħsara li jirriżultaw mill-ksur ta’ dan ir-Regolament.”

    (14)

    L-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-parti introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

    “1.   Filwaqt li tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri xierqa msemmija fil-paragrafu 2, kif applikabbli, fejn il-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti:”

    (ii)

    il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(c)

    juża d-denominazzjoni “EuSEF” mingħajr ma jkun reġistrat f’konformità mal-Artikolu 15, jew il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti ma jkunx reġistrat f’konformità mal-Artikolu 15a;”

    (iii)

    il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(e)

    akkwista reġistrazzjoni permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew b’xi mod irregolari ieħor bi ksur tal-Artikolu 15 jew l-Artikolu 15a;”

    (b)

    il-paragrafi 2, 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “2.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha, kif xieraq:

    (a)

    tieħu l-miżuri li jiżguraw li l-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jikkonforma mal-Artikoli 5 u 6, l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 7, u l-Artikoli 13 sa 15a, kif applikabbli;

    (b)

    tipprojbixxi lill-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti kkonċernat milli juża d-denominazzjoni “EuSEF” u tneħħi lil dak il-maniġer, jew il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti kkonċernat, mir-reġistru.

    3.   L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinforma lil kwalunkwe awtorità kompetenti oħra rilevanti, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru ospitanti f’konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 15(1), u lill-ESMA, mingħajr dewmien, dwar it-tneħħija ta’ maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jew ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti mir-reġistru msemmi.

    4.   Id-dritt li jkun ikkummerċjalizzat fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti wieħed jew aktar skont id-denominazzjoni “EuSEF” fl-Unjoni għandu jiskadi b’effett immedjat mid-data tad-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2.”

    (c)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “5.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jew tal-Istat Membru ospitanti, kif applikabbli, għandhom jinfurmaw lill-ESMA mingħajr dewmien jekk ikollhom raġunijiet ċari u dimostrabbli biex iqisu li l-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jkun wettaq xi ksur imsemmi fil-punti (a) sa (i) tal-paragrafu 1.

    L-ESMA tista’, filwaqt li tirrispetta l-prinċipju ta’ proporzjonalità, toħroġ rakkomandazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati biex jieħdu kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jew biex iżommu lura milli jieħdu tali miżuri.”

    (15)

    Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

    “Artikolu 22a

    Is-setgħat ikkonferiti lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mad-Direttiva 2011/61/UE, fosthom dawk relatati mal-penali, għandhom ukoll jiġu eżerċitati fir-rigward tal-maniġers imsemmija fl-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament.”

    (16)

    L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-punt (a) tal-paragrafu 2, “22 ta’ Lulju 2017” hija sostitwita mit-“2 ta’ Marzu 2022”.

    (b)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “4.   B’mod parallel mar-rieżami skont l-Artikolu 69 tad-Direttiva 2011/61/UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-maniġers reġistrati skont il-punt (b) tal-Artikolu 3(2) ta’ dik id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tanalizza:

    (a)

    il-ġestjoni ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u l-adegwatezza tal-introduzzjoni ta’ bidliet fil-qafas ġuridiku inkluża l-għażla ta’ passaport maniġerjali; u

    (b)

    jekk id-definizzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni għal fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti hijiex adatta kif ukoll l-impatt li dik id-definizzjoni u l-interpretazzjonijiet nazzjonali differenti tagħha għandhom fuq l-operazzjoni u l-vijabbiltà tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u fuq id-distribuzzjoni transfruntiera ta’ tali fondi.

    Wara dak ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposta leġislattiva.”

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2018.

    Il-paragrafi 2 sa 6 tal-Artikolu 10 u l-punt (b) tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 345/2013, kif emendati minn dan ir-Regolament, u l-paragrafi 2 sa 6 tal-Artikolu 11 u l-punt (b) tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 346/2013, kif emendati minn dan ir-Regolament, ma għandhomx japplikaw għal maniġers eżistenti fir-rigward ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti u ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti eżistenti fl-1 ta’ Marzu 2018 għat-terminu li jibqa’ għal dawk il-fondi f’dik id-data. Dawk il-maniġers għandhom jiżguraw li huma jkunu kapaċi jiġġustifikaw, fi kwalunkwe ħin, is-suffiċjenza tal-fondi tagħhom stess biex iżommu kontinwità operattiva.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta’ Ottubru 2017.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    A. TAJANI

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. MAASIKAS


    (1)  ĠU C 394, 26.10.2016, p. 2.

    (2)  ĠU C 75, 10.3.2017, p. 48.

    (3)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Settembru 2017 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2017.

    (4)  Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 18).

    (6)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

    (7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

    (8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).


    Top