EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R1965
Commission Delegated Regulation (EU) 2017/1965 of 17 August 2017 amending Delegated Regulation (EU) 2016/1237 as regards the nature and type of information to be notified for licences in the rice sector (Text with EEA relevance. )
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1965 tas-17 ta' Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 fir-rigward tan-natura u t-tip ta' informazzjoni li għandha tiġi notifikata għal-liċenzji fis-settur tar-ross (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1965 tas-17 ta' Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 fir-rigward tan-natura u t-tip ta' informazzjoni li għandha tiġi notifikata għal-liċenzji fis-settur tar-ross (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/5656
ĠU L 279, 28.10.2017, p. 36–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32016R1237 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 2 punt (c) PT (iii) | 29/10/2017 | |
Modifies | 32016R1237 | Żieda | artikolu 8 punt (ea) | 29/10/2017 |
28.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 279/36 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1965
tas-17 ta' Awwissu 2017
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 fir-rigward tan-natura u t-tip ta' informazzjoni li għandha tiġi notifikata għal-liċenzji fis-settur tar-ross
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 223(2)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 (2) li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-regoli għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni. Dan jistabbilixxi r-regoli rilevanti għar-ross u jistabbilixxi wkoll in-natura u t-tip ta' informazzjoni li għandha tiġi notifikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. |
(2) |
Huwa xieraq li jiddaħħal l-obbligu għall-Istati Membri li jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet ta' ross koperti minn liċenzji, kif kien hemm fir-Regolamenti preċedenti. |
(3) |
Filwaqt li qed jiġi emendat ir-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 huwa xieraq li jiġi allinjat terminu użat fl-Artikolu 2(2)(c)(iii) ta' dak ir-Regolament bit-terminoloġija doganali użata fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u li ssir referenza aktar preċiża għad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Billi r-raġuni ewlenija għall-emenda fir-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 hija biex formalment jiġi kkonfermat obbligu ta' notifika stabbilit u minħabba l-ħtieġa li tiġi żgurata l-kontinwità u ċ-ċertezza legali għan-notifiki li jikkonċernaw ir-ross, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 2(2)(c), il-punt (iii) jinbidel b'dan li ġej:
(*1) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).”" |
(2) |
fl-Artikolu 8, jiddaħħal il-punt (ea) li ġej wara l-punt (e):
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 tat-18 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar ir-rilaxx u t-telf ta' garanziji ppreżentati għal tali liċenzji, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 341/2007 u (KE) Nru 382/2008 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 507/2008 (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).