Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1499

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1499 tat-2 ta' Ġunju 2017 li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bl-iskop li jiġu adattati għall-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju għall-kejl tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2017/3489

    ĠU L 219, 25.8.2017, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R0631

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/1499/oj

    25.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 219/1


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1499

    tat-2 ta' Ġunju 2017

    li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bl-iskop li jiġu adattati għall-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju għall-kejl tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikulari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(9) u r-raba' subparagrafu tal-Artikolu 13(6) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    B'effett mill-1 ta' Settembru 2017, proċedura ġdida għat-test regolatorju tal-kejl tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil ta' vetturi kummerċjali ħfief, jiġifieri l-Proċedura ta' Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (WLTP — World Harmonised Light Vehicles Test Procedure), stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (2), se tissostitwixxi ċ-Ċiklu tas-Sewqan Ewropew Ġdid (NEDC — New European Driving Cycle) li qed jintuża bħalissa skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (3). Id-WLTP hija mistennija li tipprovdi valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil li huma aktar rappreżentattivi f'kundizzjonijiet ta' sewqan reali.

    (2)

    Sabiex titqies id-differenza fil-livell tal-emissjonijiet tas-CO2 imkejla skont il-proċeduri tal-NEDC eżistenti u tad-WLTP l-ġodda, iddaħħlet fis-seħħ metodoloġija għall-korrelazzjoni ta' dawk il-valuri skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153 (4).

    (3)

    Il-metodoloġija għall-korrelazzjoni għandha tintuża matul l-introduzzjoni tad-WLTP sa tmiem l-2020 biex ikun żgurat li l-konformità tal-manifatturi mal-miri għall-emissjonijiet tas-CO2 tkun tista' tiġi vverifikata abbażi tal-valuri ta' emissjonijiet tal-NEDC matul dak il-perjodu. B'riżultat ta' dan, il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 abbażi tad-WLTP jenħtieġ li jiġu applikati b'effett mis-sena kalendarja 2021.

    (4)

    Fl-2020, l-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi l-ġodda kollha rreġistrati għandhom jiġu ddeterminati abbażi kemm tal-NEDC kif ukoll tad-WLTP skont il-metodoloġija għall-korrelazzjoni. Permezz tal-monitoraġġ ta' dawk iż-żewġ valuri ta' CO2 ikunu jistgħu jintużaw settijiet ta' dejta robusti li joħorġu biex jitqabbel il-livell ta' emissjonijiet li jirriżulta miż-żewġ proċeduri tat-test. Dawk is-settijiet ta' dejta ikunu jistgħu jippermettu li jiġu ddeterminati l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi abbażi tad-WLTP li huma ta' strettezza komparabbli ma' dawk iddeterminati b'referenza għall-kejl tal-NEDC skont ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 13(6) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011.

    (5)

    Għall-finijiet tad-determinazzjoni ta' mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta' manifattur fis-sena 2021, medju tal-emissjonijiet tas-CO2 skont id-WLTP, ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-2020 jenħtieġ li jintuża bħala valur ta' referenza. Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi jenħtieġ li tiġi determinata billi jiżdied jew jitnaqqas dak il-valur ta' referenza b'mod proporzjonali mal-prestazzjoni tal-manifattur biex jissodisfa l-mira bbażata fuq l-NEDC fl-2020.

    (6)

    Biex jiġi żgurat li l-miri għall-emissjonijiet speċifiċi abbażi tad-WLTP jibqgħu komparabbli matul iż-żmien, jenħtieġ li jitqies it-tibdil annwali fil-massa medja tal-flotta tal-manifattur.

    (7)

    Jenħtieġ li għadd ta' parametri ġodda jiżdiedu mad-dejta dettaljata li għandha tiġi mmonitorjata wara l-introduzzjoni tad-WLTP. Skont id-WLTP il-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 għandhom jiġu kkalkulati filwaqt li titqies il-konfigurazzjoni speċifika ta' kull vettura individwali. Sabiex jiġi żgurat li l-vetturi jkunu jistgħu jiġu identifikati u li d-dejta tista' tiġi vverifikata b'mod effikaċi mill-manifatturi kif ukoll mill-Kummissjoni, huwa xieraq li l-monitoraġġ jiġi bbażat fuq in-numri tal-identifikazzjoni tal-vettura.

    (8)

    Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 jiġu emendati kif xieraq,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Ġunju 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153 tat-2 ta' Ġunju 2017 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu determinati l-parametri ta' korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessa l-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 679).


    ANNESS

    L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 huma emendati kif ġej:

    (1)

    Fl-Anness I, għandhom jiżdiedu l-punti 3, 4 u 5 li ġejjin:

    “3.

    Il-mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi għal manifattur fl-2021 għandha tiġi kkalkulata kif ġej:

    Formula

    Fejn:

    Formula

    hija l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 fl-2020, determinata skont l-Anness XXI tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (*1) mingħajr ma jkun inkluż l-iffrankar tas-CO2 li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament;

    Formula

    hija l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 fl-2020, determinata skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1152 (*2) mingħajr ma jkun inkluż l-iffrankar tas-CO2 li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament;

    NEDC2020target

    hija l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għall-2020, ikkalkulata skont il-punt 1(c) ta' dan l-Anness.

    4.

    Mill-2021, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għal manifattur għandha tiġi kkalkulata kif ġej:

    Mira tal-emissjonijiet speċifiċi = WLTPreference target + a [(Mø – M0) – (Mø2020 – M0,2020)]

    Fejn:

    WLTPreference target

    hija l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għall-2021, ikkalkulata skont il-punt 3;

    a

    hija a kif iddefinita fil-punt 1(c);

    Mø

    hija l-massa (M) medja kif definita fil-punt 1, tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda fis-sena ta' mira rilevanti, f'kilogrammi (kg);

    M0

    hija M0 kif iddefinita fil-punt 1(c);

    Mø2020

    hija l-massa (M) medja kif definita fil-punt 1, tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda fl-2020, f'kilogrammi (kg);

    M0,2020

    hija l-valur M0 applikabbli fis-sena ta' referenza 2020.

    5.

    Għal manifattur li ngħata deroga fir-rigward ta' mira tal-emissjonijiet speċifiċi bbażata fuq l-NEDC fl-2021, il-mira tad-deroga bbażata fuq id-WLTP għandha tiġi kkalkulata hekk:

    Formula

    Fejn:

    Formula

    hijaFormula kif iddefinita fil-punt 3;

    Formula

    hijaFormula kif iddefinita fil-punt 3;

    NEDC2021target

    hija l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għall-2021 mogħtija mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament.

    (*1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1)"

    (*2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1152 tat-2 ta' Ġunju 2017 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu ddeterminati l-parametri ta' korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessal-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju fir-rigward ta' vetturi kummerċjali ħfief u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 293/2012 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 644).”;"

    (2)

    L-Anness II huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-Parti A, il-punt 1.1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:

    fil-punti (g) u (n) jiddaħħal il-kliem li ġej:

    “(NEDC u WLTP)”;

    jiżdiedu l-punti li ġejjin:

    “(p)

    massa tat-test tad-WLTP;

    (q)

    Il-fatturi ta' devjazzjoni u ta' verifika msemmija fil-punt 3.2.8 tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1152;

    (r)

    Numru tal-identifikazzjoni tal-familja tal-magna determinat skont il-punt 5.0 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151”;

    (ii)

    jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Għas-sena kalendarja 2017, id-dejta msemmija fil-punt (g), fir-rigward tal-valuri tal-emissjonijijiet tas-CO2 tad-WLTP, u fil-punt (n) fir-rigward tal-iffrankar tad-WLTP permezz tal-ekoinnovazzjoni, kif ukoll id-dejta msemmija fil-punti (p) u (r) jistgħu jiġu rraportati fuq bażi volontarja.

    Mis-sena kalendarja 2018, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 8, il-parametri kollha elenkati f'dan il-punt kif speċifikat fil-format fit-Taqsima 2 tal-Parti C ta' dan l-Anness.”;

    (b)

    fil-Parti C, fit-Taqsima 2, it-Tabella bit-titolu “Dejta ddettaljata dwar il-monitoraġġ — rekord dwar vettura waħda” hija emendata kif ġej:

    (i)

    l-entrata (g) tinbidel b'dan li ġej:

    “(g)

    Emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 (ikkombinati)

    Valur tal-NEDC

    Emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 (ikkombinati)

    valur tad-WLTP (mill-2018 'il quddiem)”;

    (ii)

    l-entrata (n) tiġi sostitwita b'dan li ġej:

    “(n)

    Il-kodiċi tal-innovazzjoni ekoloġika/tal-innovazzjonijiet ekoloġiċi

    Total tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta' CO2 NEDC minħabba l-ekoinnovazzjoni(jiet).

    Total tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta' CO2 WLTP minħabba l-ekoinnovazzjoni(jiet) (mill-2018 'il quddiem)”;

    (iii)

    l-entrati li ġejjin (p), (q) u (r) jiddaħħlu wara l-entrata (o):

    “(p)

    massa tat-test tad-WLTP

    (q)

    Fattur tad-devjazzjoni De (fejn disponibbli)

    Fattur ta' verifika (fejn disponibbli)

    (r)

    Numru ta' identifikazzjoni tal-familja tal-vettura”;

    (iv)

    fin-nota 1, it-tieni sentenza titħassar.



    Top