Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1375

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1375 tal-25 ta' Lulju 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1191/2014 li jiddetermina l-format u l-mezzi għall-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra

    C/2017/5056

    ĠU L 194, 26.7.2017, p. 4–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/09/2024; Impliċitament imħassar minn 32024R2195

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1375/oj

    26.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 194/4


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1375

    tal-25 ta' Lulju 2017

    li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1191/2014 li jiddetermina l-format u l-mezzi għall-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 19(7) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1191/2014 (2) jispeċifika l-mod li bih l-informazzjoni tiġi rrappurtata skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 b'rabta mal-użu ta' ċerti gassijiet fluworurati b'effett ta' serra bħala materja prima jew meta l-produtturi, l-importaturi jew l-esportaturi ta' dawk il-gassijiet jew l-impriżi li jeqirdu dawk il-gassijiet iqiegħdu fis-suq prodotti jew tagħmir li jkun fih dawk il-gassijiet.

    (2)

    Sabiex tkun tista' tiġi mmonitorjata b'mod effettiv il-konformità mal-obbligi tar-rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, l-impriżi jridu jkunu obbligati jirreġistraw l-użu tagħhom tal-għodda elettronika tar-rappurtar imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1191/2014 qabel ma jibdew iwettqu l-attivitajiet rilevanti tagħhom. Dan jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jivverifikaw, meta tkun qed issir l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew kull attività rilevanti oħra, jekk impriża tkunx suġġetta għal verifika tal-konformità abbażi tar-rapport tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 jew le.

    (3)

    Jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1191/2014 jiġi emendat f'dak li għandu x'jaqsam mal-istruttura tal-informazzjoni meħtieġa dwar ċerti karatteristiċi tal-idrofluworokarburi (l-HFCs) sabiex dan jiġi allinjat mal-format tar-rappurtar li jintuża mill-Partijiet tal-Protokoll ta' Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu tal-Konvenzjoni ta' Vjenna għall-ħarsien tas-saff tal-ożonu (il-Protokoll ta' Montreal) (3). Dan jippermetti lill-Unjoni tikkonforma mal-obbligi tar-rappurtar tagħha skont il-Protokoll ta' Montreal. Għall-istess raġuni, mill-2020 'il quddiem jenħtieġ li jkun hemm ukoll l-obbligu li tiġi rrappurtata l-informazzjoni dwar l-oriġini tal-importazzjonijiet u dwar id-destinazzjoni tal-esportazzjonijiet, u b'hekk se jkun hemm biżżejjed żmien biex l-għodda elettronika tar-rappurtar tiġi adattata għal dan.

    (4)

    Fit-Taqsima 2 jenħtieġ li jiżdiedu iktar kummenti u divrenzjar biex tiġi riflessa l-prattika tar-rappurtar li ġiet żviluppata matul l-ewwel żewġ ċikli tar-rappurtar u fit-Taqsima 12 jenħtieġ li tiġi ċċarata d-deskrizzjoni sabiex jiġu evitati l-iżbalji fl-interpretazzjoni li seħħew min-naħa tal-impriżi li bagħtu r-rapporti tagħhom.

    (5)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/879 (4) stabbilixxa r-reġistru elettroniku marbut mal-kwoti għat-tqegħid tal-idrofluworokarburi fis-suq li fih tiġi rreġistrata d-dejta rilevanti kollha marbuta mal-awtorizzazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014. Għalhekk il-format korrispondenti tar-rappurtar stabbilit fit-Taqsima 13 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1191/2014 ma għadux jgħodd u jenħtieġ li jitħassar.

    (6)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1191/2014 qed jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    l-Artikolu 1 qed jinbidel b'dan li ġej:

    “Artikolu 1

    1.   Ir-rapporti meħtieġa skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 għandhom jiġu ppreżentati b'mod elettroniku bl-użu tal-għodda tar-rappurtar abbażi tal-format stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament li, għal dak il-għan, jinsab disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni.

    2.   Qabel ma jibdew iwettqu l-attivitajiet li jridu jiġu rrappurtati skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, l-impriżi għandhom jirreġistraw fuq il-websajt tal-Kummissjoni biex jibdew jużaw l-għodda elettronika tar-rappurtar.”

    (2)

    l-Anness qed jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Lulju 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195.

    (2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1191/2014 tat-30 ta' Ottubru 2014 li jiddetermina l-format u l-mezzi għall-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra (ĠU L 318, 5.11.2014, p. 5).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 88/540/KEE tal-14 ta' Ottubru 1988 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni ta' Vjenna għall-ħarsien tas-saff tal-ożonu u l-Protokoll ta' Montreal dwar sustanzi li jdgħajfu s-saff tal-ożonu (ĠU L 297, 31.10.1988, p. 8).

    (4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/879 tat-2 ta' Ġunju 2016 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-arranġamenti ddettaljati marbutin mad-dikjarazzjoni ta' konformità meta t-tagħmir tar-refriġerazzjoni, tal-arja kondizzjonata u tal-pompi tas-sħana ċċarġjat bl-idrofluworokarburi jitqiegħed fis-suq u mal-verifika ta' din id-dikjarazzjoni minn awditur indipendenti (ĠU L 146, 3.6.2016, p. 1).


    ANNESS

    L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1191/2014 qed jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    Fit-Taqsima 1, it-tabella qed tinbidel b'dan li ġej:

     

    “INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

    KUMMENTI

    1 A

    Il-kwantità totali tal-produzzjoni mill-faċilitajiet fl-Unjoni

     

     

    1B

    il-kwantità tal-produzzjoni mill-faċilitajiet fl-Unjoni li tikkonsisti fi produzzjoni sekondarja rkuprata jew prodotti mhux mixtieqa fejn dik il-produzzjoni sekondarja jew dawk il-prodotti ġew meqruda fil-faċilitajiet qabel it-tqegħid fis-suq

    Rapporti mill-produtturi li jwettqu l-qerda dwar il-kwantitajiet totali meqruda għandhom isiru fit-taqsima tar-rappurtar 8

     

    1C

    il-kwantità tal-produzzjoni mill-faċilitajiet fl-Unjoni li tikkonsisti fi produzzjoni sekondarja rkuprata jew prodotti mhux mixtieqa fejn dik il-produzzjoni sekondarja jew dawk il-prodotti ngħataw lil impriżi oħra sabiex jinqerdu u ma kinux tqiegħdu fis-suq qabel

    Għandha tiġi identifikata l-impriża li twettaq il-qerda

     

    1C_a

    L-ammont ta' idrofluworokarburi prodott biex jintuża bħala materja prima fl-Unjoni

     

     

    1C_b

    L-ammont ta' idrofluworokarburi prodott għal użi fl-Unjoni li huma eżentati skont il-Protokoll ta' Montreal

    Għandu jiġi speċifikat it-tip ta' użu li jkun eżentat

     

    KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

     

    1D

    Il-kwantità totali tal-produzzjoni proprja meqruda li ma tkunx tqiegħdet fis-suq qabel

    1D = 1B + 1C

    1E

    Il-produzzjoni disponibbli għall-bejgħ

    1E = 1 A – 1D”

    (2)

    It-Taqsima 2 qed tiġi emendata kif ġej:

    (a)

    fit-tieni paragrafu qed tiżdied is-sentenza li ġejja:

    “Għall-ewwel darba għar-rappurtar dwar l-attivitajiet li saru fl-2019, il-kwantitajiet tal-idrofluworokarburi għandhom jiġu rrappurtati separatament għal kull pajjiż tal-oriġini, ħlief fejn hu indikat mod ieħor fit-tabella ta' hawn taħt.”;

    (b)

    it-tabella qed tinbidel b'dan li ġej:

     

    “INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

    KUMMENTI

    2 A

    L-ammont importat fl-Unjoni

     

     

    2B

    L-ammont importat fl-Unjoni mill-impriża li qed tirrapporta, li ma ġiex irrilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa u li ġie esportat mill-ġdid fi prodotti jew tagħmir mill-impriża li qed tirrapporta

    L-idrofluworokarburi m'hemmx bżonn jiġu rrappurtati skont il-pajjiż tal-oriġini.

    Il-gassijiet importati fi kwantitajiet kbar għall-ipproċessar attiv iċċarġjati fil-prodotti jew fit-tagħmir u mbagħad esportati mill-ġdid.

    Meta l-esportazzjoni mill-ġdid fil-prodotti jew fit-tagħmir (it-Taqsima 2B) ma sseħħx fl-istess sena kalendarja bħall-importazzjoni, il-kwantitajiet irrappurtati fit-Taqsima 2B jistgħu jinkludu l-esportazzjonijiet mill-ġdid fil-prodotti jew fit-tagħmir ta' stokkijiet tal-1 ta' Jannar li ma jkunux tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni kif irrappurtat fit-Taqsima 4C

    Il-gassijiet esportati fi kwantitajiet kbar għandhom jiġu rrappurtati biss fit-Taqsima 3

     

    2C

    L-ammont ta' idrofluworokarburi użati, riċiklati jew reklamati

     

     

    2D

    L-ammont ta' idrofluworokarburi verġni importat għall-użu bħala materja prima

     

     

    2E

    L-ammont ta' idrofluworokarburi verġni importat għal użi li huma eżentati skont il-Protokoll ta' Montreal

    Għandu jiġi speċifikat it-tip ta' użu li jkun eżentat”

    (3)

    It-Taqsima 3 qed tiġi emendata kif ġej:

    (a)

    fit-tieni paragrafu qed tiżdied is-sentenza li ġejja:

    “Għall-ewwel darba għar-rappurtar dwar l-attivitajiet li saru fl-2019, il-kwantitajiet tal-idrofluworokarburi għandhom jiġu rrappurtati separatament għal kull pajjiż tad-destinazzjoni, ħlief fejn hu indikat mod ieħor fit-tabella ta' hawn taħt.”;

    (b)

    it-tabella qed tinbidel b'dan li ġej:

     

    “INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

    KUMMENTI

    3 A

    L-ammont totali esportat mill-Unjoni

     

    3B

    L-ammonti esportati mill-produzzjoni proprja jew mill-importazzjoni

    M'hemmx bżonn isir rappurtar skont il-pajjiż tad-destinazzjoni

     

    KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

     

    3C

    L-ammont esportat mixtri minn impriżi oħra fl-Unjoni

    3C = 3 A – 3B

     

    INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

     

    3D

    L-ammont esportat għar-riċiklaġġ

    M'hemmx bżonn isir rappurtar skont il-pajjiż tad-destinazzjoni

     

    3E

    L-ammont esportat għar-reklamazzjoni

    M'hemmx bżonn isir rappurtar skont il-pajjiż tad-destinazzjoni

     

    3F

    L-ammont esportat għall-qerda

    M'hemmx bżonn isir rappurtar skont il-pajjiż tad-destinazzjoni

     

    3G

    L-ammont ta' idrofluworokarburi użati, riċiklati jew reklamati esportat

     

     

    3H

    L-ammont ta' idrofluworokarburi verġni esportat għall-użu bħala materja prima

     

     

    3I

    L-ammont ta' idrofluworokarburi verġni esportat għal użi li huma eżentati skont il-Protokoll ta' Montreal

    Għandu jiġi speċifikat it-tip ta' użu li jkun eżentat”

    (4)

    Fit-Taqsima 4, ir-ringiela li tirreferi għall-punt 4M tat-tabella qed tinbidel b'dan li ġej:

    “4M

    L-ammont totali fiżikament imqiegħed fis-suq

    4M = 1E + 2 A – 2B – 3B + 4C – 4H”

    (5)

    Fit-Taqsima 12, it-tabella qed tinbidel b'dan li ġej:

     

    “INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

    KUMMENTI

    12 A

    L-ammont ta' idrofluworokarburi ċċarġjati fit-tagħmir importat u rrilaxxat mid-dwana għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni, li għalih l-idrofluworokarburi qabel kienu ġew esportati mill-Unjoni u kienu ġew soġġetti għal-limitazzjoni tal-kwoti għat-tqegħid tal-idrofluworokarburi fis-suq tal-Unjoni

    Għandhom jiġu speċifikati l-impriża jew l-impriżi li jkunu esportaw l-idrofluworokarburi u s-sena jew is-snin tal-esportazzjoni.

    Għandhom jiġu speċifikati l-impriża jew l-impriżi li jkunu qiegħdu l-idrofluworokarburi fis-suq tal-Unjoni għall-ewwel darba u s-sena jew is-snin ta' dak it-tqegħid fis-suq.”

    (6)

    Qed titħassar it-Taqsima 13.


    Top