This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R1262
Commission Regulation (EU) 2017/1262 of 12 July 2017 amending Regulation (EU) No 142/2011 as regards the use of manure of farmed animals as a fuel in combustion plants (Text with EEA relevance. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1262 tat-12 ta' Lulju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tal-użu tad-demel tal-bhejjem tar-razzett bħala karburant f'impjanti tal-kombustjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1262 tat-12 ta' Lulju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tal-użu tad-demel tal-bhejjem tar-razzett bħala karburant f'impjanti tal-kombustjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/4834
ĠU L 182, 13.7.2017, p. 34–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32011R0142 | Żieda | anness III kapitolu V SECTION C | 02/08/2017 | |
Modifies | 32011R0142 | Sostituzzjoni | anness XVI kapitolu III SECTION 12 | 02/08/2017 | |
Modifies | 32011R0142 | Sostituzzjoni | artikolu 6 paragrafu 8 | 02/08/2017 |
13.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/34 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1262
tat-12 ta' Lulju 2017
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tal-użu tad-demel tal-bhejjem tar-razzett bħala karburant f'impjanti tal-kombustjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (ir-Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1)(e) u l-Artikolu 27(i) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (2) jistabbilixxi regoli li jimplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009, inklużi parametri għar-rimi ta' prodotti sekondarji tal-annimali kif ukoll għat-trattament, it-trasformazzjoni u l-ipproċessar sikuri ta' prodotti sekondarji tal-annimali fi prodotti derivati. |
(2) |
F'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, il-kombustjoni kif definita fil-punt 41 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 hija wieħed mill-proċessi li jintużaw għar-rimi ta' prodotti sekondarji tal-annimali, inkluż id-demel. |
(3) |
L-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jipprevedi regoli għall-approvazzjoni ta' impjanti tal-kombustjoni li jużaw prodotti derivati mill-annimali bħala karburant. Il-paragrafu 8 tiegħu għandu jiġi emendat skont dan biex ikun indirizzat l-użu tad-demel ta' kwalunkwe bhima tar-razzett bħala karburant. |
(4) |
Id-demel tal-bhejjem tar-razzett jista' jkun sors sostenibbli ta' karburant għall-kombustjoni, sakemm il-proċess ta' kombustjoni jkun jikkonforma ma' rekwiżiti speċifiċi biex jitnaqqsu b'mod effiċjenti l-effetti ħżiena tal-użu tiegħu bħala karburant fuq is-saħħa tal-annimali u tal-pubbliku u tal-ambjent. Ir-Regolament (UE) Nru 592/2014 (3) introduċa rekwiżiti għall-użu tad-demel tat-tjur bħala karburant f'impjanti tal-kombustjoni. Dan jistabbilixxi rekwiżiti għal kwalunkwe impjant li juża l-prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati bħala karburant u rekwiżiti speċifiċi għat-tip ta' karburant u t-tip ta' impjant tal-kombustjoni. Id-demel tal-bhejjem tal-irziezet ta' speċi oħra għajr għat-tjur issa jista' jintuża wkoll bħala karburant f'impjanti tal-kombustjoni b'input termiku nominali totali li ma jaqbiżx il-50 MW, taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk stabbiliti għall-kombustjoni tad-demel tat-tjur, inklużi l-limiti tal-emissjonijiet u r-rekwiżiti tal-monitoraġġ. |
(5) |
L-operaturi ta' impjanti tal-kombustjoni li jużaw id-demel tal-annimali tar-razzett bħala karburant għandhom jieħdu l-miżuri tal-iġjene meħtieġa sabiex jevitaw it-tixrid ta' patoġeni possibbli. F'dan ir-rigward, impjanti bħal dawn għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ġenerali dwar l-użu ta' prodotti sekondarji tal-annimali u ta' prodotti derivati mill-annimali bħala karburant kif stabbilit fil-Kapitolu IV tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 u ma' rekwiżiti speċifiċi għal tipi partikolari ta' pjanti u karburanti li jistgħu jintużaw għall-kombustjoni li għandhom jiġu previsti b'dan ir-Regolament. |
(6) |
Il-kombustjoni tad-demel tal-erbivori, minħabba l-kompożizzjoni tiegħu, jipproduċi aktar emissjonijiet ta' materja partikolata mill-kombustjoni tad-demel tat-tjur. Biex tkun indirizzata dik il-problema, dan ir-Regolament għandu jipprevedi valuri tal-limiti tal-emissjonijiet aktar flessibbli tal-materja partikolata għal impjanti tal-kombustjoni żgħar ħafna, biex ikun jista' jitwettaq ir-rimi tad-demel li kieku ma kienx hekk kien jintrema bħala karburant għall-kombustjoni. |
(7) |
B'mod simili, dan ir-Regolament għandu jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti li jagħtu perjodu ta' tranżizzjoni lill-impjanti tal-kombustjoni eżistenti biex jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar iż-żieda kkontrollata tat-temperatura tal-gass, sakemm dawk l-emissjonijiet ma jkunux ta' riskju għas-saħħa pubblika u tal-annimali jew tal-ambjent. Il-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali ma twaqqafx lill-Istati Membri milli japplikaw ir-regoli ta' kalkolu rilevanti għall-valuri limiti tal-emissjonijiet, stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ambjentali, meta d-demel tal-bhejjem tar-razzett imur għall-kombustjoni flimkien ma' karburant jew skart ieħor. |
(8) |
L-Anness XVI tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jipprevedi rekwiżiti speċifiċi għall-kontrolli uffiċjali. Wara l-introduzzjoni tar-rekwiżiti għall-kombustjoni tad-demel tal-bhejjem tar-razzett bħala karburant b'dan ir-Regolament, dawk ir-rekwiżiti speċifiċi għandhom japplikaw ukoll fir-rigward ta' dak il-proċess. |
(9) |
Għaldaqstant, l-Annessi III u XVI tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandhom jiġu emendati skont dan. |
(10) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fir-Regolament (UE) Nru 142/2011, fl-Artikolu 6, il-paragrafu 8 jinbidel b'li ġej:
“8. Għall-użu tad-demel tat-tjur bħala karburant għall-kombustjoni skont kif stabbilit fil-Kapitolu V tal-Anness III, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw flimkien ma' dawk imsemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu:
(a) |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni li hija sottomessa mill-operatur lill-awtorità kompetenti f'konformità mal-Artikolu 24(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għandha tinkludi evidenza ċertifikata mill-awtorità kompetenti jew minn organizzazzjoni professjonali awtorizzata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, li l-impjant tal-kombustjoni li fih jintuża d-demel tal-bhejjem tar-razzett bħala karburant jilħaq b'mod sħiħ ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti B(3), B(4) u B(5) tal-Kapitolu V tal-Anness III ta' dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tagħti deroga mill-konformità ma' ċerti dispożizzjonijiet f'konformità mal-punt C(4) tal-Kapitolu V tal-Anness III; |
(b) |
il-proċedura ta' approvazzjoni prevista fl-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 ma għandhiex tiġi konkluża qabel isiru mill-inqas żewġ verifiki konsekuttivi, waħda minnhom għall-għarrieda, mill-awtorità kompetenti jew minn organizzazzjoni professjonali awtorizzata minn dik l-awtorità, matul l-ewwel sitt xhur ta' tħaddim tal-impjant tal-kombustjoni, inkluż il-kejl meħtieġ tat-temperatura u tal-emissjonijiet. Wara li r-riżultati ta' dawk il-verifiki juru li hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti B(3), B(4) u B(5) u, fejn japplika, mal-punt C(4) tal-Kapitolu V tal-Anness III ta' dan ir-Regolament, tista' tingħata approvazzjoni sħiħa.” |
Artikolu 2
L-Annessi III u XVI tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 huma emendati f'konformità mat-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Lulju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 592/2014 tat-3 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tal-użu ta' prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati bħala karburant f'impjanti tal-kombustjoni (ĠU L 165, 4.6.2014, p. 33).
ANNESS
L-Annessi III u XVI tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 huma emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness III, Kapitolu V, jiżdied il-punt C li ġej: “C. L-impjanti tal-kombustjoni li fihom jintuża demel tal-bhejjem tar-razzett u tat-tjur stabbilit fil-punt B jintuża bħala karburant għall-kombustjoni 1. Tip ta' impjant: Impjanti tal-kombustjoni b'input termiku nominali totali li ma jaqbiżx il-50 MW. 2. Materjal tal-bidu: Demel tal-bhejjem tar-razzett għajr għal demel tat-tjur biss stabbilit fil-punt B,li għandu jintuża bħala karburant għall-kombustjoni f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 3. Il-kombustjoni ta' prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati oħra ma għandhiex titħalla ssir għall-użu bħala karburant f'impjanti tal-kombustjoni msemmija fil-punt 1. Id-demel tal-bhejjem tar-razzett għajr għad-demel tat-tjur stabbilit fil-punt B iġġenerat barra mill-azjenda ma għandux jiġi f'kuntatt ma' bhejjem tar-razzett. 3. Metodoloġija: L-impjanti tal-kombustjoni li fihom id-demel tal-bhejjem tar-razzett għajr għad-demel tat-tjur stabbilit fil-punt B jintuża bħala karburant għandhom jikkonformaw mal-punti B(3), B(4) u B(5). 4. Derogi u perjodi tranżizzjonali: L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli mill-kwistjonijiet ambjentali tista':
|
(2) |
Fl-Anness XVI, it-Taqsima 12 tal-Kapitolu III tinbidel b'dan li ġej: “It-Taqsima 12 Kontrollu uffiċjali fir-rigward tal-impjanti approvati għall-kombustjoni ta' prodotti sekondarji tal-annimali L-awtorità kompetenti għandha twettaq verifiki dokumentarji f'konformità mal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 6(7) u (8) f'impjanti approvati msemmija fil-Kapitolu V tal-Anness III.” |