EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1259

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1259 tad-19 ta' Ġunju 2017 li jissostitwixxi l-Annessi I, II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar

C/2017/3982

ĠU L 182, 13.7.2017, p. 1–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/1259/oj

13.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1259

tad-19 ta' Ġunju 2017

li jissostitwixxi l-Annessi I, II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 li joħloq Proċedura għal Ordni ta' Ħlas Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 jistabbilixxi fl-Annessi tiegħu, il-formoli li għandhom jintużaw biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tiegħu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 ġie emendat bir-Regolament (UE) 2015/2421 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). It-tibdil introdott bil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar għandu jkun rifless fil-formoli fl-annessi. Fl-interess taċ-ċarezza, jixraq li dawk l-Annessi jiġu sostitwiti kollha.

(3)

Peress li l-emendi għar-Regolament (KE) Nru 861/2007 se jibdew japplikaw fl-14 ta' Lulju 2017, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-14 ta' Lulju 2017.

(4)

B'konformità mal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward taż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 u tar-Regolament (UE) 2015/2421, u għalhekk huma marbuta b'dan ir-Regolament.

(5)

B'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u la hija marbuta bih u lanqas ma hija soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(6)

Għaldaqstant, huwa meħtieġ li l-Annessi I sa IV tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 jiġu sostitwiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 jiġu sostitwiti bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-14 ta' Lulju 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 199, 31.7.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2015/2421 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 861/2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u r-Regolament (KE) Nru 1896/2006 li joħloq proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea (ĠU L 341, 24.12.2015, p. 1).


ANNESS

ANNESS I

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

ANNESS II

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

ANNESS III

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

ANNESS IV

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

Top