This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R1155
Commission Delegated Regulation (EU) 2017/1155 of 15 February 2017 amending Delegated Regulation (EU) No 639/2014 as regards the control measures relating to the cultivation of hemp, certain provisions on the greening payment, the payment for young farmers in control of a legal person, the calculation of the per unit amount in the framework of voluntary coupled support, the fractions of payment entitlements and certain notification requirements relating to the single area payment scheme and the voluntary coupled support, and amending Annex X to Regulation (EU) No 1307/2013 of the European Parliament and of the Council
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1155 tal-15 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 fejn jidħlu l-miżuri tal-kontroll relatati mal-kultivazzjoni tal-qanneb, ċerti dispożizzjonijiet dwar il-pagament ekoloġiku, il-pagament għall-bdiewa żgħażagħ fil-kontroll ta' persuna ġuridika, il-kalkolu tal-ammont għal kull unità fil-qafas tal-appoġġ akkoppjat volontarju, il-frazzjonijiet ta' intitolamenti għal pagament u ċerti rekwiżiti ta' notifika relatati mal-Iskema ta' Pagament Uniku Skont l-Erja u mal-Appoġġ Akkoppjat Volontarju, u li jemenda l-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1155 tal-15 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 fejn jidħlu l-miżuri tal-kontroll relatati mal-kultivazzjoni tal-qanneb, ċerti dispożizzjonijiet dwar il-pagament ekoloġiku, il-pagament għall-bdiewa żgħażagħ fil-kontroll ta' persuna ġuridika, il-kalkolu tal-ammont għal kull unità fil-qafas tal-appoġġ akkoppjat volontarju, il-frazzjonijiet ta' intitolamenti għal pagament u ċerti rekwiżiti ta' notifika relatati mal-Iskema ta' Pagament Uniku Skont l-Erja u mal-Appoġġ Akkoppjat Volontarju, u li jemenda l-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
C/2017/0735
ĠU L 167, 30.6.2017, p. 1–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32013R1307 | Sostituzzjoni | anness X | 03/07/2017 | |
Modifies | 32014R0639 | Żieda | artikolu 49 paragrafu 3 L | 01/01/2015 | |
Modifies | 32014R0639 | Sostituzzjoni | artikolu 53 paragrafu 2 L 2 | 01/01/2015 | |
Modifies | 32014R0639 | Żieda | anness III | 03/07/2017 | |
Modifies | 32014R0639 | Sostituzzjoni | artikolu 24 paragrafu 2 | 03/07/2017 | |
Modifies | 32014R0639 | Tħassir | artikolu 64 paragrafu 5 | 03/07/2017 | |
Modifies | 32014R0639 | Tħassir | artikolu 67 paragrafu 2 | 03/07/2017 | |
Modifies | 32014R0639 | Sostituzzjoni | artikolu 9 | 03/07/2017 | |
Modifies | 32014R0639 | Żieda | artikolu 40 paragrafu 1 L 1 sentenza | 01/01/2018 | |
Modifies | 32014R0639 | Żieda | artikolu 40 paragrafu 3 L 4 | 01/01/2018 | |
Modifies | 32014R0639 | Sostituzzjoni | artikolu 45 paragrafu 10 | 01/01/2018 | |
Modifies | 32014R0639 | Żieda | artikolu 45 paragrafu 10a | 01/01/2018 | |
Modifies | 32014R0639 | Żieda | artikolu 45 paragrafu 10b | 01/01/2018 | |
Modifies | 32014R0639 | Żieda | artikolu 45 paragrafu 10c | 01/01/2018 | |
Modifies | 32014R0639 | Sostituzzjoni | artikolu 45 paragrafu 2 | 01/01/2018 | |
Modifies | 32014R0639 | Sostituzzjoni | artikolu 45 paragrafu 4 | 01/01/2018 | |
Modifies | 32014R0639 | Sostituzzjoni | artikolu 45 paragrafu 5 | 01/01/2018 | |
Modifies | 32014R0639 | Żieda | artikolu 45 paragrafu 5a | 01/01/2018 | |
Modifies | 32014R0639 | Sostituzzjoni | artikolu 45 paragrafu 7 | 01/01/2018 | |
Modifies | 32014R0639 | Sostituzzjoni | artikolu 45 paragrafu 8 | 01/01/2018 | |
Modifies | 32014R0639 | Sostituzzjoni | artikolu 45 paragrafu 9 | 01/01/2018 | |
Modifies | 32014R0639 | Sostituzzjoni | artikolu 65 paragrafu 1 punt (c) PT (ii) | 01/01/2018 | |
Modifies | 32014R0639 | Sostituzzjoni | artikolu 65 paragrafu 1 punt (c) PT (vi) | 01/01/2018 | |
Modifies | 32014R0639 | Żieda | artikolu 65 paragrafu 1 punt (e) | 01/01/2018 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32017R1155R(01) | (FR) | |||
Implicitly repealed by | 32022R2529 | artikolu 1 | 01/01/2023 |
30.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1155
tal-15 ta' Frar 2017
li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 fejn jidħlu l-miżuri tal-kontroll relatati mal-kultivazzjoni tal-qanneb, ċerti dispożizzjonijiet dwar il-pagament ekoloġiku, il-pagament għall-bdiewa żgħażagħ fil-kontroll ta' persuna ġuridika, il-kalkolu tal-ammont għal kull unità fil-qafas tal-appoġġ akkoppjat volontarju, il-frazzjonijiet ta' intitolamenti għal pagament u ċerti rekwiżiti ta' notifika relatati mal-Iskema ta' Pagament Uniku Skont l-Erja u mal-Appoġġ Akkoppjat Volontarju, u li jemenda l-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa bi skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 35(2) u (3), l-Artikoli 44(5)(b) u 46(9)(a) u (c), l-Artikolu 50(11), l-Artikolu 52(9)(a) u l-Artikolu 67(1) u (2)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati li jagħmlu l-għoti ta' pagamenti kundizzjonali fuq l-użu ta' żrieragħ ċertifikati ta' ċerti varjetajiet ta' qanneb u li jistabbilixxu l-proċedura għad-determinazzjoni ta' varjetajiet ta' qanneb u l-verifika tal-kontenut ta' tetraidrokannabinol tagħhom (kontenut tat-THC) imsemmi fl-Artikolu 32(6) ta' dak ir-Regolament. Bħalissa, l-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 (2) jistipula biss l-obbligu tal-użu ta' żerriegħa tal-varjetajiet elenkati fil-“Katalgu Komuni ta' Varjetajiet ta' Speċi ta' Pjanti Agrikoli” u li tintuża żerriegħa ċertifikata skont id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE (3). Ir-regoli għad-determinazzjoni tal-varjetajiet tal-qanneb u l-verifika tal-kontenut ta' THC tagħhom attwalment stabbiliti fl-Artikolu 45 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 (4) u l-Anness ta' dak ir-Regolament għandhom jiġu inklużi fl-Artikolu 9 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 639/2014. |
(2) |
Ir-regoli għad-determinazzjoni ta' varjetajiet ta' qanneb u l-verifika tal-kontenut ta' THC huma bbażati fuq is-suppożizzjoni li l-qanneb huwa kkultivat bħala għalla ewlenija, iżda dawn mhumiex kompletament xierqa għall-qanneb ikkultivat bħala għalla intermedja. Peress li dan il-metodu tal-aħħar ta' kultivazzjoni wera li huwa xieraq għall-qanneb industrijali u kompatibbli mar-rekwiżiti ambjentali, huwa ġġustifikat li ż-żewġ dispożizzjonijiet jiġu adattati sabiex jitqiesu l-karatteristiċi tal-qanneb ikkultivat bħala għalla intermedja. F'dan il-kuntest, huwa xieraq ukoll li tiġi pprovduta definizzjoni tal-qanneb ikkultivat bħala għalla intermedja. |
(3) |
L-Artikolu 24 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-attivazzjoni tal-intitolamenti għal pagament. Sabiex tiġi evitata kull interpretazzjoni diverġenti, huwa xieraq li jiġi ċċarat li għall-finijiet tal-Artikolu 31(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, anki frazzjoni ta' intitolament għal pagament hija meqjusa bħala attivata għalkollox. Madankollu, għandu jiġi ddikjarat b'mod espliċitu li l-pagament jiġi kkalkulat abbażi tal-frazzjoni korrispondenti ta' ettaru eliġibbli. |
(4) |
L-Artikoli 38 sa 48 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 jistabbilixxu regoli li jissupplimentaw id-dispożizzjonijiet dwar prattiki standard tal-ekoloġizzazzjoni stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1307/2013. Abbażi tal-esperjenza miksuba matul l-ewwel sena meta ġew applikati dawn il-prattiki, huwa meħtieġ li jiġu emendati ċerti aspetti ta' dawk ir-regoli sabiex tiġi ssimplifikata l-implimentazzjoni tal-prattiki tal-ekoloġizzazzjoni għall-ġid tal-bdiewa u tal-amministrazzjonijiet nazzjonali filwaqt li jinżamm jew jitjieb l-impatt fuq l-ambjent u fuq il-klima. B'mod partikolari, il-modifiki għandhom jikkontribwixxu biex jiġu indirizzati l-azzjonijiet identifikati fil-konklużjonijiet tar-Rieżami ta' Nofs il-Mandat dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020 u jippermettu l-progress tal-kopertura tal-erja agrikola permezz ta' miżuri relatati mal-bijodiversità skont il-Politika Agrikola Komuni (5). |
(5) |
Fir-regoli dwar il-kalkolu tal-ishma ta' għelejjel differenti għad-diversifikazzjoni tal-għelejjel stipulati fl-Artikolu 40 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014, il-perjodu tad-diversifikazzjoni tal-għelejjel huwa bbażat fuq prattiki tal-kultivazzjoni tradizzjonali fl-Istati Membri. Huwa xieraq li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu perjodi differenti fuq livell reġjonali jew subreġjonali sabiex jitqiesu l-kundizzjonijiet klimatiċi differenti possibbli f'territorju partikolari ta' Stat Membru. F'xi sitwazzjonijiet speċifiċi meta tkun teżisti varjetà sinifikanti ta' għelejjel fuq erja żgħira, jeħtieġ li jkun possibbli, sabiex tiġi ssimplifikata d-dikjarazzjoni tal-għelejjel imkabbra, li jiġu ddikjarati bħala għalla waħda mħallta. |
(6) |
Fir-rigward tal-art mistrieħa, hu fundamentali li fl-Artikolu 45(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 jiġi stabbilit perjodu li matulu ma ssir l-ebda produzzjoni agrikola, ħalli tiġi żgurata l-effettività ambjentali ta' din l-art u biex tiġi evitata kull konfużjoni ma' erjas oħra bħall-bwar. Sabiex jitqiesu l-kundizzjonijiet agroklimatiċi differenti madwar l-Unjoni, l-Istati Membri għandu junu jistgħu jistabbilixxu dan il-perjodu biex il-bdiewa jkunu jistgħu jerġgħu jibdew jikkoltivaw l-għelejjel ewlenin qabel l-aħħar tas-sena. Madankollu, dan il-perjodu ma għandux ikun anqas minn sitt xhur sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' effettività ambjentali u biex tiġi evitata kull konfużjoni ma' erjas oħra. |
(7) |
Id-distinzjoni bejn il-karatteristiċi differenti tal-pajsaġġ elenkati fl-Artikolu 45(4) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 toħloq inċertezza għall-bdiewa meta jkunu qed jiddikjaraw l-erjas b'fokus ekoloġiku. Sabiex titnaqqas din l-inċertezza, li tiġi ssimplifikata l-ġestjoni tal-iskema għall-awtoritajiet tal-Istati Membri u li tiġi indirizzata l-kumplessità li jiltaqgħu magħha l-bdiewa meta jiddikjaraw l-erjas b'fokus ekoloġiku, is-sisien tal-ħaxix u l-ħbula msaġġra msemmija fil-punt (a) ta' dik id-dispożizzjoni u s-siġar f'linja msemmija fil-punt (c) ta' dik id-dispożizzjoni għandhom jitwaħħdu bħala tip wieħed ta' karatteristiċi tal-pajsaġġ biex b'hekk ikun japplika għalihom limitu wieħed uniku tad-dimensjoni. Barra minn hekk, għall-istess raġunijiet, l-erjas imsemmija fl-Artikolu 45(4)(d) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 għandhom jinġabru fi msajġar tal-għelieqi. |
(8) |
Barra minn hekk, anki jekk, kif iddikjarat fil-premessa 51 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014, ikun hemm bżonn dimensjonijiet massimi tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ biex jiġi żgurat li l-erja tkun fil-biċċa l-kbira agrikola, dawn il-limiti tad-dimensjoni ma għandhomx iwasslu għall-esklużjoni ta' karatteristiċi li jaqbżu dawn id-dimensjonijiet iżda li jkunu siewja għall-bijodiversità. Għalhekk, l-erja li tista' tiġi kkwalifikata bħala karatteristika tal-pajsaġġ skont l-Artikolu 45(4) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 għandha tiġi kkalkulata sad-dimensjoni massima tal-karatteristika. |
(9) |
Minħabba l-ġid ambjentali kbir tal-veġetazzjoni riparja msemmija fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 45(4) u fl-Artikolu 45(5) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014, huwa xieraq li jiġi stabbilit li għandha titqies il-veġetazzjoni riparja kollha ħalli jiġu kkalkulati l-erjas b'fokus ekoloġiku. |
(10) |
Għall-istess raġunijiet kif imsemmi fil-premessi 7 u 8 fir-rigward tal-Artikolu 45(4) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 639/2014, il-ġmiem madwar l-għelieqi, li bħalissa jissemmew fil-punt (e) ta' dik id-dispożizzjoni, għandhom jiġu inkorporati mal-biċċiet art' ta' lqugħ fl-Artikolu 45(5) ta' dak ir-Regolament u għandu jiġi stabbilit limitu uniku ta' dimensjoni fir-rigward tal-biċċiet art ta' lqugħ u tal-ġmiem madwar l-għelieqi. Din id-dimensjoni massima fir-rigward tal-biċċiet art ta' lqugħ u tal-ġmiem madwar l-għelieqi jeħtieġ li tirreferi għall-erja li tista' tiġi kkwalifikata bħala biċċiet art ta' lqugħ u ġmiem madwar l-għelieqi skont l-Artikolu 45(5) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014. Sabiex il-bdiewa jingħataw il-flessibbiltà massima, id-definizzjoni ta' biċċiet art ta' lqugħ skont il-KAAT 1, l-SMR 1 jew l-SMR 10 kif imsemmi fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u ta' ġmiem madwar l-għelieqi protetti skont il-KAAT 7, l-SMR 2 jew l-SMR 3 kif imsemmi f'dak l-Anness, għandha tiġi ssupplimentata minn biċċiet art ta' lqugħ u ġmiem oħra madwar l-għelieqi, biex tirreferi għal kull tip ta' ħbula mhux koperti minn dawn iż-żewġ kategoriji skont ir-regoli tal-kundizzjonalità. |
(11) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jippermetti li l-karatteristiċi tal-pajsaġġ u l-biċċiet art ta' lqugħ maġenb ir-raba' jkunumeqjusa bħala erjas b'fokus ekoloġiku. Sabiex jiġi massimizzat il-ġid ambjentali tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ u tal-biċċiet art ta' lqugħ imsemmija fl-Artikolu 45(4) u (5) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 639/2014 u jiġi mħeġġeġ il-ħarsien u l-manutenzjoni ta' elementi addizzjonali, din id-dispożizzjoni għandha tiġi ssupplimentata b'regoli li joffru flessibbiltà billi jitqiesu elementi oħra ta' valur lill-ambjent li jissodisfaw id-definizzjoni ta' dawn it-tipi ta' erjas b'fokus ekoloġiku u li mhumiex maġenb ir-raba' tal-azjenda. Għalhekk, meta dawnil-biċċa art ta' lqugħ u l-ġmiem madwar l-għelieqi jew il-karatteristika tal-pajsaġġ tkun maġenb l-erja b'fokus ekoloġiku, direttament maġenb ir-raba' tal-azjenda agrikola, din għandha tiġi rikonoxxuta wkoll bħala erja b'fokus ekoloġiku. |
(12) |
Għall-istess raġunijiet kif imsemmi fil-premessi 7 u 8 fir-rigward tal-Artikolu 45(4) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014, id-dimensjonijiet massimi stabbiliti fir-rigward tal-ħbula ta' ettari eliġibbli tul it-trufijiet ta' foresti msemmija fl-Artikolu 45(7) ta' dak ir-Regolament għandhom jirreferu għall-erja li tista' tikkwalifika bħala tali ħbula skont dik id-dispożizzjoni. |
(13) |
Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-punt (g) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, huwa xieraq li jiġi ċċarat li l-istabbiliment tar-rekwiżiti fir-rigward tal-użu ta' fertilizzanti minerali u/jew prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti huwa rilevanti biss jekk dawn il-prodotti tal-input jiġu awtorizzati. |
(14) |
L-iskadenza eżistenti għaż-żrigħ ta' għelejjel intermedji u koperturi veġetali stabbilita fl-Artikolu 45(9) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 mhux dejjem taħbat tajjeb mal-kundizzjonijiet agronomiċi u klimatiċi. Bil-ħsieb li jintlaħqu aħjar l-għanijiet ambjentali ta' din it-tip ta' erja b'fokus ekoloġiku, huwa xieraq li tinbidel l-iskadenza għaż-żrigħ ta' għelejjel intermedji u koperturi veġetali b'perjodu minimu ta' żmien li matulu għandu jkun hemm fis-seħħ erjas ikkultivati b'għelejjel intermedji u koperturi veġetali. Sabiex jipprovdu l-flessibilità meħtieġa biex jitqiesu l-kundizzjonijiet staġjonali tat-temp, l-Istati Membri għandhom jitħallew jistabbilixxu dak il-perjodu fl-aktar livell ġeografiku xieraq. Madankollu, peress li l-permanenza tal-għelejjel intermedji u l-koperturi veġetali fuq l-art hija fattur ewlieni biex tiġi żgurata l-adozzjoni effettiva tan-nitrat residwu u l-kopertura tal-ħamrija waqt li l-erja ma tkunx koperta mill-għalla ewlenija, it-tul minimu tal-perjodu għandu jiġi stabbilit fil-livell tal-Unjoni. Sabiex ikun hemm konsistenza mal-interpretazzjoni pprovduta dwar id-definizzjoni fuq il-ħxejjex jew foraġġ erbaċew ieħor stabbilita fl-Artikolu 4 (1)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għandu jkun possibbli wkoll li jinżergħu addizzjonalment għelejjel leguminużi fl-għalla ewlenija. Barra minn hekk, biex tkun żgurata l-konsistenza bejn il-prattiki ekwivalenti koperti bl-impenji u bl-iskemi taċ-ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 43(3)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, rispettivament, għandhom jiġu allinjati r-regoli dwar il-kwalifikazzjoni ta' għelejjel intermedji u koperturi veġetali bħala erjas b'fokus ekoloġiku. |
(15) |
Anki jekk, bħala regola ġenerali l-erjas b'għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu mkabbra bħala speċijiet puri biss għandhom jiġu kkwalifikati bħala erjas b'fokus ekoloġiku, għax fil-prattiki tal-kultivazzjoni tradizzjonali dawn l-għelejjel ħafna drabi jiġu mħallta ma' għelejjel oħra, huwa xieraq li jiġi permess li, skont l-Artikolu 45(10) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014, l-erjas b'taħlitiet ikunu jistgħu jiġu kkwalifikati wkoll bħala erjas b'fokus ekoloġiku diment li tkun żgurata l-predominanza tal-għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu f'dawn it-taħlitiet. Barra minn hekk, abbażi tal-esperjenza bl-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(10) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 u fid-dawl tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE (7) u d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), mhux meħtieġ li jiġu preskritti regoli speċifiċi fuq il-post ta' dawn l-għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu. Minflok, u bil-ħsieb li jissaħħu l-isforzi tal-Istati Membri biex jindirizzaw ir-riskju tal-lissija tan-nitroġenu fil-ħarifa, l-Istati Membri għandhom jitħallew jistabbilixxu kundizzjonijiet addizzjonali fuq l-għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu jekk dan ikun meħtieġ. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-prattiki ekwivalenti koperti mill-impenji u l-iskemi taċ-ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 43(3)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, rispettivament, għandhom jiġu allinjati r-regoli dwar il-kwalifikazzjoni ta' għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu bħala erja b'fokus ekoloġiku. |
(16) |
L-esperjenza bl-applikazzjoni tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 uriet li ċerti dispożizzjonijiet relatati mat-tipi ta' erja b'fokus ekoloġiku jeħtieġ li jkunu aktar dettaljati fir-rigward tar-rekwiżit tal-“ebda produzzjoni” inklużi r-regoli dwar il-qtugħ u r-ragħa bil-ħsieb li jintlaħaq l-għan tal-bijodiversità u sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma' strumenti oħra tal-Politika Agrikola Komuni. B'mod partikolari, f'dak li jirrigwarda r-rekwiżit tal-“ebda produzzjoni agrikola” applikabbli għat-tipi ta' erjas b'fokus ekoloġiku msemmija fl-Artikolu 45(2), (4)(e), (5) u (7) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014, għandu jiġi ċċarat li l-produzzjoni għandha tinftiehem bħala attività agrikola fis-sens tal-Artikolu 4(1)(c)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, u mhux fis-sens usa' tal-Artikolu 4(1)(ċ)(ii) u (iii) tal-istess Regolament, u ma għandhiex taffettwa r-regoli dwar il-kopertura minima tal-ħamrija skont il-KAAT 4 kif imsemmi fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Barra minn hekk, għandu jiġi inċentivat it-twettiq ta' azzjonijiet mill-bdiewa biex tiġi salvagwardjata u mtejba l-bijodiversità, b'mod partikolari billi jeħfief id-dakkir, bil-għan li tiġi stabbilita kopertura tal-ħamrija veġetali u li, pereżempju, jkunu koperti minn impenn agroambjentali tal-klima, ħalli b'hekk jiġu massimizzat il-ġid ambjentali. |
(17) |
Peress li t-tliet tipi ewlenin ta' erjas lil-bdiewa ddikjaraw bħala erjas b'fokus ekoloġiku fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma erjas produttivi jew jistgħu jkunu produttivi, jiġifieri huma art mistrieħa, għelejjel intermedji jew koperturi ekoloġiċi u għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu, il-prodotti għal-produzzjoni tal-pjanti aktarx li jintużaw f'erjas b'fokus ekoloġiku. Għalhekk, sabiex tiġi salvagwardjata u mtejba l-bijodiversità b'konformità mal-għanijiet tal-“ekoloġizzazjoni”, huwa xieraq li jiġi pprojbit l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti f'dawn l-erjas b'fokus ekoloġiku, li huma produttivi jew li jistgħu jkunu produttivi: art mistrieħa, ħbula ta' ettari eliġibbli tul it-trufijiet ta' foresti bil-produzzjoni, għelejjel intermedji jew koperturi veġetali u għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu. Meta l-għelejjel intermedji jew il-koperturi veġetali jkunu jikkonsistu minn ħaxix jew għelejjel leguminużi miżrugħa addizzjonalment fl-għalla ewlenija sabiex, għal raġunijiet ta' proporzjonalità, jiġu evitati konsegwenzi għall-ġestjoni tal-għalla ewlenija, din il-projbizzjoni għandha tapplika mill-mument tal-ħsad tal-għalla ewlenija. Sabiex tkun żgurata l-konsistenza tal-projbizzjoni tal-prattiki agronomiċi tas-soltu, tkun żgurata ċ-ċertezza legali u jiġu evitati diffikultajiet amministrattivi għall-bdiewa u għall-amministrazzjonijiet nazzjonali, għandu jiġi speċifikat li l-projbizzjoni għaż-żrigħ addizzjonali għandha tapplika mill-anqas għal perjodu minimu, daqs il-perjodu minimu li matulu ż-żoni b'għelejjel intermedji jew b'kopertura veġetali għandhom ikunu fis-seħħ meta jiġu stabbiliti billi tinżera' taħlita ta' speċijiet ta' għelejjel, jew sakemm jinżergħu l-għelejjel ewlenin li jkun imiss. |
(18) |
L-Artikolu 49 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 jistabbilixxi r-regoli li skonthom persuni ġuridiċi jkollhom aċċess għall-Pagament għall-Bdiewa Żgħażagħ stabbilit fl-Artikolu 50(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. Abbażi tal-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tal-Artikolu 49(3) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014, għandha tiġi pprovduta kjarifika ulterjuri dwar l-interpretazzjoni tar-rekwiżit stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward taż-żmien meta bidwi żagħżugħ li jeżerċita kontroll effettiv u fit-tul fuq persuna ġuridika għandu jikkonforma mal-limitu tal-età. B'mod partikolari, huwa xieraq li jiġi ċċarat li l-bidwi żagħżugħ irid jikkonforma mal-limitu tal-età ta' 40 sena fis-sena tal-ewwel preżentazzjoni tal-applikazzjoni bl-Iskema tal-Pagament Bażiku jew bl-Iskema tal-Pagament Uniku Skont l-Erja mill-persuna ġuridika b'bidwi żagħżugħ li jkollu l-kontroll. |
(19) |
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014, l-ammont għal kull unità ta' appoġġ akkoppjat volontarju jirriżulta mill-proporzjon bejn l-ammont stabbilit għall-finanzjament tal-miżura rilevanti u, jew il-limitu kwantitattiv stabbilit skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) jew l-għadd ta' ettari jew annimali li huma eliġibbli għall-appoġġ fis-sena inkwistjoni. Huwa xieraq li dik id-dispożizzjoni tiġi riformulata b'mod li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu l-ammont għal kull unità f'valur fil-medda bejn dawn iż-żewġ valuri fejn l-għadd ta' unitajiet eliġibbli jkun inqas mil-limitu kwantitattiv. |
(20) |
Skont l-Artikolu 64(5) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014, l-Istati Membri li japplikaw l-Iskema tal-Pagament Uniku Skont l-Erja skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta' Settembru ta' kull sena dwar l-għadd totali ta' ettari ddikjarati mill-bdiewa skont dik l-iskema. Madankollu, dik l-informazzjoni tiġi notifikata lill-Kummissjoni kull sena f'aktar dettall skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014. Għalhekk l-Artikolu 64(5) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 jista' jitħassar. |
(21) |
Abbażi tal-esperjenza tal-Kummissjoni fil-ġestjoni tan-notifiki li għandhom x'jaqsmu mal-ekoloġizzazzjoni skont l-Artikolu 65 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014, għandhom isiru xi aġġustamenti fil-kontenut tagħhom, inkluż fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-ekoloġizzazzjoni tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 kif emendat b'dan ir-Regolament. |
(22) |
Skont l-Artikolu 67(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar in-numru totali ta' benefiċjarji, l-ammont tal-pagamenti li ngħataw kif ukoll l-erja totali u l-għadd totali ta' annimali li għalihom fil-fatt tħallas l-appoġġ għal kull waħda mill-miżuri ta' appoġġ akkoppjat u kull wieħed mit-tipi speċifiċi ta' biedja jew setturi agrikoli speċifiċi kkonċernati. |
(23) |
Mis-sena tat-talba tal-2015, l-għadd totali ta' benefiċjarji u l-erja totali jew l-għadd totali ta' annimali ddikjarati u determinati għal kull miżura ta' appoġġ akkoppjat volontarju qed jiġu notifikati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9(1) u (3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014. Barra minn hekk, mis-sena tat-talba tal-2016, l-ammont tal-pagamenti li ngħataw għal kull miżura ta' appoġġ akkoppjat se jiġi inkluż fil-komunikazzjoni tal-informazzjoni mill-Istati Membri skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (9). Għalhekk l-Artikolu 67(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 għandu jitħassar. |
(24) |
Għalhekk ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 għandu jiġi emendat skont dan. |
(25) |
Minħabba l-emenda ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 fir-rigward tat-tipi ta' erjas b'fokus ekoloġiku, huwa meħtieġ li jsiru bidliet fl-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, b'mod partikolari billi tiġi adattata l-lista ta' tipi ta' erjas b'fokus ekoloġiku u l-fatturi korrispondenti, meta meħtieġ. Il-premessa 45 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tenfasizza l-importanza li erja b'fokus ekoloġiku tiġi stabbilita b'mod koerenti. Għalhekk, il-fatturi tal-konverżjoni u tal-użin applikabbli għal prattiki ekwivalenti għandhom ikunu konsistenti mal-fatturi applikabbli għall-prattiki standard simili jew identiċi. Fl-interess taċ-ċertezza legali u t-trattament ugwali bejn il-bdiewa, l-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandu jiġi emendat kif xieraq. |
(26) |
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Madankollu, billi l-kjarifika tal-Artikolu 49(3) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 u r-riformulazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) ta' dak ir-Regolament jirriflettu interpretazzjoni mogħtija lil dawk id-dispożizzjonijiet sa mill-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament, huwa xieraq li dawk l-emendi japplikaw retroattivament. Meta wieħed iqis iż-żmien meħtieġ biex l-awtoritajiet nazzjonali jaġġornaw l-għodod amministrattivi eżistenti tagħhom u biex jinfurmaw lill-bdiewa minn qabel biżżejjed dwar l-emendi tad-dispożizzjonijiet tal-ekoloġizzazzjoni magħmula minn dan ir-Regolament, dawk l-emendi għandhom japplikaw biss fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mas-snin kalendarji li jibdew mill-1 ta' Jannar 2018. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu japplikawhom fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mas-sena kalendarja tal-2017, filwaqt li jqisu li kull għażla f'dan ir-rigward għandha tkun koerenti mill-perspettiva tal-bdiewa. Għandu jiġi stipulat obbligu ta' notifika fir-rigward tal-bidliet konsegwenzjali għal notifiki preċedenti relatati ma' dik is-sena kalendarja, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014
Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 jiġi emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 9 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 9 Il-qanneb 1. Għall-finijiet tal-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-eliġibbiltà ta' żoni użati għall-produzzjoni tal-qanneb għandha tkun soġġetta għall-użu taż-żerriegħa tal-varjetajiet elenkati fil-“Katalgu Komuni ta' Varjetajiet ta' Speċijiet ta' Pjanti Agrikoli” fil-15 ta' Marzu tas-sena li għaliha jkun qed jingħata l-pagament u jiġi ppubblikat b'konformità mal-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE (*1). Iż-żerriegħa għandha tiġi ċċertifikata b'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE (*2). 2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu s-sistema għad-determinazzjoni tal-kontenut ta' Δ9-tetraidrokannabinol (minn hawn 'il quddiem il-“kontenut tat-THC”) fil-varjetajiet tal-qanneb, li tippermettilhom japplikaw il-metodu stabbilit fl-Anness III. 3. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha żżomm ir-rekords relatati mas-sejbiet tal-kontenut tat-THC. Għal kull varjetà, dawn ir-rekords għandu jkun fihom tal-anqas ir-riżultati f'termini tal-kontenut tat-THC minn kull kampjun, mogħtija bħala persentaġġ b'żewġ ċifri wara l-punt deċimali, il-proċedura użata, l-għadd ta' testijiet li jkunu twettqu, indikazzjoni tal-punt meta ttieħed il-kampjun u l-miżuri meħudin fuq livell nazzjonali. 4. Jekk il-medja tal-kampjuni kollha ta' varjetà partikolari taqbeż il-kontenut tat-THC kif stabbilit fl-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri għandhom jużaw il-proċedura B kif deskritta fl-Anness III ta' dan ir-Regolament għall-varjetà kkonċernata matul is-sena tat-talba ta' wara. Din il-proċedura għandha tintuża matul is-snin tat-talba ta' wara, diment li r-riżultati analitiċi kollha għall-varjetà partikolari ma jkunux anqas mill-kontenut tat-THC kif stabbilit fl-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. 5. Jekk għat-tieni sena l-medja tal-kampjuni kollha ta' varjetà partikolari taqbeż il-kontenut tat-THC kif stabbilit fl-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bit-talba għall-awtorizzazzjoni biex tiġi pprojbita l-kummerċjalizzazzjoni tat-tali varjetà skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2002/53/KE. Din in-notifika għandha tintbagħat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*3) sa mhux aktar tard mill-15 ta' Jannar tas-sena tat-talba ta' wara. Minn din is-sena tat-talba, il-varjetà koperta minn dik it-talba ma għandhiex tkun eliġibbli għall-pagamenti diretti fl-Istat Membru kkonċernat. 6. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-“qanneb ikkultivat bħala għalla intermedja” tfisser għalla tal-qanneb miżrugħa wara t-30 ta' Ġunju ta' sena partikolari. 7. L-għelejjel tal-qanneb għandhom jibqgħu jiġu kkultivati fil-kundizzjonijiet normali tat-tkabbir skont il-prattika lokali għal mill-anqas 10 ijiem wara d-data meta tintemm il-fjoritura sabiex ikunu jistgħu jsiru l-verifiki meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Il-qanneb ikkultivat bħala għalla intermedja għandu jibqa' jiġi kkultivat fil-kundizzjonijiet normali tat-tkabbir skont il-prattika lokali tal-anqas sa tmiem il-perjodu tal-veġetazzjoni. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li l-qanneb jinħasad wara li tkun bdiet il-fjoritura iżda qabel ma jintemm il-perjodu ta' 10 ijiem wara tmiem il-fjoritura, dejjem jekk l-ispetturi jindikaw liema partijiet rappreżentattivi minn kull roqgħa art ikkonċernata jridu jibqgħu jiġu kkultivati għal mill-inqas 10 ijiem minn meta tintemm il-fjoritura għall-għanijiet ta' spezzjoni, skont il-metodu stabbilit fl-Anness III. (*1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta' katalgi ta' speċijiet ta' pjanti agrikoli (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1)." (*2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74)." (*3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).”" |
(2) |
Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: “2. Meta bidwi jiddikjara għadd ta' intitolamenti għal pagament li jaqbżu l-erjaeliġibbli kollha tiegħu li ddikjara skont l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-intitolament għal pagament jew il-frazzjoni ta' intitolament għal pagament li jaqbeż parzjalment dik l-erja eliġibbli għandu jitqies bħala attivat għalkollox għall-finijiet tal-Artikolu 31(1)(b) ta' dak ir-Regolament. Madankollu, il-pagament għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-frazzjoni korrispondenti ta' ettaru eliġibbli.” |
(3) |
L-Artikolu 40 jiġi emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Artikolu 45 jiġi emendat kif ġej:
|
(5) |
Fl-Artikolu 49(3) jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Bidwi żagħżugħ li jeżerċita kontroll effettiv u fit-tul fuq il-persuna ġuridika skont it-tifsira tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għall-finijiet tal-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, ma għandux ikollu aktar minn 40 sena fis-sena tal-ewwel preżentazzjoni tal-applikazzjoni fl-Iskema tal-Pagament Bażiku jew fl-Iskema tal-Pagament Uniku Skont l-Erja minn dik il-persuna ġuridika b'bidwi żagħżugħ li jkollu l-kontroll.” |
(6) |
Fl-Artikolu 53(2), it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej: “Il-pagament annwali għandu jkun espress bħala l-ammont ta' appoġġ għal kull unità. Dan jista' jkun wieħed mill-ammonti li ġejjin jew, meta l-erja jew l-għadd ta' annimali eliġibbli għall-appoġġ ma jkunx jaqbeż l-erja jew l-għadd ta' annimali stabbiliti kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, ammont bejniethom:
|
(7) |
Fl-Artikolu 64 jitħassar il-paragrafu 5. |
(8) |
L-Artikolu 65(1) jiġi emendat kif ġej:
|
(9) |
Fl-Artikolu 67 jitħassar il-paragrafu 2. |
(10) |
Jiżdied l-Anness III, li t-test tiegħu hu stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013
L-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Il-miżuri tranżitorji
1. Permezz ta' deroga mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 4, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw l-emendi kollha jew uħud minnhom li saru bil-punti (3), (4) u (8) tal-Artikolu 1 u, bħala konsegwenza, l-emenda li saret bl-Artikolu 2 fir-rigward ta' karatteristiċi standard ta' erjas b'fokus ekoloġiku, fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mas-sena kalendarja tal-2017.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u għandhom jinformaw lill-bdiewa bid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u bil-bidliet konsegwenzjali għan-notifiki magħmula skont l-Artikolu 65(1) sa (4) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 sa mhux aktar tard minn xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punti (3), (4), u (8) tal-Artikolu 1 u l-Artikolu 2 għandhom japplikaw għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mas-snin kalendarji li jibdew mill-1 ta' Jannar 2018.
Il-punti (5) u (6) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw fir-rigward ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mas-snin kalendarji wara s-sena kalendarja 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 tal-11 ta' Marzu 2014, li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lil bdiewa skont skemi ta' appoġġ fi ħdan il-qafas tal-politika agrikola komuni u li jemenda l-Anness X ta' dak ir-Regolament (ĠU L 181, 20.6.2014, p. 1).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69).
(5) COM(2015) 478 final, Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Ir-Rieżami ta' Nofs il-Mandat dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020.
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).
(7) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).
(8) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
(9) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta' kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59).
ANNESS I
ANNESS III
Metodu tal-Unjoni biex jiġi stabbilit b'mod kwantitattiv il-kontenut ta' Δ9-tetraidrokannabinol fil-varjetajiet tal-qanneb
1. Il-kamp ta' applikazzjoni
Il-metodu stabbilit f'dan l-Anness ifittex li jistabbilixxi l-kontenut ta' Δ9-tetraidrokannabinol (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “THC”) ta' varjetajiet tal-qanneb (Cannabis sativa L.). Skont kif xieraq, il-metodu jinvolvi l-applikazzjoni tal-proċedura A jew B kif deskritt f'dan l-Anness.
Dan il-metodu hu bbażat fuq l-istabbilizzazzjoni kwantitattiva tat-THC permezz tal-kromatografija b'fażi gassuża (GC) wara l-estrazzjoni b'solvent xieraq.
1.1. Il-proċedura A
Il-proċedura A għandha tintuża għall-verifiki tal-produzzjoni tal-qanneb kif imsemmi fl-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u fl-Artikolu 30(g) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 (*1).
1.2. Il-proċedura B
Il-proċedura B għandha tintuża fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 36(6) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014.
2. It-teħid tal-kampjuni
2.1. Il-kampjuni
Il-kampjuni għandhom jittieħdu matul il-ġurnata u b'mod sistematiku biex ikun żgurat li l-kampjun ikun jirrappreżenta l-uċuħ tal-għalqa iżda ma jkunx jinkludi l-uċuħ tat-truf.
2.1.1. Għall-proċedura A: minn wiċċ tar-raba' mhux maħsud ta' varjetà partikolari tal-qanneb, għandha tittieħed biċċa twila 30 cm li jkun fiha tal-inqas inflorexxenza femminili waħda għal kull pjanta magħżula. Il-kampjuni għandhom jittieħdu matul perjodu li jibda wara 20 jum wara li tibda l-fjoritura sa għaxart (10) ijiem wara li din tintemm.
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li l-kampjuni jittieħdu matul il-perjodu minn meta tibda l-fjoritura sa 20 jum wara diment li, għal kull varjetà mkabbra, jittieħdu kampjuni rappreżentattivi oħra skont l-ewwel subparagrafu matul il-perjodu minn 20 jum wara li tibda l-fjoritura sa għaxart (10) ijiem wara li din tintemm.
Għall-qanneb imkabbar bħala għalla intermedja, jekk ma jkunx hemm inflorexxenza femminili, għandhom jittieħdu t-30 cm ta' fuq nett taz-zokk. F'dak il-każ, il-kampjuni għandhom jittieħdu eżattament qabel tmiem il-perjodu tal-veġetazzjoni, meta l-weraq jibdew jisfaru kemm kemm, iżda mhux aktar tard minn meta jibda l-perjodu previst tal-ġlata.
2.1.2. Għall-proċedura B: minn wiċċ tar-raba' mhux maħsud ta' varjetà partikolari tal-qanneb, għandu jittieħed it-terz ta' fuq ta' kull pjanta magħżula. Il-kampjuni għandhom jittieħdu matul l-għaxart (10) ijiem wara li tintemm il-fjoritura, jew għall-qanneb imkabbar bħala għalla intermedja, jekk ma jkunx hemm inflorexxenza femminili, eżattament qabel tmiem il-perjodu tal-veġetazzjoni, meta l-weraq jibdew jisfaru kemm kemm, iżda mhux aktar tard minn meta jibda l-perjodu previst tal-ġlata. Fil-każ ta' varjetajiet li għandhom organi maskili u femminili fuq pjanti separati, għandhom jittieħdu biss il-pjanti femminili.
2.2. Id-daqs tal-kampjun
Għall-proċedura A: il-kampjun għandu jkun fih partijiet ta' 50 pjanta għal kull għalqa.
Għall-proċedura B: il-kampjun għandu jkun fih partijiet ta' 200 pjanta għal kull għalqa.
Kull kampjun għandu jitqiegħed f'basket tad-drapp jew tal-karti mingħajr ma jitgħaffeġ u għandu jintbagħat fil-laboratorju għall-analiżi.
L-Istat Membru jista' jipprevedi li jittieħed kampjun ieħor għal kontroanaliżi, jekk ikun meħtieġ, u dan għandu jżommu l-produttur jew il-korp responsabbli għall-analiżi.
2.3. It-tnixxif u l-ħżin tal-kampjun
Il-kampjuni għandhom jibdew jitnixxfu minnufih u, f'kull każ, fi żmien 48 siegħa permezz ta' xi metodu b'temperatura ta' inqas minn 70 °C.
Il-kampjuni għandhom jitnixxfu sakemm jintlaħaq piż kostanti u sakemm jintlaħaq kontenut ta' ndewwa ta' bejn 8 % u 13 %.
Wara li jitnixxfu, il-kampjuni għandhom jinħażnu mingħajr ma jitgħaffġu f'post mudlam b'temperatura ta' inqas minn 25 °C.
3. L-istabbilizzazzjoni tal-kontenut tat-THC
3.1. It-tħejjija tal-kampjun għat-test
Iz-zkuk u ż-żerriegħa li huma akbar minn 2 mm għandhom jitneħħew mill-kampjuni mnixxfa.
Il-kampjuni mnixxfa għandhom jintaħnu biex jinkiseb trab parzjalment fin (li jgħaddi minn passatur b'toqob ta' millimetru (1 mm)).
It-trab jista' jinħażen għal għaxar (10) ġimgħat f'post mudlam u niexef b'temperatura ta' inqas minn 25 °C.
3.2. Reaġenti u taħlita likwida għall-estrazzjoni
Reaġenti
— |
Δ9-tetraidrokannabinol, pur għall-għanijiet tal-kromatografija, |
— |
Skwalan, pur għall-għanijiet tal-kromatografija, bħala standard intern. |
Taħlita likwida għall-estrazzjoni:
— |
35 mg ta' skwalan għal kull 100 ml ta' eżan. |
3.3. Estrazzjoni tat-THC
100 mg tal-kampjun tat-test f'forma ta' trab għandhom jintiżnu, jitqiegħdu f'tubu taċ-ċentrifugazzjoni u magħhom jiżdiedu 5 ml mit-taħlita likwida għall-estrazzjoni li jkun fiha l-istandard intern.
Il-kampjun għandu jitqiegħed f'banju ultrasoniku u jitħalla għal 20 minuta. Dan għandu jingħadda minn proċess taċ-ċentrifugazzjoni għal ħames minuti bi 3 000 r.p.m u mbagħad għandha titneħħa t-taħlita likwida tat-THC supernatanti. It-taħlita likwida għandha tiġi injettata fil-kromatografu u għandha ssir analiżi kwantitattiva.
3.4. Il-kromatografija b'fażi gassuża
(a) L-apparat
— |
kromatografu tal-gass b'individwatur tal-jonizzazzjoni bi fjamma u injettatur maqsum/mhux maqsum, |
— |
kolonna li tippermetti separazzjoni tajba tal-kannabinojdi, pereżempju kolonna kapillari tal-ħġieġ li tkun twila 25 m u li jkollha dijametru ta' 0,22 mm, imxappa b'5 % ta' fażi ta' fenil-metil-silossan mhux polari. |
(b) Il-firxiet tal-kalibrazzjoni
Tal-inqas tliet punti għall-proċedura A u ħames punti għall-proċedura B, inkluż il-punti 0,04 u 0,50 mg/ml ta' THC f'taħlita likwida għall-estrazzjoni.
(c) Il-kundizzjonijiet tat-test
Il-kundizzjonijiet li ġejjin qed jingħataw bħala eżempju għall-kolonna msemmija fil-punt (a):
— |
temperatura tal-forn: 260 °C; |
— |
temperatura tal-injettatur: 300 °C; |
— |
temperatura tal-individwatur: 300 °C. |
(d) Il-volum injettat: 1 μl.
4. Ir-riżultati
Is-sejbiet għandhom jingħataw bħala ċifra b'żewġ ċifri wara l-punt deċimali, mogħtija fi grammi ta' THC għal kull 100 gramma tal-kampjun analitiku mnixxef sakemm jintlaħaq piż kostanti. Għandha tiġi applikata tolleranza ta' 0,03 g għal kull 100 g.
— |
Għall-proċedura A: riżultat stabbilit wieħed għal kull kampjun tat-test. |
Iżda meta r-riżultat miksub jaqbeż il-limitu stabbilit fl-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għandu jiġi stabbilit riżultat ieħor għal kull kampjun tal-analiżi u r-riżultat għandu jkun il-valur medju taż-żewġ riżultati stabbiliti.
— |
Għall-proċedura B: ir-riżultat għandu jikkorrispondi għall-valur medju ta' żewġ riżultati stabbiliti għal kull kampjun tat-test. |
ANNESS II
ANNESS X
Il-fatturi tal-konverżjoni u tal-ponderazzjoni msemmija fl-Artikolu 46(3)
Il-karatteristiċi |
Il-fattur tal-konverżjoni (m/siġra għal m2) |
Il-fattur tal-ponderazzjoni |
Żona b'fokus ekoloġiku (jekk jiġu applikati ż-żewġ fatturi) |
||
Art mistrieħa (għal kull 1 m2) |
Mhux applikabbli (n.a.) |
1 |
1 m2 |
||
Raba' mtarraġ (għal kull 1 m) |
2 |
1 |
2 m2 |
||
Il-karatteristiċi tal-pajsaġġ: |
|
|
|
||
|
Sisien tal-ħaxix/meded ta' art imsaġġra/siġar f'linja dritta (għal kull 1 m) |
5 |
2 |
10 m2 |
|
|
Siġar iżolati (għal kull siġra) |
20 |
1,5 |
30 m2 |
|
|
Irqajja' tas-siġar (għal kull 1 m2) |
n.a. |
1,5 |
1,5 m2 |
|
|
Għadajjar (għal kull 1 m2) |
n.a. |
1,5 |
1,5 m2 |
|
|
Fossijiet (għal kull 1 m) |
5 |
2 |
10 m2 |
|
|
Ħitan tal-ġebel tradizzjonali (għal kull 1 m) |
1 |
1 |
1 m2 |
|
|
Karatteristiċi oħrajn mhux imsemmija hawn fuq iżda protetti skont il-KAAT7, l-SMR 2 jew l-SMR 3 (għal kull 1 m2) |
n.a. |
1 |
1 m2 |
|
Biċċiet art ta' lqugħ u ġmiem madwar l-għelieqi (għal kull 1 m) |
6 |
1,5 |
9 m2 |
||
Ettari agroforestali (għal kull 1 m2) |
n.a. |
1 |
1 m2 |
||
Meded ta' ettari eliġibbli fi truf il-foresti (għal kull 1 m) |
|
|
|
||
|
Bla produzzjoni |
6 |
1,5 |
9 m2 |
|
Bi produzzjoni |
6 |
0,3 |
1,8 m2 |
||
Żoni bi msaġar b'newba qasira (għal kull 1 m2) |
n.a. |
0,3 |
0,3 m2 |
||
Żoni msaġġra kif imsemmi fl-Artikolu 32(2)(b)(ii) (għal kull 1 m2) |
n.a. |
1 |
1 m2 |
||
Żoni b'għelejjel intermedji jew b'kopertura veġetali (għal kull 1 m2) |
n.a. |
0,3 |
0,3 m2 |
||
Żoni b'għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu (għal kull 1 m2) |
n.a. |
0,7 |
0,7 m2 |
Il-fatturi tal-konverżjoni u tal-ponderazzjoni msemmija fl-Artikolu 46(3) li jridu jiġu applikati għall-karatteristiċi inklużi fil-prattiki ekwivalenti kif elenkat fit-Taqsima III tal-Anness IX
Żona b'fokus ekoloġiku ekwivalenti |
Żona b'fokus ekoloġiku ta' standard simili |
Fattur tal-konverżjoni |
Fattur tal-ponderazzjoni |
Żona b'fokus ekoloġiku (jekk jiġu applikati ż-żewġ fatturi) |
||
|
Art mistrieħa |
n.a. |
1 |
1 m2 |
||
|
Biċċiet art ta' lqugħ u ġmiem madwar l-għelieqi |
6 |
1,5 |
9 m2 |
||
|
Biċċiet art ta' lqugħ u ġmiem madwar l-għelieqi |
6 |
1,5 |
9 m2 |
||
|
|
|
|
|
||
Borduri, ħbula fl-għelieqi (għal kull 1 m) |
Biċċiet art ta' lqugħ u ġmiem madwar l-għelieqi |
6 |
1,5 |
9 m2 |
||
Irqajja' tal-art (għal kull 1 m2) |
Irqajja' tas-siġar |
n.a. |
1,5 |
1,5 m2 |
||
|
|
|
|
|
||
Siġar iżolati (għal kull siġra) |
Siġar iżolati |
20 |
1,5 |
30 m2 |
||
Siġar f'linja dritta (għal kull 1 m) |
Sisien tal-ħaxix/meded ta' art imsaġġra/siġar f'linja dritta |
5 |
2 |
10 m2 |
||
Grupp ta' siġar/irqajja' tas-siġar (għal kull 1 m2) |
Irqajja' tas-siġar |
n.a. |
1,5 |
1,5 m2 |
||
Ringieli ta' sġajriet (għal kull 1 m) |
Sisien tal-ħaxix/strixxi tal-injam/linji msaġġra |
5 |
2 |
10 m2 |
||
Veġetazzjoni ta' bosk f'xatt ta' xmara (għal kull 1 m) |
Sisien tal-ħaxix/strixxi tal-injam/linji msaġġra |
5 |
2 |
10 m2 |
||
Raba' mtarraġ (għal kull 1 m) |
Raba' mtarraġ |
2 |
1 |
2 m2 |
||
Ħitan tal-ġebel (għal kull 1 m) |
Ħitan tal-ġebel tradizzjonali |
1 |
1 |
1 m2 |
||
Fossijiet (għal kull 1 m) |
Fossijiet |
5 |
2 |
10 m2 |
||
Għadajjar (għal kull 1 m2) |
Għadajjar |
n.a. |
1,5 |
1,5 m2 |
||
|
Art li titħalla tistrieħ |
n.a. |
1 |
1 m2 |
||
|
Żoni bi msaġar b'newba qasira; Meded fi truf il-foresti bi produzzjoni; Żoni b'għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu |
n.a. |
0,3 0,7 għall-għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu |
0,3 m2 0,7 m2 |
||
|
Art li titħalla tistrieħ |
n.a. |
1 |
1 m2 |