Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1153

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153 tat-2 ta’ Ġunju 2017 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu determinati l-parametri ta’ korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessa l-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    C/2017/3491

    ĠU L 175, 7.7.2017, p. 679–707 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2020

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1153/oj

    7.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 175/679


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1153

    tat-2 ta’ Ġunju 2017

    li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu determinati l-parametri ta’ korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessa l-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(9) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(7) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Proċedura ġdida għat-test regolatorju tal-kejl tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum tal-fjuwil ta’ vetturi ħfief, il-Proċedura ta’ Ttestjar Armonizzata Fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (WLTP), stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/AAA1151 (2), se tieħu post iċ-Ċiklu tas-Sewqan Ewropew Ġdid (NEDC), li qed jintuża bħalissa skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (3), b’effett mill-1 ta’ Settembru 2017. Id-WLTP hija mistennija tipprovdi valuri tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum tal-fjuwil li huma iktar rappreżentattivi tal-kondizzjonijiet reali tas-sewqan.

    (2)

    Sabiex tiġi kkunsidrata d-differenza fil-livell tal-emissjonijiet ta’ CO2 imkejjel skont l-NEDC eżistenti u l-proċeduri l-ġodda tad-WLTP, jenħtieġ li tiġi pprovduta metodoloġija għall-korrelazzjoni ta’ dawk il-valuri sabiex tkun tista’ tiġi ddeterminata l-konformità tal-manifatturi mal-miri tal-emissjonijiet ta’ CO2 speċifiċi tagħhom skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009.

    (3)

    Id-WLTP se tiddaħħal b’mod gradwali, billi tibda bit-tipi ġodda ta’ vetturi mill-1 ta’ Settembru 2017 u se tiġi estiża għall-vetturi kollha mill-1 ta’ Settembru 2018. Mill-1 ta’ Settembru 2019, meta anki l-vetturi ta’ tmiem is-serje jkunu ġew eliminati gradwalment, il-vetturi l-ġodda kollha introdotti fis-suq tal-Unjoni se jiġu ttestjati skont id-WLTP. Jixraq li matul dan il-perjodu tkompli tiġi vverifikata l-konformità mal-miri ta’ emissjonijiet speċifiċi bl-użu tal-NEDC fuq il-bażi tal-valuri tal-emissjonijiet ta’ CO2.

    (4)

    Madankollu, ikun aħjar jekk il-piż tal-ittestjar jiġi limitat kemm għall-manifatturi kif ukoll għall-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u, għalhekk, jenħtieġ li tiġi pprovduta l-possibbiltà li jiġu ddeterminati l-valuri tal-emissjonijiet ta’ CO2 ta’ referenza tal-NEDC permezz ta’ simulazzjonijiet. Għal dak l-għan ġiet żviluppata għodda speċifika għas-simulazzjoni tal-vetturi (l-għodda ta’ korrelazzjoni). Jenħtieġ li d-dejta tal-input għall-għodda ta’ korrelazzjoni ma tkunx tirrekjedi testijiet addizzjonali iżda tiġi dderivata mit-testijiet ta’ approvazzjoni tat-tip tad-WLTP.

    (5)

    F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(7) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, l-istretezza tar-rekwiżiti ta’ tnaqqis tas-CO2 wara l-bidla għad-WLTP trid tibqa’ komparabbli, għall-manifatturi u għall-vetturi ta’ utilità differenti, għal dik iddefinita fir-Regolament (KE) Nru 443/2009 b’riferiment għal-livelli ta’ emissjonijiet ta’ CO2 iddeterminati skont il-proċedura tal-NEDC. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-proċedura ta’ korrelazzjoni tqis dawk il-kondizzjonijiet tat-test tal-NEDC li huma meħtieġa b’mod espliċitu għall-għoti ta’ approvazzjoni tat-tip.

    (6)

    Jista’ jkun hemm teknoloġiji tal-vetturi avvanzati jew konfigurazzjonijiet ta’ teknoloġiji speċifiċi li jista’ jkun li l-għodda ta’ korrelazzjoni ma tkunx kapaċi tipprovdi valuri tas-CO2 tal-NEDC bi preċiżjoni suffiċjenti. F’dawk il-każijiet, jenħtieġ li l-manifattur ikollu l-possibbiltà li minflok iwettaq test fiżiku tal-vettura. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwi, jenħtieġ li għal dawk it-testijiet ikunu japplikaw l-istess kondizzjonijiet tat-test tal-NEDC li ġew iddefiniti għall-għodda ta’ korrelazzjoni.

    (7)

    Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 jipprovdi numru ta’ modalitajiet li jistgħu jiġu applikati sabiex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi. Sabiex tiġi żgurata strettezza komparabbli, hemm bżonn li jsiru ċerti aġġustamenti għall-kalkolu tas-super krediti speċifikati fl-Artikolu 5a tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u għall-iffrankar tal-ekoinnovazzjoni msemmi fl-Artikolu 12 ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, il-kondizzjonijiet ta’ qafas għal dawk il-modalitajiet ma jitqisux direttament dipendenti fuq il-proċedura tat-test applikabbli u konsegwentement, jenħtieġ li dawn jinżammu mingħajr aġġustamenti, inklużi l-limiti stabbiliti kemm għas-super krediti kif ukoll għall-iffrankar tal-ekoinnovazzjoni.

    (8)

    Importanti li jiġi żgurat li t-tolleranzi proċedurali u l-outputs tal-għodod ta’ korrelazzjoni jiġu applikati kif maħsub u mhux bħala mezz sabiex jitbaxxew b’mod artifiċjali l-valuri tal-emissjonijiet ta’ CO2 għall-finijiet ta’ konformità mal-miri. Għaldaqstant, jenħtieġ li jsir numru limitat ta’ testijiet fiżiċi aleatorji sabiex jiġi vverifikat li d-dejta tal-input u l-valuri ta’ referenza tal-NEDC ibbażati fuq l-output tal-għodda ta’ korrelazzjoni huma ddeterminati kif suppost. Jekk, bħala riżultat ta’ test aleatorju, jinstab li manifattur iddikjara valur tas-CO2 tal-NEDC għall-fini tal-approvazzjoni tat-tip li huwa inqas mit-tolleranza permessa fir-riżultat tal-kejl jew jekk tkun ġiet ipprovduta dejta tal-input żbaljata, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Kummissjoni li tiddetermina u tapplika koeffiċjent ta’ korrezzjoni sabiex iżżid l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ manifattur. Dan jenħtieġ li jaġixxi wkoll bħala diżinċentiv għal kwalunkwe abbuż jew sfruttament eċċessiv tat-tolleranzi tal-kejl.

    (9)

    Il-monitoraġġ tal-valuri tal-emissjonijiet ta’ CO2 huwa stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 (4) u dawn id-dispożizzjonijiet iridu wkoll jiġu aġġustati għall-proċedura l-ġdida tat-test. Bid-WLTP, valur speċifiku tal-emissjonijiet ta’ CO2 se jiġi kkalkolat u rreġistrat fiċ-ċertifikat tal-konformità ta’ kull vettura individwali. Sabiex dawk il-valuri jiġu ssorveljati u vverifikati b’mod effettiv, hemm bżonn li jintużaw in-numri ta’ identifikazzjoni tal-vettura bħala bażi għall-monitoraġġ.

    (10)

    Fid-dawl tal-adattamenti estensivi meħtieġa fis-sistemi ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi u ta’ monitoraġġ tas-CO2, jixraq li l-Istati Membri jiġu pprovduti bil-possibbiltà li fl-2017 jintroduċu b’mod gradwali l-parametri ta’ monitoraġġ il-ġodda u li jeħtieġu s-sett tad-dejta ġdid sħiħ mill-2018 biss. Id-dejta tal-2017 li trid tiġi rrapportata jenħtieġ li tal-inqas tinkludi d-dejta meħtieġa għall-finijiet ta’ konformità fil-mira u għall-prevenzjoni tal-abbuż tal-proċedura ta’ korrelazzjoni.

    (11)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Suġġett

    Dan ir-Regolament jipprevedi:

    (a)

    metodoloġija għall-korrelazzjoni tal-emissjonijiet ta’ CO2 imkejlin skont l-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 ma’ dawk iddeterminati skont l-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008;

    (b)

    proċedura għall-applikazzjoni tal-metodoloġija msemmija fil-punt (a) biex jiġu determinati l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 ta’ kull manifattur;

    (c)

    l-emendi tar-Regolament (UE) Nru 1014/2010 meħtieġa għall-fini ta’ adattament tal-monitoraġġ tad-dejta tal-emissjonijiet ta’ CO2 sabiex jirriflettu t-tibdil fil-valuri tal-emissjonijiet.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

    (1)

    “Valuri tas-CO2 tal-NEDC” tfisser l-emissjonijiet ta’ CO2 iddeterminati skont l-Anness I u mdaħħlin fiċ-ċertifikati tal-konformità;

    (2)

    “Valuri tas-CO2 imkejlin tal-NEDC” tfisser l-emissjonijiet ta’ CO2 (fażijiet u kombinati) iddeterminati skont l-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 b’testijiet fiżiċi tal-vetturi;

    (3)

    “Valuri tas-CO2 tad-WLTP” tfisser l-emissjonijiet ta’ CO2 (kombinati) iddeterminati skont il-proċedura tat-test stabbilita fl-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151;

    (4)

    “Familja ta’ interpolazzjoni tad-WLTP” tfisser il-familja ta’ interpolazzjoni kif iddeterminata skont il-punt 5.6 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151;

    (5)

    “Għodda ta’ korrelazzjoni” tfisser il-mudell ta’ simulazzjoni msemmi fil-punt 2 tal-Anness I.

    Artikolu 3

    Determinazzjoni tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 għall-fini ta’ konformità mal-mira fil-perjodu 2017 sal-2020

    1.   Għas-snin kalendarji 2017 sal-2020 inkluża, l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ manifattur għandhom jiġu ddeterminati billi jintużaw il-valuri (kombinati) li ġejjin tal-emissjonijiet tal-massa ta’ CO2:

    (a)

    fir-rigward ta’ karozzi tal-passiġġieri M1 tat-tip approvat skont l-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151, il-valuri tas-CO2 tal-NEDC;

    (b)

    fir-rigward ta’ tipi eżistenti ta’ karozzi tal-passiġġieri M1 li rċivew approvazzjoni tat-tip skont l-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008, il-valuri tas-CO2 imkejlin tal-NEDC għas-sena kalendarja 2017 sal-31 ta’ Awwissu 2018 u l-valuri tas-CO2 tal-NEDC mill-1 ta’ Settembru 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2020;

    (c)

    fir-rigward ta’ vetturi tat-tmiem is-serje msemmijin fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), il-valuri tas-CO2 imkejlin tal-NEDC.

    2.   Il-manifatturi responsabbli għal iktar minn 1 000 karozza iżda għal inqas minn 10 000 karozza tal-passiġġieri ġdida rreġistrati fl-Unjoni f’kull waħda mis-snin kalendarji mill-2017 sal-2020 inkluża, jistgħu jużaw il-valuri tas-CO2 tal-NEDC jew il-valuri tas-CO2 imkejlin tal-NEDC.

    Artikolu 4

    Determinazzjoni tal-emissjonijiet speċifiċi medji bbażati fuq il-valuri tas-CO2 tad-WLTP

    1.   Mill-1 ta’ Jannar 2018, l-emissjonijiet (kombinati) tas-CO2 tad-WLTP jew, fejn applikabbli, (ponderati, kombinati) speċifikati fl-entrata 49.4 taċ-ċertifikat tal-konformità għandhom jiġu ssorveljati għall-vetturi kollha ġodda rreġistrati.

    2.   Għal kull manifattur, l-emissjonijiet speċifiċi medji bbażati fuq il-valuri tas-CO2 tad-WLTP għandhom jiġu ddeterminati mill-1 ta’ Jannar 2018.

    B’effett mill-1 ta’ Jannar 2021, dawk l-emissjonijiet speċifiċi medji għandhom jintużaw sabiex tiġi ddeterminata l-konformità tal-manifattur mal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu.

    Artikolu 5

    Applikazzjoni tal-Artikolu 5a tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 — super krediti

    Meta l-valur tas-CO2 imkejjel tal-NEDC ta’ karozza tal-passiġġieri ġdida jkun inqas minn 50 g CO2/km, il-manifattur, għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5a tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, għandu jirreġistra dak il-valur fiċ-ċertifikat tal-konformità tal-vetturi kkonċernati sal-31 ta’ Diċembru 2022.

    B’effett mill-1 ta’ Jannar 2021,

    (a)

    l-emissjonijiet speċifiċi ta’ dawk il-vetturi għandhom jiġu kkalkolati skont l-Artikolu 5a ta’ dak ir-Regolament, billi jintużaw il-valuri tas-CO2 tad-WLTP ta’ dawk il-vetturi;

    (b)

    il-limitu ta’ 7,5 g CO2/km ipprovdut fl-Artikolu 5a ta’ dak ir-Regolament għandu jiġi kkunsidrat kif ġej:

    Formula Formula

    Fejn

    Capn,r

    hija s-sehem tal-limitu li jifdal fuq l-NEDC fl-2020;

    SCn2020

    hija l-iffrankar ta’ super krediti fuq l-NEDC fl-2020;

    SCw2020

    hija l-iffrankar ta’ super krediti fuq id-WLTP fl-2020;

    Capw

    hija l-limitu tal-iffrankar ta’ super krediti li jifdal li jrid jiġi kkunsidrat għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji fl-2021 u fl-2022.

    Artikolu 6

    Applikazzjoni tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 – ekoinnovazzjonijiet

    1.   B’effett mill-1 ta’ Jannar 2021, huwa biss l-iffrankar tas-CO2 dovut għall-ekoinnovazzjonijiet, skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, li mhuwiex kopert mill-proċedura tat-test stabbilita fl-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151, li għandu jiġi kkunsidrat għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ manifattur.

    2.   L-iffrankar tal-ekoinnovazzjoni totali ta’ CO2 ta’ manifattur fis-snin kalendarji segwenti għandu jiġi aġġustat kif ġej:

    (a)   fl-2021:

    Formula

    (b)   fl-2022:

    Formula

    (c)   fl-2023:

    Formula

    Fejn,

    Formula

    hija l-iffrankar tal-ekoinnovazzjoni fis-sena rilevanti li jrid jiġi kkunsidrat għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji;

    Formula

    hija l-iffrankar tal-ekoinnovazzjoni fis-sena rilevanti ddeterminat b’rabta mad-WLTP u rreġistrat fiċ-ċertifikat tal-konformità.

    Mis-sena kalendarja 2024, l-iffrankar tal-ekoinnovazzjoni għandu jiġi kkunsidrat għall-kalkolu tal-emissjonijiet medji speċifiċi mingħajr aġġustament.

    Artikolu 7

    Determinazzjoni u korrezzjoni tal-valuri tas-CO2 tal-NEDC għall-kalkolu tal-emissjonijiet medji speċifiċi

    1.   Mis-sena kalendarja 2017 sal-2020 inkluża, l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 ta’ manifattur għandhom jiġu kkalkolati billi jintużaw il-valuri tas-CO2 tal-NEDC iddeterminati skont il-proċedura stabbilita fit-Taqsima 4 tal-Anness I, sakemm ma jkunx japplika l-paragrafu (1)(b) jew (c) jew il-paragrafu (2) tal-Artikolu 3.

    2.   Meta għal familja ta’ interpolazzjoni tad-WLTP, il-fattur ta’ devjazzjoni De, iddeterminat skont il-punt 3.2.8 tal-Anness I, jaqbeż il-valur ta’ 0,04, jew fil-preżenza ta’ fattur ta’ verifika “1” kif iddeterminat f’dak il-punt, l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-NEDC tal-manifattur responsabbli għal dik il-famlija ta’ interpolazzjoni għandhom jiġu multiplikati bil-koeffiċjent ta’ korrezzjoni li ġej:

    Formula

    Fejn,

    Dei

    hija l-valur iddeterminat skont il-punt 3.2.8 tal-Anness I;

    ri

    hija n-numru ta’ reġistrazzjonijiet annwali ta’ vetturi li jappartjenu għall-familja ta’ interpolazzjoni rispettiva kkonċernata tad-WLTP i;

    δз,i

    hija ekwivalenti għal 0 jekk Dei tkun nieqsa u daqs 1 fil-każijiet l-oħra;

    N

    hija n-numru ta’ familji ta’ interpolazzjoni tad-WLTP li għalihom manifattur huwa responsabbli.

    Artikolu 8

    Emendi tar-Regolament (UE) Nru 1014/2010

    Ir-Regolament (UE) Nru 1014/2010 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

    “(b)

    għal kull vettura, il-fattur ta’ devjazzjoni (De) u l-fattur ta’ verifika ddeterminati skont il-punt 3.2.8 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153 (*1)

    (*1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153 tat-2 ta’ Ġunju 2017 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu determinati l-parametri ta’ korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessal-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 679).”;"

    (b)

    Jiżdied it-tielet paragrafu li ġej:

    “Minkejja l-parametri dettaljati tad-dejta msemmijin fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, fir-rigward tad-dejta ssorveljata sal-31 ta’ Diċembru 2017, minbarra l-parametri diġà meħtieġa, Stat Membru għandu jirrapporta biss il-fattur ta’ devjazzjoni ‘De’ u l-fattur ta’ verifika. Mill-1 ta’ Jannar 2018, id-dejta dettaljata kollha ta’ monitoraġġ speċifikata fl-Anness II għandha tiġi ssorveljata u rrapportata.”;

    (2)

    L-Artikolu 6 jitħassar;

    (3)

    Jiddaħħal l-Artikolu 9a li ġej:

    “Artikolu 9a

    Tħejjija tas-sett tad-dejta proviżjorju

    1.   Is-sett tad-dejta proviżorju li jrid jiġi nnotifikat lil manifattur skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 għandu jinkludi r-rekords li, abbażi ta’ isem il-manifattur u, mill-1 ta’ Jannar 2018, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura, jistgħu jiġu attribwiti lil dak il-manifattur.

    Ir-reġistru ċentrali msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 ma għandux jinkludi xi dejta dwar in-numri ta’ identifikazzjoni tal-vetturi.

    2.   L-ipproċessar tan-numri ta’ identifikazzjoni tal-vettura ma għandux jinkludi l-ipproċessar ta’ xi dejta personali li tista’ tkun marbuta ma’ dawk in-numri jew ma’ xi dejta oħra li tista’ torbot in-numri ta’ identifikazzjoni tal-vettura ma’ dejta personali.”

    (4)

    L-Anness I għandu jiġi sostitwit bit-test tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 9

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Ġunju 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 (Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ dejta fuq ir-reġistrazzjoni ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 15).

    (5)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).


    ANNESS I

    1.   INTRODUZZJONI

    Dan l-Anness jistabbilixxi l-metodoloġija biex jiġi determinat il-valur tas-CO2 tal-NEDC tal-vetturi M1 individwali.

    2.   ID-DETERMINAZZJONI TAL-VALUR TAS-CO2 TAL-NEDC GĦALL-FAMILJA TA’ INTERPOLAZZJONI TAD-WLTP

    2.1.   L-għodda ta’ korrelazzjoni

    L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiżgura li l-valuri tas-CO2 tal-NEDC li jridu jintużaw bħala referenza għall-fini tat-Taqsima 3 jiġu ddeterminati permezz ta’ simulazzjonijiet skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Anness.

    Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għodda ta’ simulazzjoni għal dak l-għan (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-“għodda ta’ korrelazzjoni”) fil-forma ta’ softwer eżegwibbli li jista’ jitniżżel. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll gwida dwar il-kapaċità tal-għodda ta’ korrelazzjoni li tissimula vetturi b’teknoloġiji avvanzati u, fejn hemm bżonn, tirrakkomanda l-użu ta’ kejliet fiżiċi minflok simulazzjonijiet.

    2.1.1.   L-aċċess għall-għodda ta’ korrelazzjoni

    L-għodda ta’ korrelazzjoni għandha tiġi installata fuq kompjuter tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew, fejn applikabbli, tas-servizz tekniku, skont l-istruzzjonijiet ipprovduti fuq is-sit web li ġej:

    [http://ec.europa.eu/clima/policies/transport/vehicles/cars/documentation_mt.htm]

    L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiżgura li l-għodda ta’ korrelazzjoni titħaddem skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u skont l-istruzzjonijiet għall-utenti pprovduti fil-manwal tal-utenti (1).

    Fuq talba, il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u lis-servizzi tekniċi fl-użu tal-għodda ta’ korrelazzjoni għall-fini ta’ dan ir-Regolament. It-talbiet għall-appoġġ għandhom jiġu indirizzati lill-kaxxa postali funzjonali li ġejja:

    co2mpas@jrc.ec.europa.eu (2)

    L-għodda ta’ korrelazzjoni għandha tkun aċċessibbli għal utenti oħrajn, iżda, minkejja dan, l-appoġġ għandu jiġi pprovdut biss lil dawk l-utenti fi ħdan il-limiti tar-riżorsi disponibbli.

    2.1.2.   Il-firma elettronika u s-siġillar elettroniċi tal-output tal-għodda ta’ korrelazzjoni

    Fuq talba lill-Kummissjoni, għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni u, fejn applikabbli, tas-servizzi tekniċi, ċavetta għall-iffirmar elettroniku għall-fini tal-iffirmar u tas-siġillar elettroniċi tal-fajl oriġinali tal-output bl-għodda ta’ korrelazzjoni msemmija fil-punt 3.1. It-talba għandha tinkludi l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt rilevanti (indirizz postali, indirizz tal-posta elettronika, numru tat-telefown) tal-persuna responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-output tal-għodda ta’ korrelazzjoni u tintbagħat lill-kaxxa postali funzjonali li ġejja:

    EC-CO2-LDV-IMPLEMENTATION@ec.europa.eu

    2.1.3.   L-aġġornament annwali tal-għodda ta’ korrelazzjoni

    Il-prestazzjonital-għodda ta’ korrelazzjoni għandha tiġi riveduta b’mod kontinwu, b’kunsiderazzjoni tal-informazzjoni pprovduta, b’mod partikolari, mill-persuni ta’ kuntatt imsemmijin fil-punt 2.1.2. Meta dan ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tħejji verżjoni ġdida tal-għodda li trid tinħareġ kull sena fl-1 ta’ Settembru. Il-verżjoni l-ġdida ma għandhiex taffettwa l-validità tar-riżultati pprovduti mill-verżjonijiet preċedenti.

    Il-verżjoni l-ġdida tista’ tiġi applikata għall-fini tal-proċedura stabbilita fit-Taqsima 3 ta’ dan l-Anness mid-data tal-ħruġ tagħha. Bil-qbil mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew tas-servizz tekniku, il-verżjoni preċedenti tal-għodda ta’ korrelazzjoni xorta waħda tista’ tibqa’ tintuża matul perjodu massimu ta’ xahrejn wara l-ħruġ tal-verżjoni l-ġdida.

    Il-verżjoni użata kif ukoll is-sistema operattiva tal-kompjuter li fuqha tħaddmet l-għodda ta’ korrelazzjoni mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew mis-servizz tekniku għandhom jiġu indikati fir-rapport tal-output iffirmat b’mod elettroniku tal-għodda ta’ korrelazzjoni.

    Meta l-applikabbiltà tal-verżjoni l-ġdida tkun teħtieġ l-aġġustament ta’ kwalunkwe dispożizzjoni stabbilita f’dan ir-Regolament, il-ħruġ tal-verżjoni l-ġdida ma għandux iseħħ sakemm ir-Regolament ma jkunx ġie emendat kif xieraq.

    2.1.4.   L-aġġustamenti ad hoc tal-għodda ta’ korrelazzjoni

    Minkejja l-punt 2.1.3, fil-każ ta’ ħsara serja fl-għodda ta’ korrelazzjoni għall-fini tal-proċedura stipulata fit-Taqsima 3, għandha titħejja verżjoni ġdida tal-għodda u tinħareġ mill-iktar fis possibbli wara li tiġi individwata l-ħsara. Il-verżjoni l-ġdida għandha tapplika mid-data tal-ħruġ tagħha u ma għandhiex taffettwa l-validità tar-riżultati pprovduti mill-verżjonijiet preċedenti.

    Meta l-applikabbiltà tal-verżjoni l-ġdida tkun teħtieġ l-aġġustament ta’ kwalunkwe dispożizzjoni stabbilita f’dan ir-Regolament, il-ħruġ tal-verżjoni l-ġdida ma għandux iseħħ sakemm ir-Regolament ma jkunx ġie emendat kif xieraq.

    2.2.   Identifikazzjoni tar-riżultati tat-test tad-WLTP li jridu jintużaw għall-fini tad-definizzjoni tad-dejta tal-input għall-mudell ta’ simulazzjoni

    Id-dejta tal-input għas-simulazzjonijiet tal-għodda ta’ korrelazzjoni għandha tittieħed mir-riżultati tat-test rilevanti tad-WLTP għall-vettura H u, fejn applikabbli, għall-vettura L kif iddefinit f’konformità mal-punt 4.2.1 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151. Meta jsir iktar minn test wieħed tal-approvazzjoni tat-tip tad-WLTP tal-vettura H jew L sk ont it-Tabella A6/2 tal-Anness XXI ta’ dak ir-Regolament, għandhom jintużaw ir-riżultati tat-test li ġejjin sabiex tiġi ddeterminata d-dejta tal-input:

    (a)

    F’każ li jsiru żewġ testijiet tal-approvazzjoni tat-tip, għandhom jintużaw ir-riżultati tat-test bl-ogħla emissjonijiet ta’ CO2;

    (b)

    F’każ li jsiru tliet testijiet tal-approvazzjoni tat-tip, għandhom jintużaw ir-riżultati tat-test bl-emissjonijiet medjani ta’ CO2.

    2.3.   Id-determinazzjoni tad-dejta tal-input u tal-kundizzjonijiet għat-tħaddim tal-għodda ta’ korrelazzjoni

    Il-kundizzjonijiet tat-test imsemmijin fl-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni fis-simulazzjonijiet tal-għodda ta’ korrelazzjoni, inklużi l-preċiżjonijiet ipprovduti fil-punti 2.3.1 sa 2.3.7 ta’ dan l-Anness.

    Il-kejl fiżiku tal-vettura msemmi fil-punt 3 għandu jsir skont il-kundizzjonijiet imsemmijin f’dak ir-Regolament, bil-preċiżjonijiet mogħtijin f’dan l-Anness, u, fejn applikabbli, bid-dejta tal-input iddefinita fil-punt 2.4.

    2.3.1.   Id-determinazzjoni tal-inerzja tal-vettura tal-NEDC

    Il-massa ta’ referenza tal-NEDC tal-vetturi H u L għandha tiġi ddeterminata kif ġej:

    Formula

    Formula

    Fejn,

    MRO hija l-massa fi stat ta’ tħaddim kif iddefinita fl-Artikolu 3(d) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 għall-vetturi H u L rispettivament.

    Il-massa ta’ referenza li trid tintuża bħala input għas-simulazzjonijiet għandha tkun il-valur tal-inerzja stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83 li huwa ekwivalenti għall-massa ta’ referenza, RM, iddeterminata skont il-punt u msejħa TMn,L u TMn,H.

    2.3.2.   Id-determinazzjoni tal-effett ta’ prekundizzjonament

    Fit-tħejjija tax-xażi dinamometriku għall-eżekuzzjoni ta’ test tal-approvazzjoni tat-tip, il-vettura tiġi prekundizzjonata sabiex tilħaq kundizzjonijiet simili għal dawk użati fit-test tad-deċelerazzjoni libera. Il-proċedura ta’ prekundizzjonament użata fit-test tad-WLTP tvarja minn dik użata għall-fini tal-NEDC sabiex, bl-istess tagħbijiet fit-triq, il-vettura hija kkunsidrata soġġetta għal forzi superjuri skont id-WLTP. Dik id-differenza għandha tkun stabbilita għal 6 Newton u dak il-valur għandu jintuża għall-kalkolu tat-tagħbijiet fit-triq tal-NEDC skont il-punt 2.3.8.

    2.3.3.   Il-kundizzjonijiet ambjentali msemmijin fil-punt 3.1.1 tar-Regolament NU/KEE Nru 83

    Għall-fini tal-għodda ta’ korrelazzjoni, it-temperatura fil-kompartiment tal-ittestjar għandha tiġi ssettjata għal 25 °C.

    Anki fil-każ ta’ kejl fiżiku tal-vettura skont il-punt 3, it-temperatura fil-kompartiment tal-ittestjar għandha tiġi ssettjata għal 25 °C. Madankollu, fuq talba tal-manifattur, it-temperatura fil-kompartiment tal-ittestjar tista’ tiġi stabbilita għal valur ta’ bejn 20 u 25 °C għall-kejl fiżiku.

    2.3.4.   Id-determinazzjoni tal-istat taċ-ċarġ inizjali tal-batterija

    L-istat taċ-ċarġ inizjali tal-batterija għandu jiġi stabbilit għal tal-inqas 99 fil-mija għall-fini tat-test tal-għodda ta’ korrelazzjoni. L-istess għandu japplika fil-każ ta’ test fiżiku tal-vettura.

    2.3.5.   Id-determinazzjoni tad-differenza tal-pressjoni tat-tajers

    Skont id-WLTP, għandha tintuża l-inqas pressjoni tat-tajers għall-massa tat-test tal-vettura, filwaqt li dan mhuwiex speċifikat fl-NEDC. Għall-fini tad-determinazzjoni tal-pressjoni tat-tajers li trid tiġi kkunsidrata għall-fini tal-kalkolu tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC skont il-punt 2.3.8, il-pressjoni tat-tajers, b’kunsiderazzjoni tal-pressjoni differenti tat-tajers għal kull fus tal-vettura, għandha tkun il-medja bejn iż-żewġ fusien tal-medja bejn il-pressjoni minima u massima tat-tajers permessa għat-tajers magħżulin fuq kull fus għall-massa ta’ referenza tal-NEDC tal-vettura. Il-kalkolu għandu jsir għaż-żewġ vetturi H u L skont il-formuli li ġejjin:

    Għall-vettura H

    :

    Formula

    Għall-vettura L

    :

    Formula

    Fejn,

    Pmax,

    hija l-medja tal-pressjonijiet massimi tat-tajers magħżulin għaż-żewġ fusien;

    Pmin,

    hija l-medja tal-pressjonijiet minimi tat-tajers magħżulin għaż-żewġ fusien.

    L-effett korrispondenti f’termini tar-reżistenza applikata għall-vettura għandu jiġi kkalkolat bil-formuli li ġejjin għall-vetturi H u L rispettivi:

    Formula

    Formula

    2.3.6.   Id-determinazzjoni tal-ħxuna tat-tajer (TTD)

    Skont il-punt 4.2.2.2 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151, għat-test tad-WLTP trid tiġi kkunsidrata ħxuna minima tat-tajer ta’ 80 %, filwaqt li skont il-punt 4.2 tal-Appendiċi 7 tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83, il-ħxuna minima permessa tat-tajer għall-fini tat-test tal-NEDC trid tiġi kkunsidrata bħala 50 % tal-valur nominali. Dan jirriżulta f’differenza medja ta’ 2 mm fil-ħxuna tat-tajer bejn iż-żewġ proċeduri. L-effett korrispondenti f’termini tar-reżistenza applikata għall-vettura għandu jiġi ddeterminat għall-fini tal-kalkolu tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC fil-punt 2.3.8 skont il-formuli li ġejjin għall-vetturi H u L rispettivi:

    Formula

    Formula

    Fejn,

    RMn,H u RMn,L huma l-mases ta’ referenza tal-vetturi H u L iddeterminati skont il-punt 2.3.1.

    2.3.7.   Id-determinazzjoni tal-inerzja tal-partijiet rotanti

    Għall-fini tal-għodda ta’ korrelazzjoni:

    Matul is-simulazzjoni tat-test tad-WLTP, iridu jiġu kkunsidrati erba’ roti rotanti: filwaqt li għall-fini tat-testijiet tal-NEDC, iridu jiġu kkunsidrati żewġ roti rotanti biss. L-effett li dan għandu fuq il-forzi applikati għall-vettura għandu jiġi kkunsidrat skont il-formuli stabbiliti fil-punt 2.3.8.1.1(a)(3).

    Il-forzi ta’ aċċellerazzjoni u ta’ deċelerazzjoni fl-għodda ta’ korrelazzjoni għandhom jiġu kkalkolati għas-simulazzjoni tal-NEDC billi tiġi kkunsidrata l-inerzja ta’ żewġ roti rotanti biss.

    Għall-fini ta’ test fiżiku:

    Matul l-issettjar tad-deċelerazzjoni libera tad-WLTP, il-ħinijiet tad-deċelerazzjoni libera għandhom jiġu ttrasferiti għal forzi u viċi versa billi tittieħed f’kunsiderazzjoni l-massa tat-test applikabbli flimkien mal-effett tal-massa rotazzjonali (3 % tas-somma tal-MRO u 25 kg). Għall-issettjar tad-deċelerazzjoni libera tal-NEDC, il-ħinijiet tad-deċelerazzjoni libera għandhom jiġu ttrasferiti għal forzi u viċi versa billi jiġi annullat l-effett tal-massa rotazzjonali (tintuża biss l-inerzja tal-vettura tal-NEDC ikkalkolata fil-punt 2.3.1.).

    2.3.8.   Id-determinazzjoni tat-tagħbijiet fit-triq tal-NEDC

    2.3.8.1.   Fil-każ ta’ tagħbijiet fit-triq li jiġu ddeterminati skont il-punti 1-4 u 6 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

    2.3.8.1.1   Id-determinazzjoni tal-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC għall-vettura H

    (a)

    Il-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F0,n espress f’Newton (N) għall-vettura H għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

    (1)

    L-effett ta’ inerzja differenti:

    Formula

    Fejn il-fatturi fil-formula huma kif iddefiniti fil-punt 2.3.1, bl-eċċezzjoni ta’ dawn li ġejjin:

    F 0w,H hija l-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F0 iddeterminat għat-test tad-WLTP tal-vettura H; TMw,H hija l-massa tat-test użata għat-test tad-WLTP tal-vettura H.

    (2)

    L-effett ta’ pressjoni differenti tat-tajers:

    Formula

    Fejn il-fatturi fil-formula huma kif iddefiniti fil-punt 2.3.5.

    (3)

    L-effett tal-inerzja tal-partijiet rotanti:

    Formula

    Fil-każ ta’ test fiżiku tal-vettura, tapplika l-formula li ġejja:

    Formula

    (4)

    L-effett ta’ ħxuna differenti tat-tajer:

    Formula

    Fejn il-fatturi fil-formula huma kif iddefiniti fil-punt 2.3.6.

    (5)

    L-effett tal-prekundizzjonament:

    Formula

    Fil-każ ta’ test fiżiku tal-vettura, il-korrezzjoni għall-effett tal-prekundizzjonament ma għandhiex tiġi applikata

    (b)

    Il-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F1n għall-vettura H għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

    L-effett tal-inerzja tal-partijiet rotanti

    Formula

    Fil-każ ta’ test fiżiku tal-vettura, tapplika l-formula li ġejja:

    Formula

    (c)

    Il-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F2n għall-vettura H għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

    L-effett tal-inerzja tal-partijiet rotanti

    Formula

    Fil-każ ta’ test fiżiku tal-vettura, tapplika l-formula li ġejja:

    Formula

    Meta l-fattur Formula ikun il-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F2 iddeterminat għat-test tad-WLTP tal-vettura H li minnu tneħħa l-effett tat-tagħmir fakultattiv ajrudinamiku kollu.

    2.3.8.1.2   Id-determinazzjoni tal-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC għall-vettura L

    (a)

    Il-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F0,n għall-vettura L għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

    (1)

    L-effett ta’ inerzja differenti:

    Formula

    Fejn il-fatturi fil-formula huma kif iddefiniti fil-punt 2.3.1, bl-eċċezzjoni ta’ F 0w,L li hija l-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F0 iddeterminat għat-test tad-WLTP tal-vettura L, u TMw,L li hija l-massa tat-test użata għat-test tad-WLTP tal-vettura L.

    (2)

    L-effett ta’ pressjoni differenti tat-tajers:

    Formula

    Fejn il-fatturi fil-formula huma kif iddefiniti fil-punt 2.3.5.

    (3)

    L-effett tal-inerzja tal-partijiet rotanti:

    Formula

    Fil-każ ta’ test fiżiku tal-vettura, tapplika l-formula li ġejja:

    Formula

    (4)

    L-effett ta’ ħxuna differenti tat-tajer:

    Formula

    Fejn il-fatturi fil-formula huma kif iddefiniti fil-punt 2.3.6.

    (5)

    L-effett tal-prekundizzjonament:

    Formula

    Fil-każ ta’ test fiżiku tal-vettura, il-korrezzjoni għall-effett tal-prekundizzjonament ma għandhiex tiġi applikata.

    (b)

    Il-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F1n għall-vettura L għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

    L-effett tal-inerzja tal-partijiet rotanti

    Formula

    Fil-każ ta’ test fiżiku tal-vettura, tapplika l-formula li ġejja:

    Formula

    Meta l-fattur F1w,L hija l-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F1 iddeterminat għat-test tad-WLTP tal-vettura L.

    (c)

    Il-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F2n għall-vettura L għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

    L-effett tal-inerzja tal-partijiet rotanti

    Formula

    Fil-każ ta’ test fiżiku tal-vettura, tapplika l-formula li ġejja:

    Formula

    Meta l-fattur F 2w,L ikun il-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F2 iddeterminat għat-test tad-WLTP tal-vettura H li minnu tneħħa l-effett tat-tagħmir fakultattiv ajrudinamiku kollu.

    2.3.8.2.   Id-determinazzjoni tat-tagħbijiet fit-triq fejn, għall-fini tat-test tad-WLTP, it-tagħbijiet fit-triq ġew iddeterminati skont il-punt 5 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151.

    (a)

    Fejn it-tagħbija fit-triq ta’ vettura ġiet ikkalkolata skont il-punt 5.1 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151, it-tagħbija fit-triq tal-NEDC li trid tintuża bħala input għas-simulazzjonijiet tal-għodda ta’ korrelazzjoni għandha tiġi derivata kif ġej:

    Vettura H:

    Formula Formula Formula

    Vettura L:

    Formula Formula Formula

    Fejn,

    F 0n,i , F 1n,i , F 2n,i , b’i = H,L,

    huma l-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC għall-vetturi H jew L;

    T 0n,i , T 2n,i , b’i = H,L

    huma l-koeffiċjenti tax-xażi dinamometriku tal-NEDC għall-vetturi H jew L iddeterminati skont it-Tabella 3 tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83;

    AW,M , BW,M , CW,M

    huma l-koeffiċjenti tax-xażi dinamometriku għall-vettura użata għall-fini tat-tħejjija tax-xażi dinamometriku skont il-punti 7 u 8 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151;

    (b)

    Fejn it-tagħbijiet fit-triq prestabbiliti ġew ikkalkolati skont il-punt 5.2 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151, it-tagħbijiet fit-triq tal-NEDC għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

    Vettura H:

    Formula Formula Formula

    Vettura L:

    Formula Formula Formula

    Fejn,

    F 0n,i , F 1n,i , F 2n,i , b’i = H,L,

    huma l-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC għall-vetturi H jew L;

    T 0n,i , T 2n,i , b’i = H,L

    huma l-koeffiċjenti tax-xażi dinamometriku tal-NEDC għall-vetturi H jew L iddeterminati skont it-Tabella 3 tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83;

    AW,i , BW,i , CW,i , b’i = H, L

    huma l-koeffiċjenti tax-xażi dinamometriku għall-vetturi H jew L iddeterminati għall-fini tat-tħejjija tax-xażi dinamometriku skont il-punti 7 u 8 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151.

    2.4.   Il-matriċi tad-dejta tal-input

    Il-manifattur għandu jiddetermina d-dejta tal-input għal kull vettura H u vettura L skont il-punt 2.2 u jissottometti l-matriċi sħiħa stabbilita fit-Tabella 1 lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew, fejn applikabbli, lis-servizz tekniku maħtur sabiex iwettaq it-test, bl-eċċezzjoni tal-entrati 31, 32 u 33 (it-tagħbijiet fit-triq tal-NEDC) li għandhom jiġu kkalkolati mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew mis-servizz tekniku skont il-formuli speċifikati fil-punt 2.3.8.

    L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku għandhom jivverifikaw u jikkonfermaw b’mod indipendenti l-korrettezza tad-dejta tal-input ipprovduta mill-manifattur. Fil-każ ta’ dubju, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku għandhom jiddeterminaw id-dejta tal-input rilevanti b’mod indipendenti mill-informazzjoni pprovduta mill-manifattur jew, fejn xieraq, jaġixxu skont il-punt 3.2.7 u 3.2.8.

    Tabella 1

    Matriċi tad-dejta tal-input għall-għodda ta’ korrelazzjoni

    Nru

    Parametri tal-input għall-għodda ta’ korrelazzjoni

    Unità

    Sors

    Kummenti

    1

    It-tip ta’ fjuwil

    Il-punt 3.2.2.1 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

    Diżil/Petrol/LPG/NG jew Bijometan/Etanol(E85)/Bijodiżil

    2

    Il-valur ta’ tisħin inferjuri tal-fjuwil

    kJ/kg

    Dikjarazzjoni mill-manifattur u/jew mis-servizz tekniku

     

    3

    Il-kontenut ta’ karbonju tal-fjuwil

    %

    Idem

    % ta’ karbonju fil-fjuwil skont il-piż Eż.85,5 %

    4

    It-tip ta’ magna

     

    Il-punt 3.2.1.1 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

    Tqabbid bl-ispark plaggs jew tqabbid bil-kompressjoni

    5

    Iċ-ċilindrata

    cc

    Il-punt 3.2.1.3 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

     

    6

    L-istrowk tal-magna

    mm

    Il-punt 3.2.1.2.2 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

     

    7

    Il-potenza nominali tal-magna

    kW…min–1

    Il-punt 3.2.1.8 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

     

    8

    L-ispid tal-magna bil-potenza nominali tal-magna

    min–1

    Il-punt 3.2.1.8 fl-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

    Spid tal-magna bil-potenza netta massima

    9

    Il-veloċità idle għolja tal-magna (*1)

    min–1

    Il-punt 3.2.1.6.1 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

     

    10

    It-torque massimu nett (*1)

    Nm f’… min–1

    Il-punt 3.2.1.10 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

     

    11

    Il-veloċità tal-immappjar T1 (*1)

    rpm

    Is-Subanness 2 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

    Arranġament

    12

    It-torque tal-immappjar T1 (*1)

    Nm

    Is-Subanness 2 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

    Arranġament

    13

    Il-potenza tal-immappjar T1 (*1)

    kW

    Is-Subanness 2 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

    Arranġament

    14

    Il-veloċità idle tal-magna

    rpm

    Is-Subanness 2 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

    Veloċità idle f’kundizzjoni sħuna

    15

    Il-konsum tal-fjuwil b’magna mhux ingranata

    g/s

    Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

    Konsum tal-fjuwil b’magna mhux ingranata f’kundizzjoni sħuna

    16

    Il-proporzjonjiet tat-trażmissjoni finali

    Il-punt 4.6 fl-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

    Il-proporzjon tat-trażmissjoni finali

    17

    Il-kodiċi tat-tajer (*2)

    Il-punt 6 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

    Kodiċi tatt-tajer (eż. P195/55R1685H) tat-tajers użati fit-test tad-WLTP

    18

    It-tip ta’ gerboks

    Il-punt 4.5 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

    awtomatika/manwali/CVT

    19

    Il-konvertur tat-torque

    Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

    0 = Le, 1 = Iva; Il-vettura tuża konvertur tat-torque?

    20

    Tagħmir li jiffranka l-fjuwil għat-trażmissjoni awtomatika

    Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

    0 = Le, 1 = Iva

    L-issettjar ta’ dan il-valur għal 1 jippermetti sabiex l-għodda ta’ korrelazzjoni tuża ger ogħla fis-sewqan b’veloċità kostanti milli fil-każ ta’ kundizzjonijiet tranżitorji

    21

    Il-modalità tas-sewqan

    Il-punt 2.3.1 tas-Subanness 5 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

    Trazzjoni fuq żewġ roti, trazzjoni fuq erba’ roti.

    22

    Il-ħin tal-attivazzjoni start-stop

    sek

    Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

    Ħin tal-attivazzjoni start-stop li għadda mill-bidu tat-test

    23

    Il-vultaġġ nominali tal-alternejter

    V

    Il-punt 3.4.4.5 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

     

    24

    Il-kapaċità tal-batterija

    Ah

    Il-punt 3.4.4.5 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

     

    25

    It-temperatura ambjentali tal-bidu tad-WLTP

    °C

     

    Valur prestabbilit = 23 °C

    Kejl tat-test tad-WLTP

    26

    Il-potenza massima tal-alternejter

    kW

    Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

     

    27

    L-effiċjenza tal-alternejter

    Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

    Valur prestabbilit = 0,67

    28

    Il-proporzjonijiet tal-gerboks

    Il-punt 4.6 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

    Arranġament: proporzjon tal-ger 1, proporzjon tal-ger 2, eċċ

    29

    Il-proporzjon tal-veloċità tal-vettura għall-veloċità tal-magna (*2)

    (km/siegħa)/rpm

    Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

    Arranġament: [proporzjon tal-ispid b’veloċità kostanti tal-ger 1, proporzjon tal-ispid b’veloċità kostanti tal-ger 2, ...]; Alternattiva għall-proporzjonijiet tal-gerboks

    30

    L-inerzja tal-vettura tal-NEDC

    kg

    Il-punt 2.6 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

    Trid tiġi derivata skont il-punt 2.3.1 ta’ dan l-Anness.

    31

    F0 NEDC

    N

    Il-punt 2.3.8 ta’ dan l-Anness, irid jimtela mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew mis-Servizz Tekniku

    Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq F0

    32

    F1 NEDC

    N/(km/siegħa)

    Idem

    Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq F1

    33

    F2 NEDC

    N/(km/siegħa)2

    Idem

    Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq F2

    34

    Il-massa tat-test tad-WLTP

    kg

    Il-punt 2.4.6 tal-Appendiċi tad-dokument ta’ informazzjoni fl-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

    ebda korrezzjoni għall-partijiet rotanti

    35

    F0 WLTP

    N

    Il-punt 2.4.8 tal-Appendiċi tad-dokument ta’ informazzjoni fl-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

    Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq F0

    36

    F1 WLTP

    N/(km/siegħa)

    Idem

    Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq F1

    37

    F2 WLTP

    N/(km/siegħa)2

    Idem

    Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq F2

    38

    Il-valur tas-CO2 tad-WLTP tal-fażi 1

    gCO2/km

    Il-punt 2.1.1 tar-rapport tat-test tal-Anness I, l-Appendiċi 8a tar-Regolament (UE) 2017/1151

    Fażi baxxa, valuri tal-borża mhux ikkoreġuti għal RCB, kejl tat-test tad-WLTP mhux arrotondat

    39

    Il-valur tas-CO2 tad-WLTP tal-fażi 2

    gCO2/km

    Idem

    Fażi medja, valuri tal-borża mhux ikkoreġuti għal RCB, kejl tat-test tad-WLTP mhux arrotondat

    40

    Il-valur tas-CO2 tad-WLTP tal-fażi 3

    gCO2/km

    Idem

    Fażi għolja, valuri tal-borża mhux ikkoreġuti għal RCB, kejl tat-test tad-WLTP mhux arrotondat

    41

    Il-valur tas-CO2 tad-WLTP tal-fażi 4

    gCO2/km

    Idem

    Fażi għolja ħafna, valuri tal-borża mhux ikkoreġuti għal RCB, mhux arrotondati

    Kejl tat-test tad-WLTP

    42

    Turboċarġer jew Superċarġer

    Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

    0 = Le | 1 = Iva - Il-magna hija mgħammra b’xi tip ta’ sistema ta’ ċċarġjar?

    43

    Start-stop

    Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

    0 = Le | 1 = Iva - Il-vettura għandha sistema ta’ start-stop?

    44

    L-irkupru tal-enerġija mill-brejkijiet

    Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

    0 = Le | 1 = Iva - Il-vettura għandha teknoloġiji għall-irkupru tal-enerġija?

    45

    L-attwazzjoni varjabbli tal-valv

    Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

    0 = Le | 1 = Iva - Il-magna fiha attwazzjoni varjabbli tal-valv?

    46

    Il-ġestjoni termali

    Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

    0 = Le | 1 = Iva - Il-vettura għandha teknoloġiji li jirregolaw b’mod attiv it-temperatura tal-gerbox?

    47

    L-injezzjoni diretta/L-Injezzjoni tal-Fjuwil mill-Bokka

    Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

    0 = PFI | 1 = DI

    48

    Il-kombustjoni fqira

    Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

    0 = Le | 1 = Iva - Il-magna tuża kombustjoni żgħira?

    49

    Id-diżattivazzjoni taċ-ċilindru

    Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

    0 = Le | 1 = Iva - Il-magna tuża sistema ta’ diżattivazzjoni taċ-ċilindru?

    50

    Ir-riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost

    Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

    0 = Le | 1 = Iva - Il-vettura għandha sistema esterna tar-riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost (EGR)?

    51

    Il-filtru tal-partikuli

    Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

    0 = Le | 1 = Iva - Il-vettura għandha filtru tal-partikuli?

    52

    Ir-Riduzzjoni Katalitika Selettiva

    Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

    0 = Le | 1 = Iva - Il-vettura għandha sistema tar-Riduzzjoni Katalitika Selettiva (SCR)?

    53

    Il-katalist tal-ħżin tal-NOx

    Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

    0 = Le | 1 = Iva - Il-vettura għandha katalist tal-ħżin tal-NOx?

    54

    Il-ħin tad-WLTP

    sek

    Kejl tat-test tad-WLTP (identifikat skont il-Punt 2.2 ta’ dan l-Anness)

    Arranġament: Data tal-OBD u tax-Xażi Dinamometriku, 1hz

    55

    Il-veloċità tad-WLTP (teoretika)

    km/siegħa

    Kif iddefinita fis-Subanness 1 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

    Arranġament: 1hz, riżoluzzjoni ta’ 0,1 km/siegħa. Jekk ma jkunx ipprovdut, japplika l-profil tal-veloċità ddefinit fil-punt 6 tas-Subanness 1 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 u, b’mod partikolari, għat-tabelli A1/7-A1/9, A1/11, u A1/12

    56

    Il-veloċità tad-WLTP (attwali)

    km/siegħa

    Kejl tat-test tad-WLTP (identifikat skont il-Punt 2.2 ta’ dan l-Anness)

    Arranġament: Data tal-OBD u tax-Xażi Dinamometriku, 1hz, riżoluzzjoni ta’ 0,1 km/siegħa

    57

    Il-ger tad-WLTP (teoretiku)

    Kif iddefinita fis-Subanness 2 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

    Arranġament: 1hz. Jekk ma jkunx ipprovdut, japplika l-kalkolu mill-għodda ta’ korrelazzjoni

    58

    L-ispid tal-magna tad-WLTP

    rpm

    Kejl tat-test tad-WLTP (identifikat skont il-Punt 2.2 ta’ dan l-Anness)

    Arranġament: 1hz, riżoluzzjoni ta’ 10 RPM mill-OBD

    59

    It-temperatura tal-Fluwidu Berried tal-Magna tad-WLTP

    °C

    Idem

    Arranġament: Dejta tal-OBD, 1hz, riżoluzzjoni ta’ 0.5 °C

    60

    Il-Kurrent tal-Alternejter tad-WLTP

    A

    Kif iddefinit, għall-kurrent tal-batterija b’vultaġġ baxx, fl-Appendiċi 2 tas-Subanness 6 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

    Arranġament: 1hz, riżoluzzjoni ta’ 0,1 A, apparat estern tal-kejl sinkronizzat max-xażi dinamometriku

    61

    Il-Kurrent tal-Batterija b’Vultaġġ Baxx tad-WLTP

    A

    Kif iddefinit fl-Appendiċi 2 tas-Subanness 6 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

    Arranġament: 1hz, riżoluzzjoni ta’ 0,1 A, apparat estern tal-kejl sinkronizzat max-xażi dinamometriku

    62

    It-tagħbija kkalkolata tad-WLTP

    Kif iddefinita fl-Anness 11 tar-Regolament NU/KEE Nru 83

    Arranġament: Data tal-OBD, kejl tat-test tad-WLTP ta’ mill-inqas 1hz (frekwenzi ogħla possibbli, riżoluzzjoni ta’ 1 %)

    63

    Il-ħin tal-prekundizzjonament tad-WLTP

    sek

    Kejl tat-test tal-prekundizzjonament, il-punt 1.2.6 tal-Anness XXI, is-Subanness 6 tar-Regolament (UE) 2017/1151

    Arranġament: Data tal-OBD u tax-Xażi Dinamometriku, 1hz

    64

    Il-veloċità tal-prekundizzjonament tad-WLTP

    km/siegħa

    Idem

    Arranġament: Data tal-OBD u tax-Xażi Dinamometriku, 1hz, riżoluzzjoni ta’ 0,1 km/siegħa

    65

    Il-kurrent tal-alternejter tal-prekundizzjonament tad-WLTP

    A

    Li għandu jitkejjel skont il-metodoloġija ddefinita għall-kurrent tal-batterija b’vultaġġ baxx, fil-punt 2.1 tal-Appendiċi 2 għas-Subanness 6 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

    Arranġament: 1hz, riżoluzzjoni ta’ 0,1 A, apparat estern tal-kejl sinkronizzat max-xażi dinamometriku

    66

    Il-kurrent tal-batterija b’vultaġġ baxx tal-prekundizzjonament tad-WLTP

    A

    Kif iddefinit fl-Appendiċi 2 tas-Subanness 6 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

    Arranġament: 1hz, riżoluzzjoni ta’ 0,1 A, apparat estern tal-kejl sinkronizzat max-xażi dinamometriku

    3.   ID-DETERMINAZZJONI TAL-VALURI TAL-EMISSJONIJIET TA’ CO2 U TAL-KONSUM TAL-FJUWIL TAL-NEDC GĦALL-VETTURI H U L

    3.1.   Id-determinazzjoni tal-valuri ta’ referenza ta’ CO2, il-valuri speċifiċi għall-fażijiet u l-valuri tal-konsum tal-fjuwil tal-NEDC għall-vetturi H u L

    L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiżgura li l-valur ta’ referenza tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura H rispettiva u, fejn applikabbli, għall-vettura L ta’ familja ta’ interpolazzjoni tad-WLTP kif ukoll il-valuri speċifiċi għall-fażijiet u l-konsum tal-fjuwil għandhom jiġu ddeterminati skont il-punti 3.1.2 u 3.1.3.

    F’każ li t-tagħbijiet fit-triq tal-NEDC ikkalkolati skont il-punt 2.3.8 għall-vetturi H u L ikunu l-istess, il-valur ta’ referenza tas-CO2 tal-NEDC għandu jiġi ddeterminat għall-vettura H biss.

    3.1.1.   L-input u l-output tal-għodda ta’ korrelazzjoni

    L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku magħżul għandhom jiżguraw li l-fajl tad-dejta tal-input għall-għodda ta’ korrelazzjoni huwa komplut. Wara test komplut fuq l-għodda ta’ korrelazzjoni, il-persuna magħżula skont il-punt 2.1.1 għandha tiffirma b’mod diġitali

    (a)

    ir-rapport tal-output tal-korrelazzjoni oriġinali;

    (b)

    il-fajl testwali sommarju.

    Ir-rapport tal-output tal-korrelazzjoni msemmi fil-punt (a) għandu jinkludi d-dejta tal-input użata, id-dejta tal-output li tirriżulta mill-eżekuzzjoni tal-korrelazzjoni, il-valur iddikjarat mill-manifattur u, fejn disponibbli, ir-riżultat tat-testijiet fiżiċi tal-vettura. Il-fajl testwali sommarju msemmi fil-punt (b) għandu jinkludi fih il-valur iddikjarat mill-manifattur u l-valur tal-emissjonijiet ta’ CO2 li jirriżultaw mill-għodda ta’ korrelazzjoni u l-identifikaturi rilevanti, bħall-kodiċi għall-familja ta’ interpolazzjoni kkonċernata.

    3.1.2.   Il-valur ta’ referenza tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura H

    L-għodda ta’ korrelazzjoni għandha tintuża għall-eżekuzzjoni tat-testijiet issimulati li ġejjin billi jintuża l-fajl tad-dejta tal-input rilevanti msemmi fil-punt 3.1.1.:

    (a)

    Test tad-WLTP tal-vettura H;

    (b)

    Test tal-NEDC tal-vettura H.

    Il-valur ta’ referenza tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura H għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

    Formula

    Fejn,

    CO2,H

    hija l-valur ta’ referenza tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura H;

    WLTPACGcorr,H

    hija l-medja tal-valuri tas-CO2 tad-WLTP għall-vettura H li tirriżulta mit-testijiet imsemmijin fil-punt 2.2 ikkoreġuti għall-bilanċ taċ-ċarġ tal-REESS (RCB) skont il-proċedura stipulata fl-Appendiċi 2 tas-Subanness 6 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151; Il-korrezzjoni għall-RCB għandha tiġi applikata f’każijiet li fihom l-RCB ikun negattiv (korrispondenti għall-iskariku tal-REESS) u pożittiv (korrispondenti għall-iċċarġjar tal-REESS) u anki fil-każijiet meta l-kriterju ta’ korrezzjoni c ikun speċifikat fit-Tabella A6. App 2/2 f’dak l-Appendiċi hija inqas mit-tolleranza applikabbli skont dik it-Tabella;

    RCBcorr,H

    hija l-korrezzjoni tas-CO2 għall-RCB tat-test tad-WLTP għall-vettura H magħżula skont il-punt 2.2 għall-fini ta’ definizzjoni tad-dejta tal-input, gCO2/km, ikkalkolata skont il-proċedura stabbilita fl-Appendiċi 2 tas-Subanness 6 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 bl-RCB negattiv (korrispondenti għall-iskariku tal-REESS) u pożittiv (korrispondenti għall-iċċarġjar tal-REESS);

    DEc,H

    hija d-differenza bejn ir-riżultat tat-test tad-WLTP imsemmi fil-punt (a) u r-riżultat tat-test tal-NEDC imsemmi fil-punt (b) għall-vettura H;

    Ki, H

    hija l-valur iddeterminat skont l-Appendiċi 1 tas-Subanness 6 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 għall-vettura H.

    3.1.3.   Il-valur ta’ referenza tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura L

    Meta applikabbli, għandhom isiru s-simulazzjonijiet li ġejjin bl-għodda ta’ korrelazzjoni u bid-dejta tal-input rilevanti kif irreġistrata fil-matriċi msemmija fil-punt 2.4:

    (a)

    Test tad-WLTP tal-vettura L;

    (b)

    Test tal-NEDC tal-vettura L.

    Il-valur ta’ referenza tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura L għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

    Formula

    Fejn,

    CO 2,L

    hija l-valur ta’ referenza tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura L;

    WLTPACGcorr,L

    hija l-medja tal-valuri tas-CO2 tad-WLTP li jirriżultaw mit-testijiet tal-vettura L imsemmijin fil-punt 2.2 ikkoreġuti għall-bilanċ taċ-ċarġ tal-REESS (RCB) skont il-proċedura stipulata fl-Appendiċi 2 tas-Subanness 6 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151; Il-korrezzjoni għall-RCB għandha tiġi applikata f’każijiet li fihom l-RCB ikun negattiv (korrispondenti għall-iskariku tal-REESS) u pożittiv (korrispondenti għall-iċċarġjar tal-REESS) u anki fil-każijiet meta l-kriterju ta’ korrezzjoni c ikun speċifikat fit-Tabella A6. App 2/2 f’dak l-Appendiċi hija inqas mit-tolleranza applikabbli skont dik it-Tabella;

    RCBcorr,L

    hija l-korrezzjoni tas-CO2 għall-RCB tat-test tad-WLTP tal-vettura L magħżula skont il-punt 2.2 għall-fini ta’ definizzjoni tad-dejta tal-input, gCO2/km, ikkalkolata skont il-proċedura stabbilita fl-Appendiċi 2 tas-Subanness 6 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 bl-RCB negattiv (korrispondenti għall-iskariku tal-REESS) u pożittiv (korrispondenti għall-iċċarġjar tal-REESS);

    DEc,L

    hija d-differenza bejn ir-riżultat tat-test tad-WLTP imsemmi fil-punt (a) u r-riżultat tat-test tal-NEDC imsemmi fil-punt (b) għall-vettura L;

    Ki,L

    hija l-valur iddeterminat skont l-appendiċi 1 tas-Subanness 6 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 għall-vettura L.

    3.2.   L-interpretazzjoni tal-valuri ta’ referenza tas-CO2 tal-NEDC iddeterminati għall-vetturi H u L

    Għal kull familja ta’ interpolazzjoni tad-WLTP, il-manifattur għandu jiddikjara l-valur kombinat tal-emissjonijiet tal-massa tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura H, u, fejn applikabbli, għall-vettura L, lill-awtorità tal-approvazzjoni. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiżgura li l-valuri ta’ referenza tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura H u, fejn applikabbli, għall-vettura L, huma ddeterminati skont il-punti 3.1.2 u 3.1.3, u li l-valuri ta’ referenza għall-vettura rispettiva huma interpretati skont il-punti 3.2.1 sa 3.2.5.

    3.2.1.   Il-valur tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura tat-test H jew L li għandu jintuża għall-fini tal-kalkoli stipulati fil-punt 4 għandu jkun il-valur iddikjarat mill-manifattur, jekk il-valur ta’ referenza tas-CO2 tal-NEDC ma jaqbiżx dak il-valur b’iktar minn 4 fil-mija. Il-valur ta’ referenza jista’ jkun inqas mingħajr ebda limitazzjoni.

    3.2.2.   Jekk il-valur ta’ referenza tas-CO2 tal-NEDC jaqbeż il-valur iddikjarat mill-manifattur b’iktar minn 4 fil-mija, il-valur ta’ referenza jista’ jintuża għall-fini tal-kalkoli stabbiliti fil-punt 4 għall-vettura tat-test H jew L, jew il-manifattur jista’ jitlob li jsir kejl fiżiku taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip skont il-proċedura msemmija fl-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008, b’kunsiderazzjoni tal-preċiżjonijiet speċifikati fil-punt 2 ta’ dan l-Anness.

    3.2.3.   Jekk il-kejl fiżiku msemmi fil-punt 3.2.2, amplifikat mill-fattur-Ki, ma jaqbiżx il-valur iddikjarat mill-manifattur b’iktar minn 4 fil-mija, il-valur iddikjarat għandu jintuża għall-fini tal-kalkoli stabbiliti fil-punt 4.

    3.2.4.   Jekk il-kejl fiżiku, amplifikat mill-fattur-KI, jaqbeż il-valur iddikjarat mill-manifattur b’iktar minn 4 fil-mija, għandu jsir kejl fiżiku ieħor tal-istess vettura u r-riżultati għandhom jiġu amplifikati bil-fattur-Ki. Jekk il-medja ta’ dawk iż-żewġ kalkoli ta’ kejl ma taqbiżx il-valur iddikjarat b’iktar minn 4 fil-mija, il-valur iddikjarat għandu jintuża għall-fini tal-kalkoli stabbiliti fil-punt 4.

    3.2.5.   Jekk il-medja taż-żewġ kalkoli ta’ kejl imsemmijin fil-punt 3.2.4 taqbeż il-valur iddikjarat mill-manifattur b’iktar minn 4 fil-mija, għandu jsir it-tielet kejl u r-riżultati għandhom jiġu amplifikati bil-fattur-Ki. Il-medja tat-tliet kalkoli ta’ kejl għandha tintuża għall-fini tal-kalkoli stipulati fil-punt 4.

    3.2.6.   Meta l-valur tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura H jew L jiġi ddeterminat skont il-punt 3.2.1, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku magħżul għandhom jużaw il-kmandi rilevanti fl-għodda ta’ korrelazzjoni sabiex jibagħtu l-fajl testwali sommarju ffirmat lil server b’kronogramma u lill-kaxxa postali funzjonali li ġejja:

    EC-CO2-LDV-IMPLEMENTATION@ec.europa.eu.

    Għandha tintbagħat lura tweġiba b’kronogramma mehmuża li tinkludi numru integru ġġenerat b’mod aleatorju fil-medda ta’ 1 sa 100 ikkalkolat mill-għodda ta’ korrelazzjoni. Meta n-numru jkun fil-medda ta’ 91 sa 100, il-vettura għandha tingħażel għal kejl fiżiku wieħed skont il-proċedura msemmija fl-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008, b’kunsiderazzjoni tal-preċiżjonijiet speċifikati fil-punt 2 ta’ dan l-Anness. Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu ddokumentati f’konformità mal-Anness VIII tad-Direttiva 2007/46/KE.

    F’każ li l-valur tas-CO2 tal-NEDC għaż-żewġ vetturi H u L jiġi ddeterminat skont il-punt 3.2.1, il-konfigurazzjoni tal-vettura magħżula għall-kejl fiżiku għandha tkun il-vettura L, jekk in-numru aleatorju jkun fil-medda ta’ 91 sa 95, u l-vettura H, jekk in-numru aleatorju jkun fil-medda ta’ 96 sa 100.

    3.2.7.   Minkejja l-punt 3.2.6, awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha, fejn applikabbli, fuq il-bażi ta’ proposta minn servizz tekniku, f’dawk il-każijiet li fihom il-valur tas-CO2 tal-NEDC jiġi ddeterminat skont il-punt 3.2.1, titlob li vettura jsirilha kejl fiżiku wieħed fejn, fuq il-bażi tal-għarfien espert indipendenti tagħha, ikun hemm raġunijiet iġġustifikati għaliex jiġi kkunsidrat li l-valur iddikjarat tas-CO2 tal-NEDC huwa baxx wisq b’rabta ma’ valur imkejjel tas-CO2 tal-NEDC. Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu ddokumentati f’konformità mal-Anness VIII tad-Direttiva 2007/46/KE.

    3.2.8.   Meta jsir test fiżiku skont il-punt 3.2.6 jew il-punt 3.2.7, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha, għal kull familja ta’ interpolazzjoni tad-WLTP, tirreġistra d-devjazzjoni relattiva (De) bejn il-valur imkejjel u l-valur iddikjarat mill-manifattur iddeterminata kif ġej:

    Formula

    Fejn,

    RTr

    hija r-riżultat tat-test aleatorju, amplifikat bil-fattur-Ki;

    DV

    hija l-valur iddikjarat mill-manifattur.

    Il-fattur De għandu jiġi rreġistrat fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u fiċ-ċertifikat ta’ konformità.

    Meta l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip issib li r-riżultati tat-test fiżiku ma jikkonfermawx id-dejta tal-input ipprovduta mill-manifattur u, b’mod partikolari, id-dejta msemmija fil-punti 20, 22 u 44 tat-Tabella 1 fil-punt 2.4, fattur ta’ verifika għandu jiġi ssettjat għal 1 u jiġi rreġistrat fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u fiċ-ċertifikat ta’ konformità. Meta d-dejta tal-input tiġi kkonfermata jew meta l-iżball fid-dejta tal-input ma jkunx għall-benefiċċju tal-manifattur, il-fattur ta’ verifika għandu jiġi ssettjat għal 0.

    3.3.   Il-kalkolu tal-valuri tas-CO2 speċifiċi għall-fażijiet tal-NEDC u tal-valuri tal-konsum tal-fjuwil tal-NEDC għall-vetturi H u L

    L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew, fejn applikabbli, is-servizz tekniku, għandhom jiddeterminaw il-valuri speċifiċi għall-fażijiet tal-NEDC u l-valuri tal-konsum tal-fjuwil tal-NEDC għall-vetturi H u L skont il-punti 3.3.1 sa 3.3.4.

    3.3.1.   Il-kalkolu tal-valuri tas-CO2 speċifiċi għall-fażijiet tal-NEDC għall-vettura H

    Formula

    Fejn:

    p

    hija l-fażi “UDC” jew “EUDC” tal-NEDC;

    NEDC CO2,p,H,c

    hija r-riżultat tat-test tas-CO2 tal-NEDC għall-fażi p imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3.1.2

    NEDC CO2,p,H

    hija l-valur speċifiku għall-fażi tal-NEDC għall-vettura H tal-fażi applikabbli p, gCO2/km

    CO2,AF,H

    hija l-fattur ta’ aġġustament għall-vettura H ikkalkolat mill-proporzjon ta’ bejn il-valur tas-CO2 tal-NEDC iddeterminat skont il-punt 3.2 u r-riżultat tat-test tal-NEDC imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3.1.2

    3.3.2.   Il-kalkolu tal-valuri tas-CO2 speċifiċi għall-fażijiet tal-NEDC għall-vettura L

    Il-valuri speċifiċi għall-fażijiet tal-NEDC għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

    Formula

    Fejn:

    p

    hija l-fażi “UDC” jew “EUDC” tal-NEDC;

    NEDC CO2,p,L,c

    hija r-riżultat tat-test tas-CO2 tal-NEDC għall-fażi p iddeterminat skont il-punt (b) tal-paragrafu 3.1.3;

    NEDC CO2,p,L

    hija l-valur speċifiku għall-fażi tal-NEDC għall-vettura L tal-fażi applikabbli p, gCO2/km

    CO2,AF,L

    hija l-fattur ta’ aġġustament għall-vettura L ikkalkolat mill-proporzjon ta’ bejn il-valur tas-CO2 tal-NEDC iddeterminat skont il-punt 3.2 u r-riżultat tat-test tal-NEDC imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3.1.3

    3.3.3.   Il-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil tal-NEDC għall-vettura H

    3.3.3.1.   Il-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil (kombinat) tal-NEDC

    Il-konsum tal-fjuwil (kombinat) tal-NEDC għall-vettura H għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

    Formula

    Fejn:

    NEDC FCH,c

    hija r-riżultat tat-test tal-konsum tal-fjuwil (kombinat) tal-NEDC iddeterminat skont l-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 bl-użu tal-emissjonijiet ta’ CO2 iddeterminati skont il-punt (b) tal-paragrafu 3.1.2 jew bl-użu ta’ riżultat tal-kejl fiżiku kif imsemmi fil-punt 3.2.2; l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa oħrajn rilevanti għall-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil (idrokarburi, monossidu tal-karbonju) għandhom jiġu kkunsidrati li huma 0 (żero) g/km;

    NEDC FCH

    hija l-konsum tal-fjuwil (kombinat) tal-NEDC għall-vettura H, l/100 km;

    CO2,AF,H

    hija l-fattur ta’ aġġustament għall-vettura H ikkalkolat mill-proporzjon ta’ bejn il-valur tas-CO2 tal-NEDC iddeterminat skont il-punt 3.2 u r-riżultat tat-test tal-NEDC imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3.1.2.

    3.3.3.2.   Il-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil speċifiku għall-fażijiet tal-NEDC għall-vettura H

    Il-konsum tal-fjuwil speċifiku għall-fażijiet tal-NEDC għall-vettura H għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

    Formula

    Fejn:

    p

    hija l-fażi “UDC” jew “EUDC” tal-NEDC;

    NEDC FCp,H,c

    hija l-konsum tal-fjuwil tal-NEDC għall-fażi p iddeterminat skont l-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 bl-użu tal-emissjonijiet ta’ CO2 iddeterminati skont il-punt (b) tal-paragrafu 3.1.2 jew bl-użu ta’ riżultat tal-kejl fiżiku kif imsemmi fil-punt 3.2.2; l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa oħrajn rilevanti għall-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil (idrokarburi, monossidu tal-karbonju) għandhom jiġu kkunsidrati li huma 0 (żero) g/km;

    NEDC FCp,H

    hija l-konsum tal-fjuwil speċifiku għall-fażi tal-NEDC għall-vettura H tal-fażi applikabbli p, l/100 km;

    CO2,AF,H

    hija l-fattur ta’ aġġustament għall-vettura H ikkalkolat mill-proporzjon ta’ bejn il-valur tas-CO2 tal-NEDC iddeterminat skont il-punt 3.2 u r-riżultat tat-test tal-NEDC imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3.1.2.

    3.3.4.   Il-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil tal-NEDC għall-vettura L

    3.3.4.1.   Il-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil (kombinat) tal-NEDC għall-vettura L

    Il-konsum tal-fjuwil kombinat tal-NEDC għall-vettura L għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

    Formula

    Fejn:

    NEDC FCL,c

    hija r-riżultat tat-test tal-konsum tal-fjuwil (kombinat) tal-NEDC iddeterminat skont l-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 bl-użu tal-emissjonijiet ta’ CO2 iddeterminati skont il-punt (b) tal-paragrafu 3.1.3 jew bl-użu ta’ riżultat tal-kejl fiżiku kif imsemmi fil-punt 3.2.2; l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa oħrajn rilevanti għall-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil (idrokarburi, monossidu tal-karbonju) għandhom jiġu kkunsidrati li huma 0 (żero) g/km;

    NEDC FCL

    hija l-konsum tal-fjuwil (kombinat) tal-NEDC għall-vettura L, l/100 km;

    CO2,AF,L

    hija l-fattur ta’ aġġustament għall-vettura L ikkalkolat mill-proporzjon ta’ bejn il-valur tas-CO2 tal-NEDC iddeterminat skont il-punt 3.2 u r-riżultat tat-test tal-NEDC imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3.1.3;

    3.3.4.2.   Il-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil speċifiku għall-fażijiet tal-NEDC għall-vettura L

    Il-konsum tal-fjuwil speċifiku għall-fażijiet tal-NEDC għall-vettura L għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

    Formula

    Fejn:

    p

    hija l-fażi “UDC” jew “EUDC” tal-NEDC;

    NEDC FCp,L,c

    hija r-riżultat tat-test tal-konsum tal-fjuwil tal-NEDC għall-fażi p iddeterminat skont l-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 bl-użu tal-emissjonijiet ta’ CO2 iddeterminati skont il-punt (b) tal-paragrafu 3.1.2 jew bl-użu ta’ riżultat tal-kejl fiżiku kif imsemmi fil-punt 3.2.2; l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa oħrajn rilevanti għall-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil (idrokarburi, monossidu tal-karbonju) għandhom jiġu kkunsidrati li huma 0 (żero) g/km;

    NEDC FCp,L

    hija l-konsum tal-fjuwil speċifiku għall-fażi tal-NEDC għall-vettura L tal-fażi applikabbli p, l/100 km;

    CO2,AF,L

    hija l-fattur ta’ aġġustament għall-vettura L ikkalkolat mill-proporzjon ta’ bejn il-valur tas-CO2 tal-NEDC iddeterminat skont il-punt 3.2 u r-riżultat tat-test tal-NEDC imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3.1.3

    4.   IL-KALKOLU TAL-VALURI TAS-CO2 TAL-NEDC U TAL-VALURI TAL-KONSUM TAL-FJUWIL TAL-NEDC LI JRIDU JIĠU ATTRIBWITI LILL-VETTURI M1 INDIVIDWALI

    Il-manifattur għandu jikkalkola l-valuri tas-CO2 (speċifiċi għall-fażijiet u kombinati) tal-NEDC u l-valuri tal-konsum tal-fjuwil tal-NEDC li jridu jiġu attribwiti lill-karozzi tal-passiġġieri individwali skont il-punti 4.1 u 4.2 u jirreġistra dawk il-valuri fiċ-ċertifikati tal-konformità.

    Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar l-arrotondament stipulati fil-punt 1.3 tas-Subanness 7 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151.

    4.1.   Id-determinazzjoni tal-valuri tas-CO2 tal-NEDC fil-każ ta’ familja ta’ interpolazzjoni tad-WLTP fuq il-bażi tal-vettura H

    Meta l-emissjonijiet tas-CO2 tal-familja ta’ interpolazzjoni tad-WLTP jiġu ddeterminati b’referenza għall-vettura H biss skont il-punt 1.2.3.1 tas-Subanness 6 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151, il-valur tas-CO2 tal-NEDC li jrid jiġi rreġistrat fiċ-ċertifikati ta’ konformità tal-vetturi li jappartjenu għal dik il-familja għandhom ikunu l-emissjonijiet ta’ CO2 tal-NEDC iddeterminati skont il-punt 3.2 ta’ dan l-Anness u rreġistrati fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura H inkwistjoni.

    4.2.   Id-determinazzjoni tal-valur tas-CO2 tal-NEDC fil-każ ta’ familja ta’ interpolazzjoni tad-WLTP fuq il-bażi tal-vettura L u tal-vettura H

    4.2.1.   Il-kalkolu tat-tagħbija fit-triq ta’ vettura individwali

    4.2.1.1.   Il-massa tal-vettura rilevanti

    Il-massa ta’ referenza tal-NEDC tal-vettura individwali (RMn,ind) għandha tiġi ddeterminata kif ġej:

    Formula

    Fejn, MRO ind hija l-massa fi stat ta’ tħaddim kif iddefinita fl-Artikolu 3(d) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-vettura individwali.

    Il-massa li trid tintuża għall-kalkolu tal-valuri tas-CO2 tal-NEDC tal-vettura individwali għandha tkun il-valur tal-inerzja stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83 li huwa ekwivalenti għall-massa ta’ referenza ddeterminata skont dan il-punt u msejħa TMn,ind.

    4.2.1.2.   Reżistenza għad-dawrien tal-vettura individwali

    Il-valuri tar-reżistenza għad-dawrien tat-tajers iddeterminati skont il-punt 3.2.3.2.2.2 tas-Subanness 7 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 għandhom jintużaw għall-fini tal-interpolazzjoni tal-valur tas-CO2 tal-NEDC tal-vettura individwali.

    4.2.1.3.   Ir-reżistenza ajrudinamika ta’ vettura individwali

    Ir-reżistenza ajrudinamika tal-vettura individwali għandha tiġi kkalkolata billi tiġi kkunsidrata d-differenza fir-reżistenza ajrudinamika bejn vettura individwali u l-vettura L, dovuta għal differenza fil-forma tal-karrozzerija (m2):

    Formula

    Fejn:

    Cd

    hija l-koeffiċjent tar-reżistenza ajrudinamika;

    Af

    hija l-erja ta’ quddiem tal-vettura, m2.

    L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew, fejn applikabbli, is-servizz tekniku, għandhom jivverifikaw jekk il-faċilità tal-mina tar-riħ imsemmija fi 3.2.3.2.2.3. fis-Subanness 7 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 hijiex ikkwalifikata sabiex tiddetermina bi preċiżjoni l-Δ(Cd ×Af) għall-forom tal-karrozzerija li jvarjaw bejn il-vettura L u H. Jekk il-faċilità tal-mina tar-riħ ma tkunx ikkwalifikata, Formulagħall-vettura H għandha tapplika għall-vettura individwali.

    Jekk il-vetturi L u H ikollhom l-istess forma tal-karrozzerija, il-valur ta’Formulagħall-metodu ta’ interpolazzjoni għandu jiġi ssettjat għal żero.

    4.2.1.4.   Il-kalkolu tat-tagħbija fit-triq għal vettura individwali fil-familja ta’ interpolazzjoni tad-WLTP

    Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq F0,n, F1,n u F2,n għall-vetturi tat-test H u L iddeterminati skont il-punt 2.3.8 huma msejħin bħala F0n,H, F1n,H u F2n,H u F0n,L, F1n,L u F2n,L rispettivament.

    Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq f0n,ind, f1n,ind u f2n,ind għal vettura individwali għandhom jiġu kkalkolati skont il-formula li ġejja:

    Formula 1

    Formula

    Jew, jekk Formula għandha tapplika l-Formula 2:

    Formula 2

    Formula

    Formula

    Formula

    jew, jekk Formula = 0, għandha tapplika l-Formula 3:

    Formula 3

    Formula

    fejn:

    Formula

    Formula

    4.2.1.5.   Il-kalkolu tad-domanda għall-enerġija taċ-ċiklu

    Id-domanda għall-enerġija taċ-ċiklu tal-NEDC applikabbli Ek,n u d-domanda għall-enerġija għall-fażijiet applikabbli kollha taċ-ċiklu Ek,p,n li hija applikabbli għal vetturi individwali fil-familja ta’ interpolazzjoni tad-WLTP għandhom jiġu kkalkolati skont il-proċedura fil-paragrafu 5 tas-Subanness 7 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151, għas-settijiet k li ġejjin tal-koeffiċjenti u tal-mases tat-tagħbija fit-triq:

    k = 1

    :

    Formula

    (vettura tat-test L)

    k = 2

    :

    Formula

    (vettura tat-test H)

    k = 3

    :

    Formula

    (vettura individwali fil-familja ta’ interpolazzjoni tad-WLTP)

    F’każ li jiġu applikati l-koeffiċjenti tax-xażi dinamometriku speċifikati fit-Tabella 3 tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83, għandhom jintużaw il-formuli li ġejjin:

    Formula

    Formula

    Formula

    4.2.1.6.   Il-kalkolu tal-valur tas-CO2 tal-NEDC għal vettura individwali bil-metodu ta’ interpolazzjoni tas-CO2

    Għal kull fażi taċ-ċiklu p tal-NEDC li hija applikabbli għall-vetturi individwali fil-familja ta’ interpolazzjoni tad-WLTP, il-kontribuzzjoni għall-massa totali ta’ CO2 għal vettura individwali għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

    Formula

    Il-massa ta’ emissjonijiet ta’ CO2, g/km, attribwita għal vettura individwali tal-familja ta’ interpolazzjoni tad-WLTP Formula għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

    Formula

    It-termini E1,p,n, E2,p,n, E3,p,n, u E1,n, E2,n, E3,n rispettivament huma ddefiniti fil-paragrafu 4.2.1.5.

    4.2.1.7.   Il-kalkolu tal-valur tal-konsum tal-fjuwil tal-NEDC għal vettura individwali bil-metodu ta’ interpolazzjoni

    Għal kull fażi taċ-ċiklu p tal-NEDC li hija applikabbli għall-vetturi individwali fil-familja ta’ interpolazzjoni tad-WLTP, il-konsum tal-fjuwil, l/100 km, għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

    Formula

    Il-konsum tal-fjuwil, l/100 km, taċ-ċiklu sħiħ għal vettura individwali tal-familja ta’ interpolazzjoni tad-WLTP għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

    Formula

    It-termini E1,p,n, E2,p,n, E3,p,n, u E1,n, E2,n, E3,n rispettivament huma ddefiniti fil-paragrafu 4.2.1.5.

    5.   IR-REĠISTRAZZJONI TAD-DEJTA

    L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-Servizz Tekniku magħżul għandhom jiżguraw li tiġi rreġistrata l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    ir-rapport tal-output tal-għodda ta’ korrelazzjoni msemmi fil-punt 3.1.1 inkluż il-valur ta’ referenza tas-CO2 tal-NEDC imsemmi fil-punti 3.1.2 u 3.1.3 u l-valur iddikjarat mill-manifattur, bħala rapport tat-test skont l-Anness VIII tad-Direttiva 2007/46/KE;

    (b)

    il-valuri tas-CO2 tal-NEDC li jirriżultaw mill-kalkoli tal-kejl fiżiċi msemmijin fil-punt 3.2 f’dan l-Anness, fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip speċifikat fl-Appendiċi tal-Addendum għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip stipulat fl-Appendiċi 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151;

    (c)

    il-fattur ta’ devjazzjoni (De) u l-fattur ta’ verifika ddeterminati skont il-punt 3.2.8 ta’ dan l-Anness (jekk disponibbli), fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip kif speċifikat fl-Appendiċi tal-Addendum għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip stabbilit fl-Appendiċi 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151 u fl-entrata 49.1 taċ-ċertifikat ta’ konformità kif speċifikat fl-Anness IX tad-Direttiva 2007/46/KE;

    (d)

    il-valuri speċifiċi għall-fażijiet tal-NEDC u l-valuri tal-konsum tal-fjuwil speċifiċi għall-fażijiet u kombinati ddeterminati skont il-punt 3.3, kif speċifikat fl-Appendiċi tal-Addendum għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip stabbilit fl-Appendiċi 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151;

    (e)

    il-valuri tas-CO2 (il-fażijiet kollha u kombinati) u tal-konsum tal-fjuwil (il-fażijiet kollha u kombinati) tal-NEDC iddeterminati skont il-punt 4.2 ta’ dan l-Anness, fl-entrata 49.1 taċ-ċertifikat ta’ konformità kif speċifikat fl-Anness IX tad-Direttiva 2007/46/KE.


    (1)  https://co2mpas.io/

    (2)  Mill-1 ta’ Awwissu 2017: jrc-co2mpas@ec.europa.eu

    (*1)  Il-veloċità idle normali tal-magna, il-veloċità idle għolja tal-magna u t-torque nett massimu jew it-torque tal-veloċità u l-potenza tal-immappjar T1 huma neċessarji (għall-qlib tal-gerijiet)

    (*2)  Id-dimensjonijiet tat-tajer jew il-proporzjon tal-ispid tal-veloċità huma neċessarji (għall-qlib tal-gerijiet)


    ANNESS II

    “ANNESS I

    Sorsi tad-dejta

    Parametru

    Ċertifikat ta’ konformità (Parti 1, Mudell B stabbilit fl-Anness IX tad-Direttiva 2007/46/KE)

    Dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip (Direttiva 2007/46/KE)

    Il-Manifattur

    It-Taqsima 0.5

    It-Taqsima 0.5 tal-Parti I tal-Anness III

    In-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-estensjoni tiegħu

    It-Taqsima 0.10

    Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip kif speċifikat fl-Anness VI

    Tip

    It-Taqsima 0.2

    It-Taqsima 0.2 tal-Parti I tal-Anness III (fejn applikabbli)

    Il-varjant

    It-Taqsima 0.2

    It-Taqsima 3 tal-Anness VIII (fejn applikabbli)

    Il-verżjoni

    It-Taqsima 0.2

    It-Taqsima 3 tal-Anness VIII (fejn applikabbli)

    L-għamla

    It-Taqsima 0.1

    It-Taqsima 0.1 tal-Parti I tal-Anness III

    L-isem kummerċjali

    It-Taqsima 0.2.1

    It-Taqsima 0.2.1 tal-Parti I tal-Anness III

    Il-kategorija tat-tip ta’ vettura approvat

    It-Taqsima 0.4

    It-Taqsima 0.4 tal-Parti I tal-Anness III

    Il-kategorija tal-vettura rreġistrata

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    Il-massa fi stat ta’ tħaddim (kg)

    It-Taqsima 13

    It-Taqsima 2.6 tal-Parti I tal-Anness III (1)

    L-impronta - Il-bażi tar-rota (mm)

    It-Taqsima 4

    It-Taqsima 2.1 tal-Parti I tal-Anness III (2)

    L-impronta - Il-wisgħa bejn ir-roti (mm)

    It-Taqsima 30

    It-Taqsima 2.3.1 u t-Taqsima 2.3.2 tal-Parti I tal-Anness III (3)

    Emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-NEDC (g/km) (4)

    It-Taqsima 49.1

    It-Taqsima 3 tal-Anness VIII

    Emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tad-WLTP (g/km) (4)

    It-Taqsima 49.4

    mhux applikabbli

    It-tip ta’ fjuwil

    It-Taqsima 26

    It-Taqsima 3.2.2.1 tal-Parti I tal-Anness III

    Il-modalità tal-fjuwil

    It-Taqsima 26.1

    It-Taqsima 3.2.2.4 tal-Parti I tal-Anness III

    Il-kapaċità tal-magna (cm3)

    It-Taqsima 25

    It-Taqsima 3.2.1.3 tal-Parti I tal-Anness III

    Il-konsum tal-enerġija elettrika (Wh/km)

    It-Taqsima 49.2

    It-Taqsima 3 tal-Anness VIII

    Il-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni(jiet)

    It-Taqsima 49.3.1

    It-Taqsima 4 tal-Anness VIII

    L-emissjonijiet ta’ CO2 totali ffrankati tal-NEDC bis-saħħa tal-ekoinnovazzjoni(jiet)

    It-Taqsima 49.3.2.1

    It-Taqsima 4 tal-Anness VIII

    L-emissjonijiet ta’ CO2 totali ffrankati tad-WLTP bis-saħħa tal-ekoinnovazzjoni(jiet)

    It-Taqsima 49.3.2.2

     

    In-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura

    It-Taqsima 0.10

    Il-Punt 9.17 tal-Parti I tal-Anness III

    Il-massa tat-test [WLTP]

    It-Taqsima 47.1.1

    mhux applikabbli

    Il-fattur ta’ devjazzjoni De

    It-Taqsima 49.1

    L-Appendiċi tal-Addendum għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip stabbilit fl-Appendiċi 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

    Il-fattur ta’ verifika (“1” jew “0”)

    It-Taqsima 49.1

    L-Appendiċi tal-Addendum għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip stabbilit fl-Appendiċi 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151


    (1)  Skont l-Artikolu 3(8) ta’ dan ir-Regolament

    (2)  Skont l-Artikolu 3(8) ta’ dan ir-Regolament

    (3)  Skont l-Artikoli 3(7) u 3(8) ta’ dan ir-Regolament

    (4)  Skont l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1152 (metodoloġija għall-korrelazzjoni)”


    Top