Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0993

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/993 tat-12 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

    C/2017/4166

    ĠU L 149, 13.6.2017, p. 67–74 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2017; Impliċitament imħassar minn 32017R1509

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/993/oj

    13.6.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 149/67


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/993

    tat-12 ta' Ġunju 2017

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1)(e) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 jelenka l-persuni, l-entitajiet u l-korpi li, billi ma ġewx elenkati fl-Anness IV, ġew elenkati mill-Kunsill, u huma soġġetti għall-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

    (2)

    Fit-12 ta' Ġunju 2017, il-Kunsill iddeċieda li jneħħi persuna u entità mil-lista ta' persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi, stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (2). L-entitajiet l-oħra ġew aġġornati. L-Anness V ta' dan ir-Regolament jenħtieġ għalhekk jiġi emendat skont dan.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat bit-test imniżżel fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2017.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


    (1)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79).


    ANNESS

    ANNESS V

    Lista ta' persuni, entitatjiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)

    (a)

    Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 6(2)(a):

     

    Isem (u alternattivi possibbli)

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    1.

    CHON Chi Bu

    (psewdonimu CHON Chi-bu)

     

    Membru tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika, eks direttur tekniku ta' Yongbyon. Ritratti assoċjawh ma' reattur nukleari fis-Sirja qabel ġie bbumbardjat minn Iżrael fl-2007.

    2.

    CHU Kyu-Chang

    (psewdonimi JU Kyu-Chang; JU Kyu Chang)

    Data tat-Twelid: 25.11.1928

    Post tat-twelid: Il-Provinċja ta' Hamgyo'ng tan-nofsinhar, RDPK

    Eks membru tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li kienet il-korp ewlieni għall-kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma' ġiet iffurmata mill-ġdid bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet Statali (State Affaires Commission, SAC). Eks direttur tad-dipartiment tal-munizzjon tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Li skont rapporti kien ma' KIM Jong Un fuq vapur tal-gwerra fl-2013. Direttur tad-Dipartiment għall-Industrija tal-Kostruzzjoni tal-Makkinarji (Machine Building Industry Department) tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Elett bħala membru supplenti tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Kumitat Ċentrali tal-Korea f'Mejju 2016 waqt is-seba' Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, fejn WPK adotta deċiżjoni li l-programm nukleari tar-RDPK jitkompla. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva.

    3.

    HYON Chol-hae (psewdonimu HYON Chol Hae)

    Data tat-Twelid: 1934

    Post tat-twelid: Manchuria, iċ-Ċina

    Marixxal tal-Armata tal-Poplu Korean sa minn April 2016. Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean (konsulent militari tal-mejjet Kim Jong-Il). Elett bħala membru tal-Partit tal-Ħaddiema fil-Kumitat Ċentrali tal-Korea f'Mejju 2016 waqt is-seba' Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, fejn WPK adotta d-deċiżjoni li l-programm nukleari tar-RDPK jitkompla.

    4.

    KIM Yong-chun (psewdonimi Young-chun; KIM Yong Chun)

    Data tat-Twelid: 4.3.1935

    Passaport: 554410660

    Marixxal tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks Viċi President tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li kienet il-korp ewlieni għall-kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma' ġiet iffurmata mill-ġdid bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet Statali (State Affaires Commission, SAC). Eks Ministru tal-Forzi Armati tal-Poplu, konsulent speċjali tal-mejjet Kim Jong-Il dwar l-istrateġija nukleari. Elett bħala membru tal-Partit tal-Ħaddiema fil-Kumitat Ċentrali tal-Korea f'Mejju 2016 waqt is-seba' Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, fejn WPK adotta d-deċiżjoni li l-programm nukleari tar-RDPK jitkompla.

    5.

    O Kuk-Ryol (psewdonimu O Kuk Ryol)

    Data tat-Twelid: 1931

    Post tat-twelid: Jilin Province, iċ-Ċina

    Eks Viċi President tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li kienet il-korp ewlieni għall-kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma' ġiet iffurmata mill-ġdid bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet Statali (SAC), sorveljant tal-akkwisti barra l-pajjiż tat-teknoloġiji avvanzati għall-programmi nukleari u ballistiċi. Elett bħala membru tal-Partit tal-Ħaddiema fil-Kumitat Ċentrali tal-Korea f'Mejju 2016 waqt is-seba' Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, fejn WPK adotta d-deċiżjoni li l-programm nukleari tar-RDPK jitkompla.

    6.

    PAEK Se-bong (psewdonimu PAEK Se Bong)

    Data tat-Twelid: 1946

    Eks President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku (responsabbli mill-programm ballistiku) tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Membru tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li kienet il-korp ewlieni għall-kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma' ġiet iffurmata mill-ġdid bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet Statali (State Affaires Commission, SAC). Promoss għal Ġeneral Maġġur.

    7.

    PAK Jae-gyong (psewdonimi Chae-Kyong PAK Jae Gyong)

    Data tat-Twelid: 1933

    Passaport: 554410661

    Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Poplu u Viċi Direttur tal-Uffiċċju tal-Loġistika tal-Forzi Armati Popolari (Konsulent militari tal-mejjet Kim Jong-Il). Preżenti waqt l-ispezzjoni tal-Kmand tal-Forzi tal-Missili Strategiċi minn KIM Jong Un

    8.

    RYOM Yong

     

    Direttur tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità magħżula min-Nazzjonijiet Uniti) responsabbli mir-relazzjonijiet internazzjonali.

    9.

    SO Sang-kuk (psewdonimu SO Sang Kuk)

    Data tat-Twelid: bejn l-1932 u l-1938

    Kap tad-Dipartiment tal-Fiżika Nukleari, l-Università Kim Il Sung.

    10.

    Logutenent Ġenerali KIM Yong Chol

    (psewdonimi: KIM Yong-Chol; KIM Young-Chol; KIM Young-Cheol; KIM Young-Chul)

    Data tat-Twelid: 1946

    Post tat-twelid: Pyongan-Pukto, RDPK

    Elett Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, Viċi President għar-Relazzjonijiet Inter-Koreani. Eks Kmandant tar-Reconnaissance General Bureau (RGB). Promoss għal Direttur tad-Dipartiment tal-Front Magħqud f'Mejju 2016 waqt is-seba' Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea.

    11.

    PAK To-Chun (psewdonimu PAK To Chun)

    Data tat-Twelid: 9.3.1944

    Post tat-twelid: Rangrim, il-Provinċja ta' Jagang, RDPK.

    Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali. Hu inkarigat mill-industrija tal-armi. Hu rrapportat li jikkmanda l-uffiċċju għall-enerġija nukleari. Din l-istituzzjoni hi deċiżiva għall-programm nukleari u tal-illanċjar tar-rokits tar-RDPK. Ittieħed ritratt ma' dawk li kkontribwew fit-test tal-bomba tal-idroġenu u fl-illanċjar tas-satelliti.

    12.

    CHOE Kyong-song (psewdonimu CHOE Kyong song)

     

    Kurunell Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva.

    13.

    CHOE Yong-ho (psewdonimu CHOE Yong Ho)

     

    Kurunell Ġeneral fl-Armata tal-Poplu Korean / Ġeneral tal-Forzi tal-Ajru tal-Armata tal-Poplu tal-Korea. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Kmandant tal-Forzi tal-Ajru tal-Armata tal-Poplu tal-Korea u tal-Forzi Kontra l-Inġenji tal-Ajru. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva.

    14.

    HONG Sung-Mu

    (psewdonimi HUNG Sun Mu; HONG Sung Mu)

    Data tat-Twelid: 1.1.1942

    Il-Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjon (MBID). Inkarigat mill-iżvilupp ta' programmi dwar armi konvenzjonali u missili, inklużi l-missili ballistiċi. Wieħed mill-persuni ewlenin responsabbli mill-programmi għall-iżvilupp industrijali tal-armi nukleari. Bħala tali, responsabbli mill-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

    15.

    JO Kyongchol (psewdonimu ĠU Kyong Chol)

     

    Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Direttur tal-Kmand Militari tas-Sigurtà. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva. Akkumpanja lil Kim Jong Un għall-akbar taħriġ li qatt sar tal-artillerija li twassal fit-tul.

    16.

    KIM Chun-sam (psewdonimu KIM Chun Sam)

     

    Logutenent Ġeneral, eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li huwa l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet marbutin mad-difiża nazzjonali fir-RDPK. Direttur tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet tal-Kwartieri Militari tal-Armata tal-Poplu tal-Korea u l-ewwel viċi kap tal-Kwartieri Militari. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva.

    17.

    KIM Chun-sop (psewdonimu KIM Chun Sop)

     

    Eks membru tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li issa ġiet mibdula għall-Kummissjoni tal-Affariujiet Statali (State Affaires Commission, SAC), li hija l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet marbutin mad-difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva. Kien f'sessjoni tar-ritratti għal dawk li kkontribwew għas-suċċess tat-test SLBM f'Mejju 2015.

    18.

    KIM Jong-gak (psewdonimu KIM Jong Gak)

    Data tat-Twelid: 20.7.1941

    Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

    Viċi Marixxall fl-Armata tal-Poplu tal-Korea, rettur tal-Università Militari ta' Kim Il-Sung, eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva.

    19.

    KIM Rak Kyom

    (psewdonimi KIM Rak-gyom; KIM Rak Gyom)

     

    Ġeneral b'Erba' Stilel, Kmandant tal-Forzi Strateġiċi (magħrufa wkoll bħala l-Forzi tal-Missili Strategiċi) li jidher li issa jikkmanda erba' unitajiet strateġiċi u tekniċi tal-missili, inkluża l-brigata KN-08 (ICBM). L-UE indikat il-Forzi Strateġiċi minħabba li wettqu attivitajiet li kkontribwixxew b'mod materjali għall-proliferazzjoni ta' armi tal-qerda massiva jew biex jiġu fornuti b'xi mod. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Rapporti fil-mezzi tax-xandir identifikaw li KIM attenda t-test tal-magni tal-ICBM li sar f'April 2016 ma' KIM Jong Un. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva. Ordna t-taħriġ tal-isparar tal-missili ballistiċi.

    20.

    KIM Won-hong (psewdonimu KIM Won Hong)

    Data tat-Twelid: 7.1.1945

    Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

    Passaport: 745310010

    Ġeneral, Direttur tad-Dipartiment għas-Sigurtà tal-Istat. Ministru tas-Sigurtà tal-Istat. Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u l-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet mibdula għall-Kummissjoni tal-Affarijiet Statali (SAC), li huma l-korpi ewlenin għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva.

    21.

    PAK Jong-chon (psewdonimu PAK Jong Chon)

     

    Kurunell Ġeneral (Logutenent Ġeneral) fl-armata tal-Poplu tal-Korea, Kap tal-Forzi Armati tal-Poplu Korean, Viċi Kap tal-Persunal u Direttur tad-Dipartiment tal-Forzi tal-Attakk. Kap tal-Kwartieri Militari u Direttur tad-Dipartiment tal-Kmand tal-Artillerija. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda massiva.

    22.

    RI Jong-su (psewdonimu RI Jong Su)

     

    Viċi Ammirall. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Kap Kmandant tal-Forzi Navali Koreani li huma involuti fl-iżvilupp ta' programmi ta' Missili Ballistiċi u fl-iżvilupp ta' kapaċitajiet nukleari tal-forzi navali tar-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda massiva.

    23.

    SON Chol-ju (psewdonimu Son Chol Ju)

     

    Kurunell Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean u Direttur politiku tal-Forzi tal-Ajru u tal-Forzi kontra l-attakki mill-ajru (Anti-Air Force), li tissorvelja l-iżvilupp ta' missili modernizzati kontra l-inġenji tal-ajru. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva.

    24.

    YUN Jong-rin (psewdonimu YUN Jong Rin)

     

    Ġeneral, eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u membru tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet mibdula għall-Kummissjoni tal-Affarijiet Statali (SAC), li huma kollha l-korpi ewlenin għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva.

    25.

    PAK Yong-sik (psewdonimu PAK Yong Sik)

     

    Ġeneral b'erba' stilel, membru tad-Dipartiment għas-Sigurtà tal-Istat, Ministru tal-Forzi Armati tal-Poplu. Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet mibdula għall-Kummissjoni tal-Affarijiet Statali (SAC), li huma kollha l-korpi ewlenin għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Kien preżenti għall-ittestjar tal-missili ballistiċi f'Marzu 2016. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva.

    26.

    HONG Yong Chil

     

    Il-Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjon (Munitions Industry Department, MID). Id-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjon — indikat mill-KSNU fit-2 ta' Marzu 2016 — huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm tal-missili tar-RDPK. L-MID huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi tar-RDPK, inkluża t-Taepo Dong-2, il-produzzjoni ta' armi u ta' programmi ta' Riċerka u Żvilupp. It-Tieni Kumitat Ekonomiku u t-Tieni Akkademja tax-Xjenza Naturali — ukoll indikati f'Awwissu 2010 — jaqgħu taħt l-MID. Fis-snin reċenti l-MID ħadem biex jiżviluppa l-Missila Ballistika Interkontinentali KN08 stradali. HONG akkumpanja lil KIM Jong Un f'għadd ta' attivitajiet relatati mal-iżvilupp tal-programmi tal-armi nukleari u tal-missili ballistiċi tar-RDPK u hu mifhum li kellu rwol sinifikanti fit-test nukleari tar-RDPK tas-6 ta' Jannar 2016. Viċi Direttur tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva. Kien preżenti fuq il-post għat-test tal-ġett b'magna tat-tip ICBM ġdida f'April 2016.

    27.

    RI Hak Chol

    (psewdonimi RI Hak Chul, RI Hak Cheol)

    Data tat-Twelid: 19.1.1963 jew 8.5.1966

    Passaport: 381320634; PS-563410163

    President tal-Green Pine Associated Corporation (“Green Pine”). Skont il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-NU, il-Green Pine ħadet f'idejha ħafna mill-attivitajiet tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet elenkata mill-Kumitat f'April 2009 u hija l-kummerċjant ewlieni ta' armi tar-RPDK u wkoll l-esportatur prinċipali ta' prodotti u tagħmir marbuta mal-missili ballistiċi u l-armi konvenzjonali. Il-Green Pine hija responsabbli wkoll għal kważi nofs l-armi u l-materjal relatat esportati mir-RDPK. Il-Green Pine ġiet identifikata għal sanzjonijiet minħabba l-esportazzjoni ta' armi jew materjal relatat mir-RDPK. Il-Green Pine tispeċjalizza fil-produzzjoni ta' inġenji u armamenti militari marittimi, bħal sottomarini, dgħajjes militari u sistemi ta' missili, u esportat torpedos u assistenza teknika lill-impriżi Iranjani relatati mad-difiża. Il-Green Pine ġiet indikata mill-KSNU.

    28.

    YUN Chang Hyok

    Data tat-Twelid: 9.8.1965

    Viċi Direttur taċ-Ċentru tal-Kontroll tas-Satelliti, l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Iżvilupp Ajruspazjali (National Aerospace Development Administration, NADA). In-NADA hija soġġetta għal sanzjonijiet taħt il-UNSCR 2270 (2016) għall-involviment fl-iżvilupp tar-RDPK tax-xjenza u tat-teknoloġija tal-ispazju, fl-illanċjar ta' satelliti u fir-rokits ta' trasport. Il-UNSCR 2270 (2016) ikkundannat l-illanċjar tas-satellita tar-RDPK tas-7 ta' Frar 2016 minħabba l-użu ta' teknoloġija tal-missili ballistiċi u minħabba li kien fi ksur serju tar-riżoluzzjonijiet 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), u 2094 (2013). Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva.

    29.

    RI Myong Su

    Data tat-Twelid: 1937

    Post tat-twelid: Myongchon, Hamgyong ta' Fuq, RDPK

    Viċi President tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati Popolari. F'din il-kariga, Ri Myong Su jokkupa pożizzjoni ewlenija għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali u huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva.

    30.

    SO Hong Chan

    Data tat-Twelid: 30.12.1957

    Post tat-twelid: Kangwon, RDPK

    Passaport: PD836410105

    Data meta jiskadi l-passaport: 27.11.2021

    L-ewwel Viċi Ministru tal-Forzi Armati Popolari, membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u Kurunell Ġeneral fil-Forzi Armati Popolari. F'din il-kariga, So Hong Chan huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva.

    31.

    WANG Chang Uk

    Data tat-Twelid: 29.5.1960

    Ministru għall-Industrija u l-Enerġija Atomika. F'din il-kariga, Wang Chang Uk huwa responsabbli għall-appoġġ jew għall-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva.

    32.

    JANG Chol

    Data tat-Twelid: 31.3.1961

    Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

    Passaport: 563310042

    President tal-Akkademja tax-Xjenza tal-Istat, organizzazzjoni dedikata għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet teknoloġiċi u xjentifiċi tar-RDPK. F'din il-kariga, Jang Chol jokkupa pożizzjoni strateġika għall-iżvilupp tal-attivitajiet nukleari tar-RDPK u huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda massiva.

    (b)

    Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)(a):

     

    Isem (u alternattivi possibbli)

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    1.

    Korea Pugang mining and Machinery Corporation ltd

     

    Sussidjarja tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità magħżula mill-UNSC, l-24.4.2009); topera faċilitajiet għall-produzzjoni ta' trab tal-aluminju, li jista' jintuża fil-missili.

    2.

    Korean Ryengwang Trading Corporation

    Rakwon-dong, id-Distrett Pothonggang, Pyongyang, RDPK

    Sussidjarja tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità magħżula mill-UNSC, l-24.4.2009).

    3.

    Sobaeku United Corp. (magħrufa wkoll bħala Sobaeksu United Corp.)

     

    Kumpanija Statali, involuta fir-riċerka jew l-akkwist ta' prodotti jew ta' tagħmir sensittivi. Hija għandha diversi depożiti ta' grafit naturali li jipprovdu l-materja prima lil żewġ fabbriki ta' proċessar li jipproduċu partikolarment blokok tal-grafit li jistgħu jintużaw fil-qasam ballistiku.

    4.

    Ċentru ta' Riċerka Nukleari ta' Yongbyon

     

    Ċentru ta' riċerka li pparteċipa fil-produzzjoni ta' plutonju ta' kwalità militari. Ċentru li jiddependi mill-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità magħżula mill-KSNU, is-16.7.2009).

    6.

    Il-Forzi tal-Missili Strateġiċi

     

    Fi ħdan il-forzi armati nazzjonali tar-RDPK, din l-entità hija involuta fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni operazzjonali ta' programmi relatati mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva.

    (c)

    Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 6(2)(b):

     

    Isem (u alternattivi possibbli)

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    1.

    JON Il-chun (psewdonimu JON Il Chun)

    Data tat-Twelid: 24.8.1941

    Fi Frar tal-2010, KIM Tong-un tkeċċa mill-kariga tiegħu ta' direttur tal-Uffiċċju 39, li huwa, fost affarijiet oħra, inkarigat mix-xiri ta' prodotti mir-rappreżentanzi diplomatiċi tar-RDPK billi jevita s-sanzjonijiet. Huwa ġie sostitwit minn JON Il-chun. Rappreżentant tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li kienet il-korp ewlieni għall-kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma' ġiet iffurmata mill-ġdid bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet Statali (SAC), ġie elett direttur ġenerali tal-Bank għall-Iżvilupp Statali f'Marzu 2010. Elett bħala membru supplenti tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Kumitat Ċentrali tal-Korea f'Mejju 2016 waqt is-seba' Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, fejn WPK adotta deċiżjoni li l-programm nukleari tar-RDPK jitkompla.

    2.

    KIM Tong-un (psewdonimu KIM Tong Un)

     

    Eks direttur tal-“Uffiċċju 39” tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li huwa involut fil-finanzjament tal-proliferazzjoni. Fl-2011, allegatament kien responsabbli mill-“Uffiċċju 38” biex jinġabru fondi għat-tmexxija u għall-elit.

    3.

    KIM Il-Su (psewdonimu Kim Il Su)

    Data tat-Twelid: 2.9.1965

    Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

    Maniġer fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali f'Pyongyang u eks kap rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, li jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

    4.

    KANG Song-Sam (psewdonimu KANG Song Sam)

    Data tat-Twelid: 5.7.1972

    Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

    L-eks rappreżentant awtorizzat tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) f'Hamburg, għadu jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

    5.

    CHOE Chun-Sik (psewdonimu CHOE Chun Sik)

    Data tat-Twelid: 23.12.1963

    Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

    Passaport 745132109

    Validu sat-12.2.2020

    Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-Kwartieri Ġenerali tal-KNIC fi Pyongyang li jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

    6.

    SIN Kyu-Nam (psewdonimu SIN Kyu Nam)

    Data tat-Twelid: 12.9.1972

    Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

    Passaport PO472132950

    Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-Kwartieri Ġenerali f'Pyongyang u eks rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, li jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

    7.

    PAK Chun-San (psewdonimu PAK Chun San)

    Data tat-Twelid: 18.12.1953

    Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

    Passaport PS472220097

    Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-Kwartieri Ġenerali f'Pyongyang sa mill-inqas minn Diċembru 2015 u eks kap rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, li jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

    8.

    SO Tong Myong

    Data tat-Twelid: 10.9.1956

    President tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC), il-President tal-Kumitat tal-Maniġment Eżekuttiv tal-KNIC (Ġunju 2012); Il-Maniġer Ġenerali tal-Korea National Insurance Corporation, f'Settembru 2013, li jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

    (d)

    Persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)(b):

     

    Isem (u alternattivi possibbli)

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    1.

    Il-Korea National Insurance Corporation (KNIC) u l-fergħat tagħha (magħrufa wkoll bħala l-Korea Foreign Insurance Company)

    Haebangsan-dong, Central District, Pyongyang, RDPK

    Rahlstedter Strasse 83 a, 22149 Hamburg.

    Korea National Insurance Corporation ta' Alloway, Kidbrooke Park Road, Blackheath, Londra SE30LW

    Il-Korea National Insurance Corporation (KNIC), hi kumpanija proprjetà tal-Istat u kkontrollata mill-Istat, qed tiġġenera dħul sostanzjali, inkluż mill-muniti barranin, li jista' jikkontribwixxi għall-programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva.

    Barra minn hekk, il-kwartieri ġenerali tal-KNIC f'Pyongyang huma marbutin mal-Uffiċċju 39 tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li huwa entità nominata.


    Top