EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0839

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/839 tas-17 ta' Mejju 2017 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu tan-nitriti (E 249–250) fil-“golonka peklowana” (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/3165

ĠU L 125, 18.5.2017, p. 7–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/839/oj

18.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/839

tas-17 ta' Mejju 2017

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu tan-nitriti (E 249–250) fil-“golonka peklowana”

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Il-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni.

(3)

Fl-10 ta' Marzu 2016, ġiet ippreżentata applikazzjoni mill-Polonja għall-awtorizzazzjoni tal-użu tan-nitriti (E 249–250) bħala preservattiv fil-“golonka peklowana” Sussegwentement l-applikazzjoni tpoġġiet għad-disponibbiltà tal-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

(4)

Skont l-applikant, il-“golonka peklowana” hija preparazzjoni tradizzjonali tal-laħam mill-Polonja li fiha n-nitriti minbarra l-effetti ta' preservazzjoni tagħhom jintużaw bħala aġent solidifikanti sabiex jinkisbu l-karatteristiċi tal-kulur, tat-togħma u tal-konsistenza mixtieqa, kif mistennija mill-konsumaturi. Il-“golonka peklowana” tiġi offruta lill-konsumaturi biex tkompli tiġi ttrattata bis-sħana qabel ma' tiġi kkunsmata.

(5)

Il-Premessa 7 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tistipula li l-approvazzjoni tal-addittivi tal-ikel għandha tieħu wkoll kont ta' fatturi oħrajn rilevanti għall-kwistjoni taħt konsiderazzjoni, inklużi, inter alia, il-fatturi tradizzjonali. Għalhekk, huwa xieraq li jinżammu ċerti prodotti tradizzjonali fis-suq f'xi Stati Membri fejn l-użu tal-additivi tal-ikel jikkonforma mal-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(6)

Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-użu tal-addittivi koperti b'dan ir-Regolament, il-“golonka peklowana” se tkun deskritta fid-dokument ta' gwida li jiddeskrivi l-kategoriji tal-ikel fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dwar l-addittivi tal-ikel (3).

(7)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, ħlief meta l-aġġornament inkwistjoni ma jkunx mistenni li jkollu effett fuq saħħet il-bniedem. In-nitriti huma awtorizzati għall-użu fi prodotti tal-laħam. Fuq bażi ġenerali, l-użu fil-preparazzjonijiet tal-laħam huwa ristrett għal ċerti preparazzjonijiet tradizzjonali u huma stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi għall-prodotti tal-laħam staġjonat tradizzjonalment. Peress li l-applikazzjoni għall-estensjoni tal-użu tan-nitriti hija limitata għall-preparazzjoni speċifika tal-laħam li tkun ġiet użata tradizzjonalment, mhuwiex mistenni li l-estensjoni jkollha impatt sinifikanti fuq l-esponiment totali għan-nitriti. Għalhekk, l-użu estiż ta' dawn l-addittivi jikkostitwixxi aġġornament tal-lista tal-Unjoni li mhux mistenni jkollu effett fuq is-saħħa tal-bniedem u mhuwiex meħtieġ li titfittex l-opinjoni tal-Awtorità.

(8)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).

(3)  http://ec.europa.eu/food/safety/food_improvement_agents/additives/eu_rules_en


ANNESS

Fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, fil-kategorija tal-ikel 08.2 “Preparati tal-laħam kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004” l-annotazzjoni dwar in-nitriti (E 249–250) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 249-250

Nitriti

150

(7)

lomo de cerdo adobado, pincho moruno, careta de cerdo adobada, costilla de cerdo adobada, Kasseler, Bräte, Surfleisch, toorvorst, šašlõkk, ahjupraad, kiełbasa surowa biała, kiełbasa surowa metka, tatar wołowy (danie tatarskie) u golonka peklowana biss”


Top