This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R0833
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/833 of 16 May 2017 conferring protection under Article 99 of Regulation (EU) No 1308/2013 on the name Terrasses du Larzac (PDO)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/833 tas-16 ta' Mejju 2017 li jagħti l-protezzjoni għad-denominazzjoni msemmija fl-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 [Terrasses du Larzac (DOP)]
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/833 tas-16 ta' Mejju 2017 li jagħti l-protezzjoni għad-denominazzjoni msemmija fl-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 [Terrasses du Larzac (DOP)]
C/2017/3128
ĠU L 124, 17.5.2017, p. 32–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
17.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 124/32 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/833
tas-16 ta' Mejju 2017
li jagħti l-protezzjoni għad-denominazzjoni msemmija fl-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 [Terrasses du Larzac (DOP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,
Billi:
(1) |
F'konformità mal-Artikolu 97, il-paragrafi 2 u 3, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-applikazzjoni ta' Franza biex id-denominazzjoni “Terrasses du Larzac” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet eżaminata mill-Kummissjoni u sussegwentement ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li tiġi protetta d-denominazzjoni “Terrasses du Larzac” u li tiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 104 ta' dak ir-Regolament. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Terrasses du Larzac” (DOP) hija protetta.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU C 386, 20.10.2016, p. 9.