This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R0630
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/630 of 3 April 2017 amending for the 264th time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with the ISIL (Da'esh) and Al-Qaeda organisations
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/630 tat-3 ta' April 2017 li jemenda għall-264 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/630 tat-3 ta' April 2017 li jemenda għall-264 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida
C/2017/2297
ĠU L 90, 4.4.2017, p. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32002R0881 | Sostituzzjoni | anness I Test | 05/04/2017 |
4.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 90/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/630
tat-3 ta' April 2017
li jemenda għall-264 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
(2) |
Fid-29 ta' Marzu 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda entrata waħda fil-lista tiegħu tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' April 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Aġent Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
ANNESS
Fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002, id-dejta ta' identifikazzjoni tal-entrata “Radi Abd El Samie Abou El Yazid El Ayashi, (magħruf ukoll bħala Mera'i). Indirizz: Via Cilea 40, Milan, l-Italja (domiċilju). Data tat-twelid: 2.1.1972. Post tat-twelid: El Gharbia (l-Eġittu). Tagħrif ieħor: (a) F'kustodja fl-Italja, għandu jinħeles fis-6.1.2012; (b) Suġġett għal espulsjoni mill-Italja wara li jkun skont (sic) is-sentenza. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 12.11.2003.”, taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” qed tinbidel b'dan li ġej:
“Radi Abd El Samie Abou El Yazid El Ayashi, (magħruf ukoll bħala Mera'i). Indirizz: Via Cilea 40, Milan, l-Italja (domiċilju). Data tat-twelid: 2.1.1972. Post tat-twelid: Governat ta' El Gharbia (l-Eġittu). Nazzjonalità: (a) Eġizzjana. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 12.11.2003.”