This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R0572
Commission Delegated Regulation (EU) 2017/572 of 2 June 2016 supplementing Regulation (EU) No 600/2014 of the European Parliament and of the Council with regard to regulatory technical standards on the specification of the offering of pre-and post-trade data and the level of disaggregation of data (Text with EEA relevance. )
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/572 tat-2 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-ispeċifikazzjoni tal-provvista ta' dejta ta' qabel u wara n-negozjar u l-livell ta' diżaggregazzjoni tad-dejta (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/572 tat-2 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-ispeċifikazzjoni tal-provvista ta' dejta ta' qabel u wara n-negozjar u l-livell ta' diżaggregazzjoni tad-dejta (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2016/3206
ĠU L 87, 31.3.2017, p. 142–144
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Completion | 32014R0600 | 03/01/2018 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32017R0572R(01) | (ES) |
31.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/142 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/572
tat-2 ta' Ġunju 2016
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-ispeċifikazzjoni tal-provvista ta' dejta ta' qabel u wara n-negozjar u l-livell ta' diżaggregazzjoni tad-dejta
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1) u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex jonqsu l-ispejjeż għall-parteċipanti tas-suq meta jixtru d-dejta, ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 jistipula li dejta tat-trasparenza ta' qabel in-negozjar u wara n-negozjar għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku b'mod “mhux iggruppat” għal elementi ta' dejta separati. Huwa meħtieġ li jiġi speċifikat il-livell ta' diżaggregazzjoni li bih iċ-ċentri għandhom joffru d-dejta. Meqjusa x-xhieda ta' domanda għal tali dejta minn partijiet ikkonċernati oħra, operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentri tan-negozjar għandhom jiddiżaggregaw id-dejta skont il-klassi ta' assi, skont il-pajjiż tal-ħruġ, skont il-munita li fiha strument finanzjarju jiġi nnegozjat, u skont jekk id-dejta tkunx ġejja minn irkantijiet skedati ta' kuljum jew minn negozjar kontinwu. |
(2) |
Biex jiġi żgurat li d-dejta ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar offruta tkun taqbel b'mod xieraq mad-domanda minn parteċipanti fis-suq, operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom joffru kull kombinazzjoni ta' kriterji ta' diżaggregazzjoni fuq bażi kummerċjali raġonevoli. |
(3) |
Għal xi strumenti finanzjarji bħad-derivattivi mhux dejjem jista' jkun possibbli li tiġi ddeterminata mingħajr ambigwità l-klassi tal-assi partikolari li għaliha jkun jappartjeni dak l-istrument billi d-determinazzjoni ta' klassi tal-assi tiddependi fuq liema karatteristiċi tal-istrumenti finanzjarji jkunu meqjusa li huma dawk deċiżivi. Bl-istess mod, jista' ma jkunx dejjem possibbli li jiġi ddeterminat mingħajr ambigwità liema kriterji oħra tip ta' dejta jissodisfa. Sabiex jiġi żgurat li l-parteċipanti fis-suq li jixtru dejta minn ċentru partikolari tan-negozjar jirċievu sett ta' dejta konsistenti, jeħtieġ li l-operaturi tas-suq jew id-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar ikunu obbligati jiddeterminaw, f'dawk il-każijiet fejn il-kriterji tad-diżaggregazzjoni ma jkunux jistgħu jiġu applikati b'mod mhux ambigwu, liema kriterji strument finanzjarju jew tip ta' dejta għandhom jitqiesu li jissodisfaw. |
(4) |
Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 japplikaw mill-istess data. |
(5) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni. |
(6) |
L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Provvista ta' dejta tat-trasparenza ta' qabel u wara n-negozjar
1. Operatur tas-suq jew ditta tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom fuq talba jagħmlu l-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikoli 3, 4 u 6 sa 11 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 disponibbli għall-pubbliku billi joffru d-dejta ta' qabel in-negozjar u wara n-negozjar, diżaggregati skont il-kriterji li ġejjin:
(a) |
in-natura tal-klassi tal-assi:
|
(b) |
il-pajjiż tal-ħruġ għall-ishma u d-dejn sovran; |
(c) |
il-munita li fiha huwa nnegozjat l-istrument finanzjarju; |
(d) |
irkantijiet skedati ta' kuljum u mhux kummerċ kontinwu. |
2. Derivattivi msemmija fil-punt (a)(v) għandhom ikunu diżaggretati skont il-kriterji li ġejjin:
(a) |
derivattivi tal-ekwità; |
(b) |
derivattivi tar-rati tal-imgħax; |
(c) |
derivattivi tal-kreditu; |
(d) |
derivattivi tal-kambju; |
(e) |
derivattivi tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet: |
(f) |
derivattivi oħra. |
3. L-operatur tas-suq jew id-ditta tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jistabbilixxu liema kriterji strument finanzjarju jew tip ta' dejta jkunu jissodisfaw meta l-kriterji tad-diżaggregazzjoni fil-paragrafi 1 jew 2 ma jkunux jistgħu jiġu applikati b'mod mhux ambigwu.
4. L-operatur tas-suq jew id-ditta tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom japplikaw il-kriterji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 f'kull kombinazzjoni fuq talba.
5. Minbarra l-għoti tal-informazzjoni skont il-paragrafu 1 u 2, operatur tas-suq jew ditta tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar jistgħu joffru d-dejta b'mod iggruppat.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mid-data msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, it-2 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).