This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R0440
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/440 of 13 March 2017 concerning the authorisation of the preparation of Bacillus amyloliquefaciens (PTA-6507), Bacillus amyloliquefaciens (NRRL B-50013) and Bacillus amyloliquefaciens (NRRL B-50104) as a feed additive for chickens for fattening, chickens reared for laying, minor poultry species for fattening and minor poultry species reared for laying (holder of authorisation Danisco (UK) Ltd, trading as Danisco Animal Nutrition) (Text with EEA relevance. )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/440 tat-13 ta' Marzu 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Bacillus amyloliquefaciens (PTA-6507), Bacillus amyloliquefaciens (NRRL B-50013) u Bacillus amyloliquefaciens (NRRL B-50104) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, speċijiet minuri ta' tjur tas-simna u speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd (id-detentriċi tal-awtorizzazzjoni Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/440 tat-13 ta' Marzu 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Bacillus amyloliquefaciens (PTA-6507), Bacillus amyloliquefaciens (NRRL B-50013) u Bacillus amyloliquefaciens (NRRL B-50104) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, speċijiet minuri ta' tjur tas-simna u speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd (id-detentriċi tal-awtorizzazzjoni Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/1573
ĠU L 67, 14.3.2017, p. 74–77
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 23/09/2024
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32017R0440R(01) | (IT) | |||
Modified by | 32019R0221 | Sostituzzjoni | anness kolonna tat-tabella 2 Test | 30/03/2019 | |
Modified by | 32019R0221 | Sostituzzjoni | titolu Test | 30/03/2019 | |
Modified by | 32024R2183 | Sostituzzjoni | anness kolonna tat-tabella 2 Test | 23/09/2024 | |
Modified by | 32024R2183 | Sostituzzjoni | titolu Test | 23/09/2024 |
14.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/74 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/440
tat-13 ta' Marzu 2017
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Bacillus amyloliquefaciens (PTA-6507), Bacillus amyloliquefaciens (NRRL B-50013) u Bacillus amyloliquefaciens (NRRL B-50104) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, speċijiet minuri ta' tjur tas-simna u speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd (id-detentriċi tal-awtorizzazzjoni Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
B'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Bacillus amyloliquefaciens (PTA-6507), Bacillus amyloliquefaciens (NRRL B-50013) u Bacillus amyloliquefaciens (NRRL B-50104). Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u bid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Bacillus amyloliquefaciens (PTA-6507), Bacillus amyloliquefaciens (NRRL B-50013) u Bacillus amyloliquefaciens (NRRL B-50104) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, għall-ispeċijiet minuri ta' tjur tas-simna u għall-ispeċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. |
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tal-24 ta' Mejju 2016 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kondizzjonijiet proposti għall-użu, il-preparazzjoni ta' Bacillus amyloliquefaciens (PTA-6507), Bacillus amyloliquefaciens (NRRL B-50013) u Bacillus amyloliquefaciens (NRRL B-50104) ma għandhiex effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent, u li għandha l-potenzjal li ttejjeb il-prestazzjoni tat-tiġieġ tas-simna. Din il-konklużjoni tista' tiġi estiża għall-addittiv meta tintuża għat-tiġieġ tal-bajd u tista' tiġi estrapolata għall-ispeċijiet minuri ta' tjur għas-simna u l-ispeċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Din ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni ta' Bacillus amyloliquefaciens (PTA-6507), Bacillus amyloliquefaciens (NRRL B-50013) u Bacillus amyloliquefaciens (NRRL B-50104) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabilizzanti għall-flora li tinsab fl-imsaren”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2016;14(6):4505.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||
CFU/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||||
Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-flora li tinsab fl-imsaren. |
|||||||||||||||||||
4b1827 |
Danisco (UK) Ltd. (li topera Danisco Animal Nutrition), |
Bacillus amyloliquefaciens PTA-6507, Bacillus amyloliquefaciens NRRL B-50013 u Bacillus amyloliquefaciens NRRL B-50104 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta' Bacillus amyloliquefaciens PTA-6507, Bacillus amyloliquefaciens NRRL B-50013 u Bacillus amyloliquefaciens NRRL B-50104 li fiha minimu ta' 2,5 × 109 CFU/g (total) b'konċentrazzjoni minima batterika ta' 8,3 × 108 għal kull razza/g ta' adittiv. Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Spori vijabbli ta' Bacillus amyloliquefaciens PTA-6507, Bacillus amyloliquefaciens NRRL B-50013 u Bacillus amyloliquefaciens NRRL B-50104 Metodu analitiku (1) Identifikazzjoni u enumerazzjoni ta' Bacillus amyloliquefaciens PTA-6507, Bacillus amyloliquefaciens NRRL B-50013 u Bacillus amyloliquefaciens NRRL B-50104 fl-adittiv tal-għalf, tat-taħlitiet lesti minn qabel u tal-għalf tal-annimali
|
Tiġieġ tas-simna Tiġieġ imrobbija għall-bajd Speċijiet minuri ta' tjur tas-simna u dawk imrobbija għall-bajd |
— |
7,5 × 107 |
— |
|
It-3 ta' April 2027 |
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports